Illum previous editions

ILLUM 5 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491701

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I va naqblu perfettament mal-Mov- iment Graffitti li hemm bżonn illi tinfetaħ inkjesta pubblika fil-ma- terja li titratta l-mewt ta' Jean Paul Sofia. U mhux biss. Hemm bżonn illi mmorru lilhinn mill-paroli u l-emojis fuq il-midja soċjali u għandna bżonn immorru lilhinn mix-xokk nazzjonali kull meta sseħħ traġedja bħal dik ta' Sofia. Hemm bżonn li nevalwaw x'ġara speċjalment f 'qasam fejn il-perċezzjo- ni popolari hija li ma hemmx regoli, u dawk li hemm qegħdin hemm biex jinkisru jew ikunu injorati. Jekk ikun każ ta' xogħol mhux professjonali, per eżempju, wieħed irid jistaqsi għaliex kien qed isir. Min suppost jara u jevalwa li r-regoli fuq sit ta' kostruzzjoni qed jiġu mħarsa, fejn kien? Min suppost jara li jkun hemm livelli u standards ta' kwalità fix-xogħol li jkun qed isir, fejn kien? Min suppost jaċċerta s-saħħa u s-sigurtà qed ikun preżenti biżżejjed? Fuq il-programm Mill-Kamra fuq TVMNews+ il-Kap Eżekuttiv tal- Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol (OHSA) spjega kif fl-2022 inħarġu 462 multa u inbdew madwar 200 azzjoni fil-Qrati. Dan huwa tajjeb, imma allura għaliex għadna qed naraw inċidenti jseħħu li ġieli jħallu persuni blla ħajja? Ejja ma naqgħux fin-nassa tal- argument tal-inevitabilità - daqslikieku bilfors iridu jseħħu ċerti traġedji. Dak mhux soljev. Is-soljev għandu jkun li jkollna il-fatti f 'idejna u mill-fatti l-Gvern jieħu l-azzjoni. Azzjoni biex ix-xogħol li ma jsirx b'sengħa, ma jkunx jista' jsir, biex kull min jaħdem fil-kostruzzjoni jkollu ċertifikazzjoni li turi li għandu l-ħila u ġie mħarreġ fix-xogħol u biex fejn hemm il-problemi u l-isfidi dawn ikunu indirizzati. Dan kollu mhux se jiggarantixxi li ma jkunx hawn cowboys u nies li jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu u lanqas se jiggarantixxi illi ma jkunx hawn inċidenti. Iżda aktar informazzjoni se twassal, biex ikun hawn aktar għarfien, aktar leġiżlazzjoni, aktar infurzar u finalment inqas inċidenti. Jiġifieri s-sejħa biex issir inkjesta pubblika dan l-editorjal jaqbel magħha, mhux biss għax toffri ġustizzja lill- familja ta' Sofia, iżda wkoll biex tagħmel ġustizzja mas-soċjetà kollha li wara kollox tilfet diversi membri tagħha f 'inċidenti fuq siti ta' kostruzzjoni, weġġgħet oħrajn u ħalliet oħrajn prattikament tallaba. "Dawn mhumiex inċidenti traġiċi iżda konsegwenza inevitabbli ta' sistema maħsuba biss biex taqta' l-ġuħ għall- profitt li għandhom l-iżviluppaturi u n-negozji fis-settur tal-kostruzzjoni, ġuħ li ma taqtgħu b'xejn... l-imwiet ta' Jean Paul Sofia, Miriam Pace, u tal- ħaddiema kollha tal-kostruzzjoni li mietu fuq il-post tax-xogħol tagħhom, setgħu jiġu evitati. Hekk qalu l-membri tal-Moviment Graffitti lbieraħ u għandhom raġun. Imma bir-raġun fejn aħna se nibqgħu. Naqblu ma' inkjesta pubblika fuq il-każ ta' Jean Paul Sofia!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 February 2023