Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701
Ivan Castillo huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Għas-Settur Marittimu u x-Xogħol 16 opinjoni IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum Trattament differenti - Inġustizzja rampanti I ssa drajna f 'dan il-pajjiż li aħna l-Maltin mhux trattati kollha l-istess. Hemm min mal-inqas żball ilaqqatha bil-kbir u jagħmlu eżempju bih u hemm min jagħmel li jrid, jiżbalja u jgħaffeġ kemm irid bil-kon- segwenzi li jaffetwa l-ħajja ta' ħaddieħor u dan ma jiġrilu xejn. Kulħadd jaf b'eżempji minn dawn. Kulħadd jaf b'nies li huma protetti minn dawk fil-poter. U din l-in- ġustizzja jien irrid niġġildilha. U nixtieq nibda billi nsemmi każ li għalija hu gravi. Il-każ ta' tlett uffiċjali fil-Ministeru ta' Għawdex li ġew akkużati bi qtil involontarju ta' ħaddiem li tilef ħajtu waqt li kien qed jaħdem fid-Dwejra f 'Għawdex wara li ċeda saqaf fuqu. Ir-responsabbiltà tal-mewt ta' dan l-impjegat, skont l-inkjesta waqgħet fuq dawn it- tlett uffiċjali li iżda sal-ġurnata tal- lum għadhom qed jirrappurtaw għax-xogħol mingħajr ma ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom anke jekk qed jiffaċċjaw akkużi ta' natura kriminali. U dan mhux sew. Meta ħaddiema jiżbaljaw b'mod inqas serju u gravi jiġu sospiżi. Iżda jidher ċar li l-liġi ma tgħoddx għal kulħadd l-istess. Jidher li mhux kulħadd għandu l-protezzjoni ta' xi Ministru ġewwa pajjiżna. Anke jekk tkun intilfet il-ħajja ta' persuna waqt ħidmietha. Din il-ġimgħa fil-Parlament, rajna Gvern jipproponi liġi li suppost ser tgħin biex tħaffef il-proċess tal-inkjesti maġisterjali. Minflok qed naraw liġi li kull mhu ser tagħmel hi li tneħħi l-indipendenza tal-maġistrati billi tintroduċi awtorita' governattiva fuq il-bord tal-inkjesta, b'nies maħturin miċ-ċrieki tal-Gvern stess bil-konsegwenzi li dan kollu jġib miegħu f 'inkjesti bħal dawn. Minflok, il-Gvern imissu jara kif se jżid iktar maġistrati b'mod full time, bil-ħaddiema kollha li għandhom bżonn magħhom u mhux li nagħmlu awtorita' oħra biex fiha npoġġu iktar ħbieb tal- ħbieb u nies tal-qalba. L-inkjesti irriduhom jistabbilixxu b'mod indipendenti riżultati favur il- ħarsien tal-poplu Malti u mhux favur xi individwu li jkun protett minn Kastilja jew xi ministeru ieħor. Hija ħasra kif dan il-Gvern, bin-nuqqas ta' azzjoni tiegħu qed ikompli inawwar u jeqred il-fiduċja li l-poplu Malti baqgħalu fl-istituzzjonijiet ta' pajjiżna. Fiċ-Ċivil Kull min jaħdem maċ-Ċivil jew f 'dipartimenti tal-Gvern jaf kif l-overtime naqas. U jaf ukoll li jekk ma tagħmilx siegħa overtime, il-paga ma tinġabarx. Jien naqbel li kull min jaħdem wara l-ħin u kull min suppost jieħu allowance ġustifikata dan ovvjament li għandu jeħodhom. Iżda minn mistoqsija parlamentari li għamilt dwar €1 miljun f 'sahra u allowances fil-Ministeru ta' Għawdex jidher ċar li l-issikkar taċ-ċintorin fiċ- Ċivil mhux għal kulħadd l-istess. L-Awditur Ġenerali sab li dawn il-flejjes minn flusek u flusi imħallsa żejjed lill-ħbieb tagħna fil-Ministeru għal Għawdex m'hemmx ġustifikazzjoni għalihom. Iġifieri il-flus tagħna lkoll qed jitberbqu fuq il-ħbieb tal-Ministru. Fuq dawk li jieħdu ħsieb li l-Ministru jerġa' jsib is- siġġiu fil-Parlament fl-elezzjoni li ġejja! Il-paga minima Minn hawn jiġuni f 'moħħi wkoll dawk il-150,000 ħaddiem f 'pajjiżna li jaqilgħu inqas mill- paga medja. Jiġifieri inqas minn €21,000 fis-sena, fi żmien meta l-għoli tal-ħajja hu rampanti. U dan mhux qed ngħoddu il- ħaddiema li jaħdmu għal rashom. Minn mistoqsija parlamentari oħra li għamilt lill-Ministru tal- Finanzi, ħareġ ċar li mill-2021 għall-2022 il-ħaddiema li qed jaqilgħu inqas mill-paga medja żdiedu b'10,000 persuna. Jiġifieri is-sitwazzjoni sejra għall-agħar! U dan kollu grazzi għall-unika viżjoni li kellu dan il-Gvern u l-istess ministru li ried jimporta għexieren ta' eluf ta' ħaddiema barranin li żammew il-pagi tal-Maltin f 'diversi setturi baxxi u li għal dawn l-aħħar snin ma setgħux jitolbu żidiet minħabba li kien hemm min hu lest jitħallas inqas għall-istess xogħol. Dan kollu qed ikollu għafsa fuq il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti. U din l-għafsa tidher ċara. Mhux ta' b'xejn li dan il-Gvern abbanduna għal kollox l-għajta favur il-paga minima li kien tant ħambaq u aħar biha it tas-snin ilu. Issa qed jidher biċ-ċar li peress li ma kienx kapaċi joħloq impiegi ta' kwalita' li jħallu iktar flus fil-bwiet tal-ħaddiema Maltin, addotta politika taċ-cheap labour u b'hekk mhux kapaċi jassigura dħul xieraq għal mijiet ta' eluf ta' ħaddiema sabiex ikollhom kwalita' tal-ħajja kif jixraq. Fir-rigward taċ-cheap labour u n-nuqqas ta' servizz li qed ningħataw tidher ċara kristall minn kif dan il-Gvern irriduċa lill-AirMalta li issa tgħabbiet b'numru kbir ta' ħaddiema barranin minħabba l-falliment u d-deċiżjionijiet ħżiena li ġabu l-Air Malta għalkopptejha u f 'xifer il-falliment. Riżultati ta' dawn id-deċiżjoinijiet imbażwra qed ibatihom il-konsumatur Malti li jagħmel użu mill-linja nazzjonali tal-ajru. Linja tal-ajru tagħna lkoll li fuqha jiddependi kemm is-settur turistiku kif ukoll it- trasport tal-kummerċ. Ħbieb, jidher ċar li f 'pajjiżna qed isseħħ ħafna inġustizzja, kemm fil-ħajja ta' madwarna kif ukoll fuq il-postijiet tax-xogħol. Permezz taż-żjarat li nagħmel għandkom insir naf dejjem iżjed kif il-kwalità tal-ħajja tagħna sejjer lura minħabba deċiżjonijiet fażulli meħuda minn ministri dilettanti. Jiena nwiegħdkom li ser inkompli nistaqsi u nesponi kull fejn nara trattament inġust. U se nkompli nistaqsi lill-ministri ta' dan il-Gvern biex intom ikollkom risposta xierqa. Ivan Castillo il-Gvern imissu jara kif se jżid iktar maġistrati b'mod full time, bil-ħaddiema kollha li għandhom bżonn magħhom u mhux li nagħmlu awtorita' oħra biex fiha npoġġu iktar ħbieb tal- ħbieb u nies tal- qalba