Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 f'Soho miġbura fi ktieb tagħhom tal-prostituzzjoni, grupp ġdid ta' immigranti Maltin kienu wkoll qed jagħmlu isimhom f 'din is-sengħa. "Kienu baħħara li spiċċaw f 'Cardiff, wieħed mill- akbar baċiri għall-esportazzjoni tal-faħam. F'Bute Street ħdejn Tiger Bay, il-Maltin waqqfu dawn il-Kafetteriji, biex iservu lill-baħrin minn madwar id-dinja kollha li kienu miġbura hemm, bl-ikel, ix- xorb u naturalment in-nisa. U dan il-mudell ġie replikat f 'ħafna żoni oħra tal-baċiri fir-Renju Unit, bħal f 'Shields fit-tramuntana tal-pajjiż." Vella rnexxielu anke jsib nexus importanti bejn Cardiff u Londra, ċioe dawk il-Maltin ta' Soho li għaddew minn Cardiff għal Londra fejn bdew il-ħajja bħala pimps. "Wara l-gwerra, il-faqar u l-awsterità ta' dak iż-zmien, tara ħafna nisa jużaw il- prostituzzjoni bħala mod leġittimu biex jissupplimentaw id-dħul tagħhom. Nisa li ħarbu minn familji abbużivi jew li niżlu mit-Tramuntana għal Londra, li ħerġin fl-istazzjon ta' Aldgate — tista' ssejjaħlu bħala d-dħul għall- East End ta' Londra għal dawn in- nies — isibu Maltin jistennewhom sabiex jeħduhom magħhom." Anki supretendenti tal-pulizija madwar l-East End kif ukoll f 'Soho, kważi kienu jiddejqu jieħdu ċerta tip ta' azzjoni kontra l-prostituzzjoni fi żmien diffiċli ta'wara l-gwerra. "Fl-East End il- Maltin żgur li kienu responsabbli għal mod kif Cable Street inbidlet f 'red-light district u saret kważi no-go area. Iżda kienu sabu opportunità għal-negozju wkoll għax kellek id-docklands fil- qrib. Għalhekk, għandek l-istess esperjenza ta' Cardiff ripetuta hawn." Il-messaġġ tal-Maltin: 'Lesti noqtlu lil min jidħlilna fl- għalqa' Kien fl-1956 - fi żmien partikolari fejn il-Maltin kienu se jibdew jibnu l-imperu żgħir tagħhom f 'Soho u joħorġu mill-East End - li Frank Mifsud inkariga lil Philip Ellul u Victor Spampinato b'hit fuq Tommy Smithson, gangster Ingliż li kien daqsxejn ta' bully mal-Maltin. "Kien mument partikolari għall-Maltin, fejn bagħtu messaġġ li kienu lesti joqtlu lil min jipprova jidħlilhom l-għalqa. Il-Maltin ma kienux 'jikkmandaw' fil-veru sens tal-kelma, ċioe, dejjem kellhom iħallsu għal dan il-privileġġ, lil gangsters ikbar minnhom – prinċipalment Billy Hill, li jsemmi lil Mifsud fil-bijografija tiegħu wkoll. Ma' Bernie Silver, Mifsud beda jixtri l-proprjetajiet tal-aħwa Messina, jew ta' John Gaul, jqiegħdu l-prostituti fl- appartamenti f 'Soho, joperaw klabbs striptease u clip-joints, u jmexxu l-logħob tal-azzard. Dan bi ħlas lejn xi ħadd ikbar minnhom — Hill innifsu, u anki l-Krays meta jibdew jimxu fil- West End." Fl-1967, Silver u Mifsud talbu pjaċir mingħand l-aħwa Kray: 'frightener' fuq is-sid ta' xi klabbs rivali George Caruana l-Għawdxi. "Kienet balbuljata sħiħa. Il-Krays riedu jorbtu lill-Maltin f 'konfoffa billi joqtlu lil Caruana, sabiex ikunu jistgħu jidħlu huma fil- klabbs Maltin. Meta l-assassinju falla, l-Ispettur Nipper Read irnexxielu jdawwar l-elementi l-aktar dgħajfa tal-Krays biex jibni każ kontra t-tewmin Reggie u Ron." 'Ma tistax ma ssejħilhiex maa' Ħames snin wara, is- supremazija Maltija li inbniet bit- tixħim tal-aqwa pulizija, intefgħet taħt il-lenti ta' investigazzjoni kontra l-korruzzjoni. "Bert Wickstead kellu l-ewwel ikisser lill-korrotti ewlenin — il-Maltin — biex isolvi l-problema tat- tixħim f 'Scotland Yard." Bl-għajnuna tal-pulizija Maltija, Wickstead intraċċa l-ewwel lil Victor Spampinato, imbagħad lil Philip Ellul, biex jagħtu lill- pulizija dikjarazzjoni dwar ir-rwol ta' Mifsud u Silver fil-hit tal-1956. "Fl-aħħar mill-aħħar, għalkemm servew ħin il-ħabs fuq akkużi ta' prostituzzjoni jew tixħim, nies bħal Mifsud fil-fatt inħelsu mill-aktar akkużi serji: Għax irnexxielhom jixtru x-xhieda kollha!" Vella jittama li l-ktieb tiegħu jista' jwieġeb il-mistoqsija dwar jekk il-Maltin verament kellhomx tassew 'maa' f 'Londra. Il-ktieb tiegħu joffri l-fatti li bihom il- qarrej jista' jkejjel dal-grad ta' influwenza kriminali. "Ta' spiss wieħed jistaqsi jekk l-uniku reat li l-Maltin għamlu huwa li jiffaċilitaw il-prostituzzjoni, li fin- natura tagħha hija għal ċerta nies, moralment oġġezzjonabbli. Iżda meta tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-aqwa pulizija dwar l-organizzazzjoni u l-ġid enormi li akkumulaw Silver u Mifsud, ta' kif kienu jxaħħmu l-puliżija u x-xhieda, u r-reati — l-aktar ta' natura vjolenti — li kienu jagħmlu, anki jitfgħu l-bombi ta' pitrolju lil xulxin, ma tistax ma ssejħiliex maa."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023