Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 L-Iżvilupp sostenibbli u Project Green fuq l-aġenda tal- Imsieħba Soċjali 'Tibdiliet bħal dawn la huma faċli u lanqas se jsiru mil-lum għall-għada' - Farrugia Waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), l-imsieħba soċjali flimkien mal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriżi Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għad- Djalogu Soċjali Andy Ellul iddiskutew l-Istrateġija ta' Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050 kif ukoll l-aġenzija ġdida Project Green. Fl-indirizz tagħha lill-imsieħba soċjali, il-Ministru Dalli qalet li l-istrateġija nazzjonali għall- iżvilupp sostenibbli mhux pjan ta' entità waħda imma ta' pajjiż sħiħ. L-istess l-aġenzija Project Green, li l-għan tagħha huwa li tamministra proġetti ambjentali bħala parti mill- pjan ambjentali fit-tul ta' pajjiżna. "Għalhekk huwa importanti li kontinwament niddjalogaw ma' forum bħalma hu l-MCESD. B'hekk il-mira ta' sostenibbiltà u newtralità fil-klima sal-2050 inwettquha b'mod kollettiv. Illum kulħadd qed jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' din il- ħidma, anke mir-rispons pożittiv li qed nirċievu mis-settur privat f 'dak li għandu x'jaqsam mal-pjattaforma tal-ESG. Irridu nisfruttaw il- potenzjal tal-innovazzjoni biex niżguraw ħarsien ambjentali, koeżjoni soċjali u prosperità għal kulħadd," qalet il-Ministru Miriam Dalli. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qal li biex verament nilħqu din il-viżjoni kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu. "Kull settur għandu parti x'jilgħab biex verament Malta tilħaq l-ambizzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Inthom madwar din il-mejda iżjed u iżjed, għaliex bħala msieħba soċjali tirrappreżentaw is-setturi differenti li lkoll ġejjin minnhu u għandkom l-opportunità sabiex tikkontribwixxu għal din id- diskussjoni." Is-Segretarju Parlamentari Ellul stqarr li wieħed m'għandux iħares lejn policies u miri li joħorgu minn strateġiji bħal dawn bħala xi ħaġa li jilimitawna. Huwa appella lill- imsieħba soċjali biex jidentifikaw liema huma l-isfidi ħalli flimkien u bl-għajnuna tal-Gvern jibdluhom f 'opportunitajiet. George Said, id-Direttur responsabbli mill-iżvilupp Sostenibbli spjega li l-Istrateġija ta' Malta għall-iżvilupp Sostenibbli 2050 li bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwarha tistabbilixxi ħames għanijiet għall-2050; transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall- klima, ekoloġija u blu; Lejn il- preservazzjoni tal-iżvilupp urban sostenibbli u l-wirt kulturali; niżguraw ħajja b'saħħitha u benesseri għal kulħadd; naċċelleraw it-trasformazzjoni diġitali, il-mobbiltà intelliġenti u l-konnettività; u ġustizzja soċjali u prosperità għal kulħadd. Is-sur Said qal li l-pass li jmiss huwa li dawn l-għanijiet ikunu mkejla permezz ta' sett ta' miri li jiġu tradotti f 'azzjonijiet konkreti fil-Pjan ta' Azzjoni ta' Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030. Rigward Project Green, il-kap eżekuttiv Steve Ellul spjega kif f 'inqas minn ġimgħa mit-tnedija tal-aġenzija, ġiet mħabbra l-akbar skema ambjentali ta' €10 miljuni, Community Greening Grant. Huwa spjega li din hija opportunità ġdida li jistgħu japplikaw għaliha entitajiet, kunsilli lokali, organizzazzjonijiet u residenti biex inkomplu nsebbħu l-lokalitajiet. Huwa temm jgħid li "L-intrapriża privata għandha rwol importanti ħafna għal transizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli. Project Green hija l-opportunità għall-intrapriżi biex jagħmlu tranżazzjoni aktar effettiva." L-imsieħba soċjali laqgħu b'mod pożittiv il-viżjoni u l-impenn tal-Gvern favur żvilupp aktar sostenibbli. Faħħru ukoll l-inizjattiva Project Green. F'dan ir-rigward iċ-Chairperson tal- MCESD, il-Perit David Xuereb wiegħed l-kollaborazzjoni tal- MCESD fuq dan l-aspett biex bħala pajjiż nilħqu l-aspirazzjonijiet u l-miri ambjentali. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed jibda elenku ta' laqgħat mal-partijiet kollha interessati, mhux l-inqas l-imsieħba soċjali u anke mal-Partit Nazzjonalista u l-ADPD għal konsultazzjoni fuq livell nazzjonali dwar bidliet li l-Gvern u l-Ministru għall- Infrastruttura Aaron Farrugia jixtiequ illi jimplimentaw biex tibda tkun indirizzata l-problema tat-traffiku. Mal-ILLUM il-Ministru Farrugia qal illi l-Gvern jixtieq illi jiddiskuti bidliet importanti u kruċjali fit-trasport pubbliku, fil-fatt fuq dan il-front diġà bdew diskussjonijiet ukoll mal-operaturi nfushom - Il-Malta Public Transport. Imma x'bidliet jixtieq illi jara l-Gvern? Farrugia qal li hu jirċievi ilmenti kontinwi dwar tal-linja li ma tasalx fil-ħin jew fuq rotot partikolari u qal illi għalkemm titjib sar, għad fadal ħafna xi jsir sabiex in-nies jibdew jaqilbu l-użu ta' trasport privat għal dak pubbliku. "Huwa ta' xejn li nippromovu t-trasport pubbliku jekk imbagħad ix- xarabank tieqaf fit-traffiku, mal-karozzi l-oħrajn" qal mal-ILLUM. Għalhekk f 'dawn il-laqgħat huwa se jkun qed imexxi 'l quddiem proposta biex ċerti kareġġjati jsiru bus lanes, imma li din issir wara diskussjoni u bil-mod. "Nibdew mill-jum tal-Ħadd u naraw kif tmur, imbagħad forsi nibdewha s-Sibt jekk tmur tajjeb u forsi niġu f 'sitwazzjoni fejn anke t-Tnejn - ġurnata meta eluf jibdew ġimgħa xogħol jew skola - jkollna karreġġjati għal tal-linja u jkunu jistgħu jiġu introdotti bus lanes jekk in-nies jaqilbu għal dan il-mezz ta' trasport," qal Farrugia. Huwa ssottolinea l-fatt li l-Gvern mhux qed jimponi din il- miżura imma jrid jiddiskuti biex jara l-pajjiż għandux imur f 'din id-direzzjoni jekk irid jibda jsolvi l-problema tat-traffiku. "U din tal-bus lanes hija biss parti mis- soluzzjoni," kompla jgħid filwaqt li saħaq illi l-Gvern irid illi jkun hemm diskussjoni wkoll dwar ir-rotot. "L-aħħar li saru r-rotot kien fl-2014, kważi 10 snin ilu. Wasal iż- żmien li naraw x'bidliet jistgħu jsiru," sostna l-Ministru Farrugia mal-ILLUM. Fuq dan il-punt temm jgħid illi huwa jrid li d-diskussjoni tmur lilhinn mill- partiġġajniżmu u tkun waħda li verament tfittex is-soluzzjonijiet. Lilhinn minn hekk u f 'riflessjoni wkoll ta' dak li qal waqt intervista li dehret fuq e Sunday Times il-Ħadd li għadda, mal- ILLUM il-Ministru Aaron Farrugia qal illi hemm bżonn ukoll li ssir diskussjoni - waqt dawn il-laqgħat li se jkun qed jorganizza - biex ikun diskuss il-ħin li fih jingħataw ċerta servizzi, biex b'hekk jitnaqqas it-traffiku ta' filgħodu. "Nibdew mill-Gvern stess," jibda Farrugia. "Naraw ċerta servizzi minn Dipartimenti għaliex għandhom jingħataw filgħodu biss, jew inkella l-Qrati, għaliex il-kawżi għadhom isiru filgħodu." Saħaq illi apparti l-Gvern hemm ukoll il- privat u allura dawk il-ħinijiet tad-deliveries. Farrugia ammetta li tibdiliet bħal dawn mhux se jkunu faċli u lanqas se jsiru mil-lum għall-għada, filwaqt li jirrikjedu l-bżonn ta' bidla fil-kultura.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023