Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152
aħbarijiet 05 illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 Il-Kummissarju tat-Tfal tesprimi tħassib fuq esebizzjonijiet fl-iskejjel dwar il-kaċċa Għaqdiet kontra l-abort jakkużaw lill-PBS li ċċensura kummenti tal- President George Vella Il-PM Abela f'laqgħa mat-tmexxija tal- Fondazzjoni Ġappuniża Nippon L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal sostna fi stqarrija li jinsab mħasseb dwar il- possibilta' li jsiru esibizzjonijiet dwar il-kaċċa fl-iskejjel. "Dawn it-tip ta' esibizzjonijiet jistgħu, involontarjament, jippromwovu l-użu tal-armi fost it-tfal," sostna l-Uffiċċju li qal illi filwaqt li japprezza l-fatt li l-kaċċa hija passatemp leġġittima, sostna illi din għandha tkun aċċessibbli biss għall-adulti. "Il-ġenturi għandhom kull dritt li jitkellmu mat-tfal tagħhom dwar dan il-passatemp, dan għandu isir b'mod sigur u adatat għal eta' tat- tfal. Dawn it-tip ta' diskussjonijiet għandhom jipprovdu kuntest u gwida għat-tfal u għandna nassiguraw ruħna li jmorru għal kaċċa biss meta jkollhom l-eta'." L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat- Tfal għamilha ċara li m'għandu ebda pożizzjoni jew aġenda dwar il-kaċċa billi din hija barra mill- kompetenza tiegħu iżda biss għandu tħassib u jrid jiżgura li t-tfal ikunu protetti minn kull ħsara fiżika li tista' tiġi kkaġunata mill-użu ta' armi. Il-kaċċaturi jwieġbu... Intant b'reazzjoni l-għaqda Kaċċaturi San Ubertu qalet illi hija "perplessa" b'din l-istqarrija u qalet illi meta wieħed jikkunsidra li t-tfal huma esposti għall-qtil permezz tal-armi, kemm fil- logħob tal-Playstation u anke fil-films jew l-aħbarijiet, ma tistax tiem għaliex l-istess Kummissarju qatt ma kkundannat din it-tip ta' vjolenza wkoll. L-għaqda qalet li l-iskop tal-esebizzjoni huwa li jkun iċċarat x'inhu sew u le, sigur u le speċjalment fid-dawl ta' dik li jsejħu "sillabu tal-Birdlife fl- iskejjel" u għalliema li "għandhom aġenda iddikjarata kontra l-kaċċa." L-għaqda qalet f 'din l-istqarrija pjuttost skajċċanti illi l-Kummissarju, "qabel assumiet u ppagallat opinjoni, messha kienet responsabbli u ċċekkjat il-fatti." "L-esebizzjoni dwar il-kaċċa, suġġett kompletament nieqes fis-sillabu li fuqu hemm ħafna preġudizzju, hija dwar dak li huwa tajjeb u le, il-kultura u l-benefiċċji, l-aspett kulinarju u anke il-ħidma tal-ambjent," qalet l-għaqda. Kaċċaturi San Ubertu komplew jgħidu illi l-kaċċatiri għandhom kull dritt li jgħaddu l-passatemp tagħhom lit-tfal b'għaqal, "u lanqas għandhom jingħataw tikketta ta' qattiela, kif jiġu mgħallma fl- iskola." "Aħjar tiffoka fuq l-indutrinazzjoni fl-iskejjel kontra l-kaċċa, minflok esebizzjoni informattiva li lanqas biss infurmat ruħha dwarha," temmet tgħid l-għaqda. Il-Life Network Foundation, Doctors for Life u I See Life, f 'isem l-koalizzjoni Inti Tista' Ssalvani - li qed tmexxi l-kampanja kontra l-introduzzjoni tal-abort - kitbu lill-PBS u lill-Awtorità tax-Xandir hekk kif qed tilmenta fuq dik li sejħet "ċensura" li saret mill-PBS, fis-servizz tal-aħbarijiet li deher fuq TVM nhar is-26 ta' Jannar 2023, dwar dak li qal il-President tar-Repubblika ta' Malta fil- kommemorazzjoni tal-Olokawst. "Il-PBS iddeċieda li jirrapporta kull ma qal il-President f 'din l-attività, apparti dak li qal fuq l-abort," sostnew l-għaqdiet fi stqarrija. Huma kkwotaw lill- President Vella jgħid li "miljuni ta' trabi mhux imwielda qed jinqatlu qabel biss ikollhom il- possibbiltà li jaraw id-dawl tal-jum". Komplew jisħqu li din "l-istqarrija qawwija" mill-President tar- Repubblika timmerita attenzjoni u qalu illi n-nuqqas ta' rappurtaġġ, speċjalment fid-dawl tad-dibattitu kurrenti, tammonta għal ċensura. "Dan mhux l-ewwel każ fejn il-Kamra tal-aħbarijiet tal-PBS għażlet li tkun selettiva u tiċċensura r-rapportaġġ tagħha. Hekk sar ukoll fil-każ tas-Sinjura Prudente fejn il- PBS iċċensura għal kollox dak li qalu t-tobba," komplew jakkużaw lix-xandir nazzjonali dawn l-għaqdiet. Huma qalu illi dan kollu huwa bi ksur tal-provediment ċar tal-Kostituzzjoni ta' Malta. Għalhekk l-għaqdiet qed isostnu li għandu jerġa' jkun irrapportat id-diskors tal-President mingħajr ċensura. Kopja tal-ilment intbagħat lill- Awtorità tax-Xandir skond l-Kodiċi għall-Investigazzjoni u għad- Determinazzjoni ta' Ilment. Fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa ta' korteżija mill- Fondazzjoni Nippon immexxija miċ-Chairman Dr Yohei Sasakawa. Imwaqqfa fil-Ġappun aktar minn sittin sena ilu, din il-fondazzjoni tmexxi 'l quddiem inizjattivi soċjali favur is-sigurtà tal-ikel, l-edukazzjoni u s-saħħa u titkellem b'mod attiv fuq kwistjonijiet marbuta mal-ambjent marittimu. Fil-fatt il- Fondazzjoni Nippon taħdem ħafna mill-qrib mal-International Maritime Organisation (IMO), aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda. Il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lill-Fondazzjoni Nippon għall-kollaborazzjoni sħiħa mal-IMO, li taħt l-awspiċi tagħha jaħdem l-International Maritime Law Institute (IMLI), li għandu ċentru f 'pajjiżna. Il-Prim Ministru rrikonoxxa interessi komuni li għandha Malta u din il-fondazzjoni Ġappuniża fosthom l-ekonomija blu. Fil-laqgħa kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia u s-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru, Godwin Mifsud. Il-Kummissarju għat-Tfal Antoinette Vassallo