Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum The Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, within the Ministry for Home Affairs, Security, Reforms and Equality is seeking to recruit the following personnel: MANAGER (PROJECTS) Jobsplus Permit No. 54/2023 For further details and application guidelines contact: Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, Zentrum Business Centre, Triq l-Imdina, Qormi Phone 2276 8301 E-mail: contactus@stopviolence.gov.mt Skola għal 200 student u 30 edukatur b'investiment ta' €6 miljuni f'Għawdex Il-Prim Ministru Robert Abela żar żewġ proġetti li qed jiġu implimentati b'investiment miljunarju u li se jkomplu jwasslu għal kwalità ta' ħajja aħjar għall-familji. Wieħed mill-investimenti li żar il- prim ministru kien l-iskola primarja tan-Nadur fejn bħalissa għaddej proġett ta' tisbiħ estensiv. Dan il-proġett qed jsir b'investiment ta' €6 miljun kofinanzjat minn fondi Ewropej, u għandu jitlesta matul din is-sena. Din l-iskola primarja għandha popolazzjoni ta' madwar 200 student kif ukoll madwar 30 edukatur. Waqt iż-żjara, Abela sostna li uliedna għandu jkollhom l-aqwa edukazzjoni f 'ambjent edukattiv modern, aċċessibbli u sigur. Għaldaqstant fakkar kif għaddejja ħidma mill-Gvern sabiex l-iskejjel jiġu aġġornati maż-żminijiet tal-lum u dan huwa wieħed mill-proġetti li ser iwassal għal spazju edukattiv li se jkun modern, aċċessibbli u sabiħ għat-tfal. Bħala parti mill- proġett se jiġu installati servizzi ġodda, bħal dawl, ilma, drenaġġ, CCTV, konnessjoni tal-internet u servizzi ta' fire safety. Apparti t-tisbiħ tal-iskola minn ġewwa u minn barra, il- proġett se jinkludi d-disinn mill-ġdid tal-ispazji miftuħa u rikreattivi, kif ukoll il-ħolqien ta' spazji ġodda għat-tagħlim ta' suġġetti extrakurrikulari, fosthom dance studio, music room, theatre studio, u klassijiet għall-arti. Il-proġett se jindirizza wkoll l-aċċessibbiltà fil-binja, bħall-installazzjoni ta' lift ġdid. Waqt iż-żjara, il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, mill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett. Abela żar ukoll investiment kbir fl-isport fejn għall-ewwel darba Għawdex se jkollu kumpless akwatiku u sportiv, fiċ-ċentru tal-gżira. Huwa sostna li l-isport għandu jkun parti integrali mill-ħajja tan-nies u dan il-proġett se joffri lill-atleti Għawdxin u oħrajn kumpless akwatiku u sportiv tal-ogħla livell fejn jistgħu jipprattikaw id-dixxiplina sportiva tagħhom. Il-proġett taċ-Ċentru Akwatiku u Sportiv, li wasal fi stadju avvanzat, jinvolvi l-bini ta' pixxina ta' daqs olimpiku u numru ta' faċilitajiet ġodda fosthom għall-ġinnastika, basketball u faċilitajiet oħra fejn jista' jintlagħab sport ieħor fuq ġewwa. Iċ-ċentru sportiv se jkun mgħammar ukoll b'faċilitajiet tal-aqwa livell għal kull min jagħmel użu minnu, fosthom bi kmamar tal-ewwel għajnuna. Il-kumpless sportiv se jwassal ukoll għal aktar tkabbir ekonomiku f 'Għawdex, hekk kif se joħloq niċeċ ekonomiċi ġodda billi jattira atleti u gruppi professjonali barranin sabiex jagħmlu użu minn dan il- kumpless ġdid f 'Għawdex.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023