Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 • illum Il-Maltin l-aktar poplu li jemmen illi l-pajjiż u anke l-UE mexjin fid-direzzjoni t-tajba ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Tiaħ il-midja soċjali, ma tiqafx taqra tgergir u l-frażijiet "iex ġejna" jew "sejrin lura" saru iktar popolari minn "bonġu". Imma sondaġġ xjentifiku magħmul mill-Ewrobarometru ma jirriflettix wisq dan is-sentiment hekk kif il-poplu Malti huwa l-aktar wieħed li jħoss illi kemm il-pajjiż, imma anke l-Unjoni Ewropea mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Mistoqsijin fil-fatt kemm jaraw li sejrin tajjeb l-affarijiet fil-pajjiż xejn inqas minn 65% tal-Maltin - eżatt daqs il-poplu tal-pajjiż żgħir tal-Lussemburgu - iħossu li l-affarijiet mexjin fid- direzzjoni t-tajba. Dan huwa persentaġġ qawwi ħafna meta mqabbel ma' pajjiżi oħrajn. Kif rajna f 'diversi sondaġġi l-Bulgari, iċ-Ċiprijotti u l-Griegi huma fost l-aktar popli diżillużi bit-tmexxija tal-UE u anke ta' pajjiżhom. Fil-fatt il-persentaġġ ta' dawk il-Griegi li jħossu li l-pajjiż qabad direzzjoni ħażina hija ta' 68%, persentaġġ li jinżel it għal 64% fost iċ-Ċiprijotti u 65% fost il-Bulgari. Iżda dawn jiżdiedu mal-Kroati fejn saħansitra 71% jħossu li l-pajjiż miexi f 'direzzjoni ħażina u anke l-Pollakki bl-istess persentaġġ. U jidher li mhumiex dawn biss, hekk kif anke popli ta' pajjiżi fejn ġeneralment id- diżilużjoni tkun inqas qed juru nuqqas ta' qbil mad-direzzjoni li qabad il-pajjiż. Fil-fatt Spanja (72%), Franza (70%) u anke l-Olanda (65%) jimmarkaw livelli għolja ta' nuqqas ta' qbil mad- direzzjoni tal-pajjiż. Pajjiż ieħor fejn l-approvazzjoni lejn id-politika hija relattivament għolja hija fl-Irlanda b'46%. Kollox ma' kollox huma 24% biss tal-ewropej li huma kuntenti bid-direzzjoni li qabad pajjiżhom, b'maġġoranza qawwija ta' 62% jwieġbu fin-negattiv. U dwar id-direzzjoni tal-UE? Is-sitwazzjoni tibbilanċja it fejn jirrigwarda dak li jaħsbu l-ewropej dwar id-direzzjoni tal- Unjoni Ewropea, hekk kif 31% jħossu li dan il-blokk politiku sejjer fid-direzzjoni t-tajba, anke jekk maġġoranza assoluta ta' 51% ma jemmnux li dan huwa l-każ. F'Malta - mill-ġdid - 65% jemmnu li l-UE sejra fid-direzzjoni t-tajba u 9% biss jemmnu l-kuntrarju. Mill-ġdid iċ-Ċiprijotti huma fost l-inqas li jagħtu approvazzjoni lejn id-direzzjoni tal- UE b'19% biss, filwaqt li 56% jagħtu ġudizzju ħażin. Il-Griegi huma aktar negattivi miċ-Ċiprijotti b'62% jgħidu li l-UE sejra f 'direzzjoni ħażina. Tant ieħor l-Ispanjoli b'60% u l-Belġjani - fejn jekk ma tridx hemm l-istituzzjonijiet tal-UE - b'62% iħossu li l-UE mhux sejra fit- triq it-tajba. Naturalment dwar id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea ma setax jonqos illi l-parteċipanti jkunu mistoqsija wkoll dwar l-appoġġ tal- UE lejn l-Ukrajna u l-azzjonijiet li ħadet fil-konfront tar-Russja. Għalkemm mhux l-aktar poplu li jappoġġja lill-UE fuq l-Ukrajna, dak Malti kien fost l-aktar li wera' appoġġ b'85%. L-aktar popli li wrew appoġġ f 'dan l-Ewrobarometru kienu l-Iżvediżi (97%), il-Finlandiżi (95%) u l-Olandiżi (93%). L-inqas kienu l-Bulgari u l-Griegi fejn inqas minn nofs il-poplu esprima appoġġ (48%) u anke fl-Islovakki b'49%. L-appoġġ fil-Polonja - pajjiż li għandu fruntiera mal-Ukrajna - huwa daqs Malta b'85%, filwaqt illi l-medja madwar l-UE tinżel għal 74%. Imbagħad il-parteċipanti kienu mistoqsijin speċifikament x'jaħsbu dwar s-sanzjonijiet u l-miżuri li ħadet l-UE fil-konfront ta' Vladimir Putin u r-Russja. Kważi l-istess persentaġġ ta' Maltin - jew 84% - jappoġġjaw din id-direzzjoni ewropea, bil-Finlandiżi u l-Iżvediżi juru kważi appoġġ totali b'96%, flimkien mal-Olandiżi bi 93%. Il-Griegi - mill-ġdid - l-inqas li juru appoġġ, b'46% biss segwiti mill-Islovakki (47%) u anke ċ-Ċiprijotti (48%). U finalment il-Maltin huma r-raba' l-aktar poplu fl-Unjoni Ewropea li jħossu li hija xi ħaġa importanti ħafna li pajjżna huwa membru tal-UE. Qabilna biss hemm il-poplu tal-Lussemburgu b'89%, l-Irlandiżi b'83% u il-Litweni bi 82%. L-iktar diżillużi huma l-Islovakki fejn 48% biss iħossu li s-sħubija ta' pajjiżhom fl-UE hija xi ħaġa tajba, filwaqt li huma 54% tar-Rumeni u l-istess persentaġġ ta' Bulgari li jaħsbu l-istess. Minn naħa l-oħra 79% tal-Maltin jemmnu li s-sħubija ta' pajjiżna fl-UE hija xi ħaġa pożittiva, 17% jemmnu li la hija xi ħaġa tajba u lanqas ħażina filwaqt li 4% biss jemmnu li hija xi ħaġa ħażina. L-Awstrijaċi huma l-inqas poplu entużjast bis-sħubija b'20% jemmnu li hija xi ħaġa ħażina għal pajjiżhom. Huma 24% biss tal-ewropej li huma kuntenti bid-direzzjoni li qabad pajjiżhom, b'maġġoranza qawwija ta' 62% jwieġbu fin- negattiv

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023