Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492488

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 jistax ikun sostnut biss mid- jiżdiedu kif qegħdin' F'ħafna mill-każini llum insibu iżjed minn għalliem mużikali wieħed, ġieli anki erbgħa, li jispeċjalizzaw fl-istrumenti tal- qasba, tar-ramm, tal-perkussjoni u anki fit-teorija. L-iskop ewlieni huwa li t-tagħlim mużikali fil- każin ikun wieħed mill-aktar professjonali, fejn l-istudenti jew allievi jersqu għall-eżamijiet b'distinzjoni. Barra minn hekk, il-każin tal-banda huwa wkoll opportunità għall-istess studenti li jieħdu sehem f 'attivitajiet differenti li jsiru matul is- sena b'impenn għalihom u l-komunità kollha. Irrid hawn ukoll insemmi l-aċċessibilità tal-każini tagħna, fejn ħafna minnhom joffru t-tagħlim kollu mingħajr ħlas u sa anki jipprovdu strumenti mużikali b'xejn lill-istess allievi. Lilhinn mis-sokor, marċi u discos l-element żagħżugħ kemm għadu b'saħħtu fl-operat tal-każini? U l-volontarjat għadu b'saħħtu jew ħa daqqa minn wara l-pandemija li ma rkuprax minnha? Inkunu qed nidħqu bina nfusna jekk ma nammettux li d-dinja ta' madwarna nbidlet xi ftit, u li l-prijoritajiet speċjalment taż-żgħażagħ inbidlu mhux ħażin. Madankollu, dan ma wassalx għal xi tip ta' djaspora mill-każini tal-banda. Anzi, illum diversi kumitati huma mmexxija minn żgħażagħ jew persuni ta' età kemmxejn żgħira li trawmu fid-diversi sezzjonijiet jew kummissjonijiet taż-żgħażagħ li twaqqfu fil- każini diversi snin ilu. Ma rridux nassoċjaw liż-żgħażagħ biss mal-marċi, l-entużjażmu u forsi anki xi elementi negattivi. Min hu midħla tal-każini jaf is- sagrifiċċju kbir li diversi persuni, fosthom żgħażagħ, jagħmlu matul sena sħiħa biex jittellgħu diversi attivitajiet fosthom il- festa tal-lokal. Mill-każini ħarġu u għadhom joħorġu mużiċisti ta' fama, persuni li tgħallmu xi sengħa frott ħidmiethom fl- imħażen tal-armar u l-kmamar tan-nar, u oħrajn f 'karigi għolja ta' amministrazzjoni li tħarrġu fil-kumitati varji li nsibu f 'kull każin. Jidher li għalkemm il- volontarjat ħa xi ftit daqqa lura sforz il-pandemija, il-festi tas-sena li għaddiet urew sens ta' entużjażmu mġedded, li jġgħielna nħarsu 'l quddiem b'mod pożittiv. Fadal x'isir u fadal x'naħdmu biex inkomplu nressqu iktar żgħażagħ lejn il- każini tal-banda u dan nemmnu li għandu jsir billi jkunu konxji ta' dak li jseħħ ġewwa fihom. Kemm tara li r-relazzjoni bejn l-għaqdiet mużikali u l-Knisja hija b'saħħitha? Kemm tħoss li huwa kruċjali li din ir-relazzjoni tkun waħda b'saħħitha? Ir-relazzjoni bejn l-għaqdiet mużikali u l-Knisja hija waħda li tmur lura bosta snin. Hija affinità li nibtet bis-sehem li l-każini dejjem taw f 'kull okkażjoni ekkleżjastika fil-bliet u l-irħula, b'mod speċjali fil- ġranet tal-festa. Dan l-impenn huwa wieħed li għadu validu sal- lum il-ġurnata, u allura ma jistax ikun li żewġ entitajiet distinti li jaħdmu flimkien ma jkollhomx taħdidiet u arranġamenti flimkien. Nistqarru li f 'dawn l-aħħar snin din ir-relazzjoni kienet waħda tajba tant li bħala Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda ħdimna flimkien matul il- perjodu tal-pandemija, kif ukoll fl-applikazzjoni ta' Malta biex il-festa Maltija tkun rikonoxxuta bħala wirt dinji intanġibbli mill- UNESCO. Finanzi: X'inhi s-sitwazzjoni tal-każini in ġenerali, speċjalment għaqdiet f 'irħula fejn d-donazzjonijiet u s-sens ta' komunità mhumiex daqsrant kbar? Ir-realtà tal-każini, għalkemm simili, mhux l-istess f 'lokalitajiet differenti. Jidher ċar li d-donazzjonijiet għadhom jidħlu, li n-nies għadha mħeġġa lejn il-każini tal-banda u lejn il-festi. Każini f 'komunitajiet ġodda fejn is- sens ta' appartenenza huwa wieħed iżgħar, irnexxielhom jidħlu f 'niċeċ partikolari li permezz tagħhom daħlu sehem ta' nies ġodda. Nemmnu bis- sħiħ iżda li l-vijabilità fil- ġejjieni tal-każini tal-banda ma tistax tkun sostnuta biss mid- donazzjonijiet. Hemm bżonn li jkun hemm dħul alternattiv ieħor, anki għaliex l-ispejjeż dejjem jiżdiedu, u l-ħidma amministrattiva li hemm bżonn qed tirrekjedi ħafna sigħat ta' xogħol volontarji. Finalment, x'inhuma l-proġetti li għandkom fil- pjanijiet tagħkom għas-snin li ġejjin? Matul din is-sena l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qed tiċċelebra l-75 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Bħalissa ninsabu għaddejjin bil-ħidma neċessarja biex jittella' kunċert sinfoniku ċelebrattiv bl-isem 'Laudate Dominum in sanctis eius' nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar fis-7.30pm fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann taħt il-patroċinju distint tal-President ta' Malta, l-Eċċellenza George Vella. Il-banda sinfonika, taħt id- direzzjoni tas-Surmast Taljan Giampaolo Lazzeri, ser tkun magħmulha minn għadd ta' mużiċisti li ħadu sehem f 'numru ta' masterclasses professjonali organizzati mill-istess Għaqda u li saru fl-aħħar xhur minn tutors barranin. Dan il-proġett kien rigal ieħor li l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tat lill-baned u lill-mużiċisti Maltin, b'opportunità li jitħarrġu u jikbru aktar fl-aspett mużikali. Għalkemm iż-żminijiet inbidlu, jidher ċar li l-prijoritajiet u l-bżonnijiet tal-każini baqgħu tal-istess xorta. Nemmnu li wasal iż-żmien li l-Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda tingħata rikonoxximent legali sabiex dan is-settur kulturali jiġi amministrat aħjar, b'konformità u anki iżjed għajnuna lill-għaqdiet mużikali. Dan anki billi jissaħħaħ l-element tat-tagħlim tal-mużika speċjalment bl- implimentazzjoni ta' kurrikulu nazzjonali komuni. Finalment, l-għan tal-Għaqda huwa dak li tkompli tressaq il-każini lejn in-nies u n-nies lejn il-każini, għaliex mingħajr l-eżistenza ta' dawn l-għaqdiet komunitarji fil- lokalitajiet tagħna nkunu tlifna s-sens ta' appartenenza li huwa tant importanti fl-aspett soċjo- ċiviku ta' pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023