Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152
10 analiżi IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 • illum Omiċidji li xxukkjaw lil Malta: Il-famuż każ ANTHEA CACHIA Għal din il-ġimgħa, din il-gazzetta tirrakkonta l-istorja tal-qtil makabru ta' Twannie Aquilina. L-istorja ta' Twannie Aquilina, għalkemm intemmet aktar minn 60 sena ilu għadha tiddi fit-toroq tal-Belt Valletta, speċjalment fi Triq San Duminku, fejn il-qtil taċ- ċkejken, "kexkex b'orrur lil Malta kollha." Min hu Twannie Aquilina? Twannie Aquilina kellu biss tmien snin meta ħajtu ntemmet ħesrem. Anke jekk 61 sena wara, għadu mhux magħruf għaliex inqatel u sa llum għad hemm dubju inqatilx mill-ġenituri, sitt deċennji wara. Twannie kien iben Luiġa (Ġiġa) u Leli Camilleri, li meta seħħ id- delitt kellhom 32 sena u 29 sena rispettivament. Camilleri kien jaħdem mar-Royal Navy. Twanny u oħtu Carmen, li kellha seba' snin meta seħħ id-delitt, ma kinux it- tfal bioloġiċi ta' Leli iżda huwa dejjem sostna li kien jitrattahom u jrabbihom daqslikieku kienu. Leli kien qal li kien tifel bieżel u dejjem irid jaħdem. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li kien jagħmel il-faċendi. Minkejja dan, waqt il-ġuri ħarġu verżjonijiet oħra dwar it-trobbija tiegħu u li Twannie kien vittma ta' swat, ħruq b'sigaretti u affarjiet orribbli oħra, li bla dubju ebda tifel (u anke adult) m'għandu jgħaddi minnhom. Leli u Ġiġa kienu joqgħodu ġo kerrejja żgħira, ma' Twannie, Carmen u t-tifla l-oħra li kellhom flimkien, fi 33 fi Triq San Duminku l-Belt Valletta. Ta' min isemmi li Twannie xtaq li meta jikber isir qassis. Dan sar magħruf mix- xhieda tal-għalliema ta' Twannie, is-Sinjura Micallef. Eventwalment insiru nafu li meta kienet marret għandhom fil-kerrejja, kienet għarrfithom b'din l-aspirazzjoni u Ġiġa irribattiet li minkejja li din kienet xi ħaġa sabiħa, dan qatt ma seta' jsir għax it-twelid tiegħu "kien dak tal-iżball." Fil-fatt fix-xhieda ntqal li missier Ġiġa offra li jieħu lil Twannie biex irabbih hu iżda Ġiġa kienet irriutat. Minkejja dan, ix-xewqa tiegħu ma setgħet issir qatt realtà hekk kif fit-23 ta' Awwissu 1960, intemmet ħajjet Twannie. X'ġara dakinhar tad-delitt? L-ewwel Pulizija li marru fuq il- post kienu dawk stazzjonati l-Belt, għall- ħabta tat-7:40 p.m. Il-PC Joseph Schembri kien sab lill- Kuntistabbli Attard, li kien Strada Stretta u tahom l-aħbar li kien instab tifel mejjet. Ħadd ma kien jaf eżattament kif miet u Schembri qal lill-Pulizija li t-tifel kien waqa'. Meta marru fuq il-post raw traċċi tad-demm mal-kuritur u t-taraġ tal-kerrejja iżda meta daħlu fl- appartament raw xena tal-waħx. Sabu kullimkien demm inkluż sikkina tal-ħobż fil-kexxun tal- mejda, firroll u ċintorin bla bokkla. Il-Pulizija issuspettat mal-ewwel fil-ġenituri u fil-fatt żammithom arrestati fil-kwartieri ġenerali, f 'kamra tal-konferenzi. It-tabib Francis Pullicino ħa scrapings minn taħt id-dwiefer tal-koppja u din, fil- ġuri, kienet prova essenzjali li bdiet tqajjem id-dubji dwar l-innoċenza tagħhom. Dakinhar tad-delitt Leli wasal id- dar għall-ħabta tas-1:45p.m., intefa' fuq is-sodda, studja - għax l-għada kellu eżami - u raqad sal-5:30p.m. Wara li qam, mar jaqta' xagħru, mar ipaċpaċ ħdejn sħabu għand tar-roti, marru jieħdu tè u żewġ pastizzi mingħand Dimitri fi Triq ir-Repubbluka - fejn illum hemm Mcdonalds - u eventwalment reġgħu marru lura għand tar-roti jgħidu kelma. X'ħareġ mill-awtopsja u x'qalu l-esperti tal-forensika? It-tobba inkarigati għall-awtopsja kienu L. Manchè u F. Micallef. Manchè saħansitra kien imqabbad jagħmel eżaminazzjoni bir-reqqa tal-post. Huwa kien sab xi awrina mal-art f 'kamra. Manchè u Micallef eżaminaw lil Twannie it wara mewtu, fil-fatt ġismu kien għadu sħun. Fuq il-post setgħu jinnutaw ukoll biċċiet ta' moħħ il-vittma, uħud żgħar ħafna u oħrajn ikbar fid-daqs. Mill-awtopsja irriżulta li kellu ferita kbira f 'rasu u numru sostanzjali ta' feriti u brix forma ta' 'v' man-naħa ta' isfel ta' dahru, mas-sinsla, ma' sidru u mal-ġnub ta' ġismu. Minkejja dan, jingħad li Twannie, b'dawn il-feriti kien għadu jieħu n-nifs. Huwa ġie imħanxar ħaj, iżda aktarx kien mitluf minn sensih minħabba d-daqqa f 'rasu. Is- sikkina tal-ħobż, li qatlitu, qattgħet il-bażi ta' għonqu u n-nervituri kollha ta' ġismu u kkawżat ġriehi lis-sinsla. L-awtopsja indikat li l-qtil ta' Twannie seħħ bejn is-6:15p.m. u s-6:30p.m. L-espert tal-marki tas-swaba inkarigat kien Wilfred Flores. L-uniċi marki tas-swaba li nstabu kienu fuq il-magna tal-ħasil tal- ħwejjeġ u kienu tal-ġar tal-familja Alfred Fitzpatrick, li dak iż-żmien kellu 15-il sena. Il-magna tal-ħasil tissemma' diversi drabi waqt il-ġuri għax kien hemm kwistjoni dwar jekk Ġiġa biddlitx il-libsa ta' fuqha, jew le. Espert forensiku ieħor kien sab sapun bid-demm ħdejn il-pompa tal-magna. Misteru ieħor f 'dan il-każ kien li Twannie, mhux talli nstab bil- qalziet ta' taħt talli instab difer, li mhux tiegħu, ġol-qalziet ta' taħt. Din is-sejba kienet waħda importanti għad-difiża hekk kif meta ttieħdu l-iscrapings minn taħt id-dwiefer tal-ġenituri, ma kinx jidher li tilfu difer. Minkejja li kien hemm xnigħat jiċċirkolaw li t-tabib kien qal li dan kien attakk ta' pedofelija, huwa ċaħad dan kollu. Spjega li esplora din il-possibilità imma dan qatt ma irriżulta. X'ġara fil-Qorti? Sitt ġimgħat wara l-qtil, fl-1 ta' Novembru 1960, il-Qorti tellgħet lil Ġiġa u Leli akkużati bil-qtil ta' binhom. L-għada bdiet il-kumpilazzjoni tal-evidenza quddiem il-Maġistrat G.F Gouder iżda fuq talba tad-difiża, il-Qorti ordnat li ma jiġi ippubblikat xejn minn dak li jintqal bejn l-erba' ħitan tal-Qorti Kriminali, li dak iż-żmien kienet fi strada Merkanti, faċċata tal-Berġa tal-Italja. Il-ġuri beda fil-25 ta' Frar 1961 u l-Avukat Ġenerali akkużahom bi qtil volontarju u li jiġu ikkundannati għall-piena tal-mewt. Il-Prosekutur pubbliku f 'dan il-każ kien l-Avukat Maurice Caruana Curran. Fil-Qorti l-parrukkier ikkonferma li dakinhar Leli mar jaqta' xagħru, madankollu qal li mar qabel il-5:30p.m., fil-ħin li Leli suppost kien għadu rieqed. Huwa qal li mar madwar siegħa qabel, filwaqt li xhud ieħor, li kien imissu jaqta' xagħru warajh qal li fil- 5:30p.m. eżatt poġġa fis-siġġu wara Leli. Leli qal li meta kien ħdejn tar- roti, Ġiġa u ż-żewġt ibniet marru ħdejh u wara li rritornaw mingħand tat-tè, kienu għadhom hemm. Ġiġa xehdet li kienet qalet lil Twannie biex jilbes u jmur jiltaqa' magħhom. X'ħin kienu hemm Leli kien liebes flokk ta' taħt u għaldaqstant Ġiġa kienet talbet lil Carmen (bintha) tmur id-dar għall-qmis. Carmen tgħid li sa dak il-ħin Twannie kien għadu ħaj u kien qiegħed jaħsel l-art. Miegħu kien hemm Fitzpatrick. Xhud oħra kienet Mary Caruana, tfajla ta' 15-il sena li marret ħdejn tar- roti u talbet lil Ġiġa biex iġġarbilha Twannie Aquilina Ġiġa meta kienet arrestata