Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152
19 editorjal illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I t-traffiku mhux fenomenu ta' Malta, imma ta' ħafna bliet kbar. Differen- za waħda hemm: Ħafna bliet kbar ifornu lis-sewwieqa u lir-residenti b'għażliet diversi, minn karozza privata, sa tram, tal-linja, underground u anke roti. Malta l-għażla taqa' fuq tnejn: Jew il-karozza jew inkella trasport pubbliku li sa 20 sena ilu kien bużullotta sħiħa - kif kien qal tajjeb l-eks Ministru Austin Gatt, ħallieha li biddel sistema bużullotta, ma' oħra ta' bużullotti. Il-punt jibqa' li filwaqt li bliet ewropej kienu qed jinvestu f 'għadd differenti ta' mezzi ta' trasport, trasport li jiġi fil-ħin u li tista' żżomm fuqu u li huwa ppjanat u organizzat biex jaħdem f 'sintomija ma' mezzi oħrajn ta' trasport, aħna hawn Malta konna reqdin raqda nobis. Bi Gvernijiet li ħolqu sistema mnejka ta' xufiera li jkunu sidien huma stess tax- xarabank u li kellhom allura s-saħħa li jagħmlu li jridu, għax jekk jieqfu huma jieqaf pajjiż - kif konna rajna darba meta sar strajk u kellha toħroġ l-armata biex twassal lin-nies ix-xogħol. Filwaqt li f 'Malta konna qed niddefendu l-istatus quo - li kien ifisser nies li jibqgħu fuq l-istage, tal-linja li xi kultant ma tasal qatt u trasport pubbliku li ma kienx aċċessibbli - barra minn Malta kienu qed jippjanaw sistema ta' trasport pubbliku li taħdem f 'sintonija mas-sistema tal-underground jew tramm biex b'hekk ikollok vjaġġ garantit, ħafna drabi f 'ħin garantit. Fi it kliem, waqt li huma kienu qed jippjanaw bis-serjetà, aħna konna qed nehdew fil-medjokrità. U ma għandniex għalfejn insemmu Londra jew Pariġi. Lausanne, belt fir- reġjun ta' Vaud fl-Iżvizzera, b'popolazzjoni ta' 140,000 għandhom underground, Rennes belt antika Franċiża b'220,000 f 'poplazzjoni għandha metro li ġiet inawgurata fl-2002 u Katanja bi it aktar minn 300,000 resident ukoll għandha metro li infetħet fl-1999. Imma jekk nieħdu mir-reazzjoni pubblika fuq il-midja soċjali u anke l-fatt li l-Gvern donnu qed jeħodha bil-mod, ma tantx jidher li hawn xi ħeġġa kbira għal proġett bħal dan tal-Metro. Għax dan il-pajjiż ħelwin wisq: Tgergir mil- kafè ta' filgħodu sal-ikla ta' filgħaxija, imma mbagħad il-mument li xi ħadd jiġi b'soluzzjoni, kulħadd jerġa' jibda jgerger. Mela x'jifdal? Jifdal il-baħar u t-trasport pubbliku. Fuq il-baħar għandna l-eżempju tal-Fast Ferry - idea brillanti, li bdiet b'ħafna entużjażmu imma li waqgħet għal wiċċha, għax il-privat mhux se jaħdem bit-telf u l-karità u għax ladarba tasal fid-destinazzjoni tiegħek (Il-Belt jew iċ-Ċirkewwa) xorta trid terġa' tiddependi mit-trasport pubbliku. Mela huwa ċar li qabel kollox għandu jsir attentat serju biex jitjieb is-servizz ta' trasport pubbliku u dan jista' jitjieb biss jekk tal-linja tingħata "privileġġ" fit-triq. Biex min qiegħed fil-karozza fit-traffiku, mwaħħal għal ma jafx kemm ħin, jara tal- linja għaddejja mill-bus lane u forsi jibda (fl-aħħar) jirraġuna li b'tal-linja verament jaqbillek. Kif qal il-Ministru ma' din il-gazzetta, huwa inutli li nħeġġu lin-nies jitilgħu fuq it-trasport pubbliku, jekk tal- linja se ddum għoxrin minuta biex tasal imbagħad teħel fit-traffiku. Dan l-Editorjal jaqbel ħafna ma' proċess li permezz tiegħu tkun ippruvata sistema ta' bus lanes f 'jiem mhux traffikużi u eventwalment estiża. Pero' l-Gvern ma jistax joqgħod jibża' mill-kritika għax inkella jista' jaqbad u ma jagħmel xejn (u xorta jaqla' l-kritika). Il-Gvern għandu jiddiskuti, jisma' lil kulħadd - kif Il-Ministru Aaron Farrugia qed jgħid li se jagħmel - jippjana bis- serjetà biex jevita kaos u finalment jibda jwettaq. Jekk se joqgħod jistenna soluzzjoni li se ġġiblu ċapċip u tifħir biss, mill-ġdid jista' ma jagħmel xejn. Ladarba Gvern - ikun min ikun - jisfida l-mentalità li ppromovew tant il-politiċi tagħna u kull gvern fl-aħħar snin, jiġifieri li jaqbillek bil-karozza - dejjem u kullimkien - żgur fuq li żgur se jaqla' baraxx kritika u se jkollu pressjonijiet politiċi u anke kummerċjali. Dan il-Gvern - b'maġġoranza ta' 40,000 vot - qiegħed fl-aqwa pożizzjoni li jiflaħ għall-kritika u l-pressjoni politika u anke kummerċjali u jwettaq il-bidliet li hemm bżonn iwettaq fit-toroq tagħna. Imbagħad jiġi ġġudikat fil-pożittiv meta, fil-futur, kulħadd ikun qed jara u japprezza r-riżultat. Traffiku: Wasal iż-żmien li nbiddlu u ninbidlu!