Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo opinjoni IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 • illum Spażji miftuħa : 15-il minuta 'l bogħod L i jkollna żieda konsid- erevoli ta' spazji miuħa, kif ukoll li nassiguraw li dawn l-ispazji miuħa jkunu aċċessibli għal kulħadd hi politika tajba. Il-fatt li bħalissa għandna nuqqas ta' spazji miuħa u aċċessibli huwa riżultat tal-falli- ment tal-ippjanar tal-użu tal-art kif ipprattikat f 'Malta. Sfortunatament dan hu orjentat lejn l-ispekulazzjo- ni flok ma hu ffukat lejn użu aħjar tal-art bħala kontributur għal titjib fil-kwalità tal-ħajja. Il-Gvern nieda proġett biex jinvesti €700 miljun ħalli jtejjeb l-ispazji miuħa eżistenti kif ukoll biex joħloq oħrajn inkella biex iħajjar lil min jieħu inizjattivi f 'dan is-sens. Ħadd mhu ser joġġezzjona għal proġett ta' din ix-xorta sakemm dan ma jkunx skuża li warajha tkun ser tinħeba xi ħaġa oħra li illum mhux dikjarata. Biex proġett ta' din ix-xorta jirnexxi jeħtieġ li jkun parti minn viżjoni fit-tul, viżjoni li mhux biss tħares lejn titjib madwarna imma fuq kollox tkun immirata biex in-natura terġa' tkun integrata mill-ġdid f 'ħajjitna u madwarna. Iktar minn investiment finanzjarju neħtieġu bidla fl-attitudni li twassal biex nibdew inqisu l-ispazji pubbliċi bħala parti essenzjali mill- infrastruttura meħtieġa għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħna. Filwaqt li hu oġġettiv tajjeb li noħolqu spazji pubbliċi ġodda, u li ntejbu dawk li għandna, ikun ferm aħjar kieku bħala l-ewwel pass nagħmlu ħilitna biex inħarsu l-ispazji miuħa li diġa għandna, nħarsuhom u ma nħalluhomx jinqerdu. Il-ġonna privati, uħud minnhom kbar, li jiffurmaw parti integrali miż-żoni urbani u mill-qalba tal-irħula tagħna ilhom żmien jinqerdu biex flokhom jinbnew blokki ta' flattijiet. Dawn għandhom ikunu minn tal-ewwel spazji miuħa li nħarsu jekk verament nemmnu fuq l-importanza tagħhom. Dawn il-ġonna servew bħala l-pulmun tal-komunitajiet lokali tagħna għal ħafna snin. Għalkemm huma propjetà privata dawn taw kontribut kbir għall-ħarsien tal- komunitajiet tagħna. Dan kollu ma jiswiex flus. Jeħtieġ biss it konsistenza u rieda tajba. Imbagħad ikun imiss l-art agrikola li qed tintilef b'rata mgħaġġla. L-art agrikola ukoll hi taħt assedju: Qed tinbela fi kwantitajiet mhux żgħar, mill- bini tat-toroq, proġetti ta' żvilupp inkella minn min irid jirriżervha għalih għad-divertiment għall- BBQ jew picnic fejn jistrieħu it il-bogħod minn għajn in-nies. Dan kollu qed jeqred l-għixien tal-bdiewa u tal-familji tagħhom li għal snin kbar ħadu ħsieb ir-raba' b'tant dedikazzjoni u ipprovdew l-ikel għall-pajjiż. Dan ukoll ma jiswiex flus. Jeħtieġ awtoritajiet li jaħdmu sewwa, li m'għandniex! Ix-xewqa li lkoll għandna għal iktar spazji miuħa hi rifless tal-ħsieb iberren f 'moħħna li nerġgħu nistabilixxu kuntatt sod mal-għeruq tagħna, man-natura. In-natura hi ċentrali f 'ħajjitna, u iktar nies, dan qed jirrealizzawh u japprezzawh. Dan ifisser li permezz tal-ispazji miuħa irridu nintroduċu n-natura mill-ġdid fil-lokalitajiet tagħna bis-serjetà, u mhux li jitqegħdu xi erbat iqsari tal-konkos, taparsi sar xi ħaġa! L-ispazji miuħa huma għan- natura u mhux biex tiżdied id- dominazzjoni tal-konkos fil-forom differenti tiegħu fil-lokalitajiet taghna! L-anqas m'għandhom jintużaw għall-parking tal-karozzi! Ġie emfasizzat li dan il-proġett ta' investiment fl-ispazji miuħa għandu l-iskop li jassigura li kull wieħed u waħda minna jkollu aċċess għal spazju pubbliku miuħ li jkun mhux iktar il- bogħod minn għaxar minuti minn fejn toqgħod. Dan l-oġġettiv jorbot mal-inizjattiva li ttieħdet f 'diversi bliet Ewropej imsejħa l-belt ta' 15-il minuta (15-minute city). Belt ta' din ix-xorta għandha jkollha dak kollu li teħtieġ, fil- parti l-kbira mhux iktar minn kwarta 'l bogħod mid-dar. Għax mhux l-ispazju pubbliku miuħ biss għandu jkun fil-viċin: imma dak kollu li neħtieġu. Dan iwassalna biex neżaminaw it-tifsila urbanistika tagħna, meta nirrealizzaw li l-ħwienet iż-żgħar tagħna li servew lill-komunitajiet lokali għal bosta snin, qed jonqsu sewwa. Qed jispiċċaw jinbesqu mis-suq bħala riżultat tal-bosta supermarkets u stabilimenti kummerċjali kbar li qed jinfetħu. Din l-idea tal-belt ta' 15-il minuta (the 15-minute city) bdiet b'inizjattiva ta' Carlos Moreno, arkitett konsulent tas-sindku ta' Pariġi imma issa qed tinfirex ma numru ta' bliet Ewropej. Tfisser tibdil sostanzjali fl-ippjanar għall- użu tal-art biex ikun assigurat li f 'kull Belt jew raħal dak li normalment neħtieġu nistgħu nsibuh mhux iktar minn kwarta 'l bogħod minn fejn noqgħodu. Carlos Moreno jitkellem dwar il-ħtiġijiet marbuta mal-għixien fi spazju urban imfassla fuq sitt punti essenzjali: żona residenzjali adegwata, xogħol fil-viċin, possibiltà ta' xiri ta' oġġetti jew servizzi bla diffikultà, kif ukoll aċċess għall-edukazzjoni, servizz għas-saħħa u esperjenzi kulturali fil-qrib, ilkoll aċċessibli b'mezzi sostenibbli. Nistgħu neżaminaw u nfasslu l-istil ta' ħajjitna fl-ibliet u l-irħula tagħna f 'dawn il-parametri? Il-ħwienet żgħar fl-ibliet u l-irħula tagħna jeħtieġu l-għajnuna għax qed jagħtu servizz essenzjali li jagħti l-ħajja lill-komunitajiet tagħna: Jagħtu servizz u fl-istess ħin joħolqu x-xogħol fil-lokalità. Meta wieħed jinkoraġixxi l-ħidma tal-ħwienet iż-żgħar fil-ħidma tagħhom ikun qed jagħti kontribut għat-tnaqqis tat-traffiku fil-lokalità f 'kull ħin tal-ġurnata għax ikun hemm inqas ħtieġa li wieħed jivvjaġġa. B'hekk jintlaħaq oġgettiv ieħor fil-pjanijiet tal-Gvern, jiġifieri t-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq tagħna. L-ippjanar għall-użu tal-art għandu jiffoka fuq in-nies u l-ħtiġijiet tagħhom. Hu biss f 'dan il-kuntest li l-iffinanzjar ta' proġetti ta' tħaddir fil-komunità jagħmel sens. Il-ġonna ta' Palazza Parisio fin-Naxxar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023