Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152
04 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 • illum 'Il-finanzi deċentralizzati se jipprovdu dritt tal-pussess u kontroll aħjar tad-data tal-konsumaturi' - Sant Raġel ta' 47 sena residenti l-Pietà, kien arrestat b'rabta ma' pussess aggravat tad-droga kokaina u eroina. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel, allegatament kien jipprepara d-droga f 'residenza fil-Pietà. Minn tfittxija li saret fil-post instabu diversi affarijiet relatati mal-allegat ipproċessar tad-droga u madwar €30,000 fi flus kontanti. Fl-istess residenza nstabu ukoll madwar 100g droga allegatament kokaina, madwar 60g droga allegatament eroina u 500ml methadone. Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo. Raġel arrestat wara qabda ta' droga fil-Pietà L-Uffiċċju tal-MEP Alfred Sant organizza konferenza fil- Parlament Ewropew dwar il- finanzi deċentralizzati, id-data miuħa, u l-opportunitajiet li dawn iġibu għall-konsumaturi. Fl-isfond tal-Att dwar id- Data u l-Istrateġija tal-Finanzi Diġitali, l-avveniment iddiskuta l-approċċ iċċentrat fuq il- konsumatur għas-sikurezza u l-innovazzjoni tad-data. Il- konferenza ffukkat l-aktar fuq il-mistoqsija: X'inhuma l-benefiċċji potenzjali ta' approċċ iċċentrat fuq il-konsumatur fuq il-finanzjament miuħ? L-MEP Laburista spjega kif il-finanzi deċentralizzati jippermettu l-kondiviżjoni tad- data u l-aċċess lill-partijiet terzi għal firxa wiesgħa ta' setturi u prodotti finanzjarji, f 'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tal- konsumatur. Dan jipprovdi pussess sħiħ u kontroll tad-data tal-konsumaturi. Alfred Sant innota li fil- kuntest tal-Istrateġija tal-Finanzi Diġitali, il-Kummissjoni Ewropea li diġà wettqet konsultazzjoni mmirata fuq il-qafas tal-finanzi deċentralizzati u l-qsim tad-data fis-settur finanzjarju, tista' sseħħ permezz ta' proposta leġiżlattiva dwar dan is-suġġett fl-aħħar ta' din is-sena. Intant Mathias Levin - Deputat Kap tal-Unità tal- Finanzi Diġitali fil-Kummissjoni Ewropea - irrimarka li minkejja li qed jiżdied l-apprezzament tal-benefiċċji li jistgħu jġibu l-finanzi deċentralizzati, għad hemm problema ta' fiduċja fost xi konsumaturi filwaqt li oħrajn mhumiex daqshekk ċari dwar x'jistgħu jkunu l-vantaġġi tagħha. Dwar dan tal-aħħar, Martin Elinemo – Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Insurely u Martijn Vilegenthat mill-European Fintech iddeskrivew kif iqisu l-finanzi deċentralizzati bħala għodda li tagħti s-setgħa lill-konsumatur biex jagħżel b'mod dirett u intelliġenti minn fost l-għażliet tal-assigurazzjoni li huma disponibbli għalih. Il-konsumatur ikollu aċċess sħiħ u faċli għad- data li hija rilevanti għall-interessi tiegħu/tagħha. Madanakollu Agustin Reyna – Uffiċjal tas-Servizzi Finanzjarji fl-Organizzazzjoni Ewropea tal- Konsumatur (BEUC) - emfasizza li għalkemm kien hemm vantaġġi għall-użu tal-finanzi deċentralizzati, għad hemm diversi punti li l-konsumaturi għadhom bżonn aktar ċarezza dwarhom u li kwistjonijiet ta' privatezza u kontroll fuq id-data għadhom mhumiex solvuti. Alfred Sant temm il- konferenza billi semma kif is- suġġett inġenerali għadu meqjus bħala wieħed ġdid ħafna għall- Parlament Ewropew u se jkun segwit dejjem aktar mill-qrib hekk kif il-Kummissjoni Ewropea tħejji l-proposta leġiżlattiva tagħha dwar is-suġġett li se jsir dejjem aktar importanti fis-snin li ġejjin. L-għanijiet tal-konferenza kienu tnejn. L-ewwel nett, biex dan is-suġġett jiġi trattat fil- Parlament Ewropew. It-tieni, li sservi bħala pjattaforma li minnha jista' jiġi introdott finanzjament deċentralizzat.