Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

tħabbat'... Issa, x'se jiġri? 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 li s-servizz ta' bereavement midwife - qabla li tgħin lill-familji li tilfu lit-tarbija - għandu jiġi offrut lil kulħadd b'mod awtomatiku u jekk ikun hemm xi ħadd li jippreferi li ma jitkellimx magħha, jista' jirriuta s-servizz. Irrakkontat li fir-rigward tas- saħħa mentali tagħha hija kienet tgħin lilha nnifisha ħafna billi taħdem fil-plays u kienet tagħmel ħafna affarjiet li jgħinuha tfiq minn din l-esperjenza, madankollu tirrimarka li mhux kulħadd jirreaġixxi l-istess. Fil-fatt hija tgħid li fil-każ tagħha, hija ħasset li kellha bżonn l-għajnuna biss meta saret taf bit-tieni tqala. "Meta sirt naf li kien se jkolli tarbija oħra, kien hemm li tlabt l-għajnuna għax ħassejt li kelli bżonn sostenn. Fil-fatt mort il- perinatal mental health clinic. Is-servizz huwa eċċellenti u bħala poplu veru xxurtjati li għandna dan is-servizz għax mhux kulħadd jaffordja li jħallas għal terapista," qalet Attard. Għalhekk temmen li, minkejja l-fatt li mhux kulħadd ikun irrid li jfittex l-għajnuna mill-ewwel bħalma għamlet hi, għandu jkun aktar ċar li hemm dawn is-servizzi lesti li jgħinu ġenituri li qed ibatu. Tenniet li din l-għajnuna għenitha ħafna. Ma nessitiex minn dak li ġara, jew neħħiet il-ħsibijiet li kellha f 'moħħa u l-biża' iżda "xi kultant anke jekk biss titkellem u jkun hemm xi ħadd lest li jisimgħek huwa biżżejjed." 'Sena ilu tlift l-ewwel tarbija u fi ftit ġimgħat se nilqa' lil ibni' Illum tinsab biss ġimgħat 'il bogħod mit-twelid ta' binha. Kumbinazzjoni, kważi sena wara li tilfet l-ewwel tarbija tagħha. Bi tbissima fuq wiċċha qalet li waqt it- tqala preżenti, bdiet isserraħ aktar rasha meta bdiet tħoss lit-tarbija tiċċaqqlaq u tara lil żaqqha tikber mal-iżvilupp tat-tarbija. Attard qalet mal-ILLUM li tinsab ħerqana li issa se jkollha tifel. Hija iddeskriviet l-aħħar ġimgħat tat- tqala, hekk kif qed tipprepara għal ħajja ġdida, bħala surreali. "Xorta tqanqal ċertu element ta' biża', speċjalment sakemm jitwieled u kollox imur tajjeb. Iżda qed nipprova nħares lejn il- pożittiv aktar milli nippanikkja jew ninkwieta iżżejjed. Jiena nafda fit-tobba, fil-qwiebel u fuq kollox f 'ġismi. Ġismi dejjem kien jaf x'inhu jagħmel anke meta tli l-ewwel tarbija," qalet Maxine Attard. L-ILLUM tkellmet ukoll mal- Professur Jean Calleja Agius, Ostetriku u Ġinekologa, Għalliema fl-Università ta' Malta u Riċekatriċi fuq Korrimenti Rikorrenti, fost oħrajn. Din il-gazzetta staqsiet fuq il-proċess mill- bidu sal-aħħar li tesprejenza omm waqt korriment. Calleja Agius irrimarkat li mhux kulħadd jagħżel li jmur l-isptar meta jkollu korriment. Dawk li jagħżlu li jirrikorru għall-għajnuna tal-professjonisti jista' jkun jagħmlu dan minħabba kumplikazzjonijiet mediċi jew missed miscarriage bħal ma sofriet Maxine Attard, fost oħrajn. Din il-gazzetta tistaqsi fuq is-servizzi ta' sostenn li huma offruti lil dawn l-ommijiet u saħqet li l-għajnuna psikoloġika li tingħata f 'Malta hija waħda mill-aqwa. Fil-fatt hija tagħmel referenza għall- bereavement midwife. Hija tispjega li f 'każ li persuna jkollha korriment għall- ewwel darba, is-servizz ta' bereavement midwife ma jkunx awtomatiku. Dan ifisser li jekk persuna tidħol l-Isptar minħabba korriment, ma tingħatax l-għajnuna tal-bereavement midwife mal-ewwel, iżda trid tistaqsi għaliha hi. Calleja Agius tispjega li dan isir għaliex mhux kulħadd jaċċetta dawn is-servizzi hekk kif mhux kulħadd jirreaġixxi għal din l-aħbar bl-istess mod. Minkejja dan, kollox jinbidel f 'każ tal-korrimenti rikorrenti, anke jekk ma jidħlux l-isptar. "F'dan il-każ is-servizz tal- bereavement midwife jingħata awtomatikament mat-tieni korriment. Ħafna aħjar minn barra minn xtutna, hekk kif fl- Ingliterra irid ikollok it-tielet wieħed biex jagħtu kas," qalet Calleja Agius. L-ILLUM tirrimarka li fid- dawl tar-rata ta' korrimenti f 'Malta, jiġifieri li mara minn kull ħamsa tkorri, bereavement midwife waħda mhix biżżejjed. Għal dan, Calleja Agius irrimarkat li filwaqt li l-Isptar Mater Dei għandu bereavement midwife waħda, tingħata ħafna għajnuna mid-dipartiment ta' psikoloġija fi ħdan l-Isptar stess. Din il-gazzetta tiġbdilha l-attenzjoni dwar il-famuż leaflet u tistaqsiha dwar hi, bħala professjonista, x'taħseb li jista' jsir biex jittejjbu s-servizzi offurti. "L-għajnuna hemm qiegħda. Biss inħeġġeġ lil dawk kollha li għaddejjin minn dan il- mument diffiċli biex jirrikorru għall-għajnuna. Ħafna drabi joqgħodu lura għaliex jarawha bħala tabù, iżda l-għajnuna lesta biex tingħata," temmet tgħid mal-ILLUM il-Profs. Jean Calleja Agius. 'Il-bereavement midwife ma tingħatax b'mod awtomatiku meta xi ħadd ikorri'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023