Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492488

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 kotba illum • IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 XitaSkiet b'xi mod inzertatura feliċi għal Mark Vella, li jieħu gost jerġa' jiskopri xogħol ieħor narrattiv ta' Victor Fenech, li jittratta dejjem is- suġġetti tiegħu b'onestà u empatija, filwaqt li jagħti ritratt ġenerazzjonali rari li mhux ta' min jiskartah. ovvju tad-distakk ġenerazzjonali, jittratta l-kontemporanjetà b'kurżità u empatija attivi. Ir- rakkonti ta' Fenech prożatur, inqas magħruf, għandhom is-sensibbilità u l-impenn tal- poeżija ċelebri tiegħu, u ma jittantawx jagħmlu aktar minn dak li għandhom jagħmlu. Jiġifieri jirrakkontaw, anki jekk mhux bi strateġiji 'letterarji' li jiġbdu attenzjoni għall-użu tal-lingwa u għall-ħdim tan-nisġa kif forsi mistenni, imma li jħarsu b'qalb u għajnejn onestament fittiexa biex jimu dinjiet ġodda imma wkoll dinjiet kontemporanji, li bilfors tmiss magħhom lil hinn mill-età jew l-istat tiegħek, inkella huma qagħdiet universali b'libsa ġdida. Għalhekk, jolqtuk in-novelli dwar temi bħall- prostituzzjoni u l-immigrazzjoni, u anki fejn jidħlu d-droga u s-sess, forsi deskritti b'naivetè li tista' tillimita ċertu effetti tat-test, xorta waħda hemm biżżejjed riskontru mar- realtà u mal-qagħda problematika li ma tistax iddawwar ħarstek u tinjoraha. Għax l-esperjenza, il-ħajja mgħejxa, għandha valur ukoll, u anki jekk il-ġdid jiġi mistħarreġ minn nuċċali qadim u vista qed tiċċajpar, hemm siwi xorta. U forsi huwa dak li jrodd il-poetiċità, iżda mhux biss: l-impenn letterarju ta' Fenech jiaħ tieqa rari fil- letteratura Maltija fejn, min-naħa, għandek artist ta' ġenerazzjoni mgħoddija u li spiss tissogra titqies sorpassata, li xorta waħda juri interess attiv f 'dinja li mhux bilfors hi jew għadha tiegħu. U, mill- oħra, speċjalment fil-mumenti fejn jidħlu t-tiiriet iktar milli l-analiżi tal-kontemporanjetà, tieħu idea storika ta' kif kien iż- żagħżugħ ta' żmienu, speċjalment tas-sittinijiet li it li xejn għandna xogħlijiet li juruhom, appuntu fil-ħajja mgħejxa tassew, sakemm ma jkunux strambi jew imdeffsa f 'allegorizzazzjoni antierojka, jew inkella maqbuda qisha pedina bla setgħa fl-irwiefen tal-istorja qed tinbidel mingħajr ma toħorġu bħala tassew parteċipi fiha. Huwa xogħol li kieku missieri ma jiddejjaqx jaqrah, u li jfakkarni wkoll fir-rakkonti tiegħu fejn nisma' storja ta' bniedem, iktar milli ta' karattru fittizju jew sinjal narrattiv li qiegħed hemm aktar biex jaqdi funzjoni testwali kif ukoll vanità solipsistika, aktar milli bħala essri komplut jgħix il-ħajja ta' kuljum. Dan il-ktieb fih diversi mumenti ta' valur, mir- rakkonti qosra li jgħidu storja bl-innoċenza ġenerazzjonali imma bl-esperjenza tas-snin, kif ukoll fil-biċċiet iqsar li joqorbu lejn is-saġġ u li jaħdmu b'taħlita ta' nostalġija u umoriżmu, u li joħorġu bħala karatteristiċi tal- libertà u l-esperimentazzjoni li Fenech dejjem kellu ismu magħhom. Hemm is-simpatiku u l-gustuż, lil hinn mill-impenn kurjuż tal- iskoperta ta' dinja li mhux bilfors l-awtur-narratur qed jabitaha għal kollox bħala parteċipi attiv u involut. Imma l-ħlewwa ta' bosta minn dawn il-kitibiet m'għandhiex tqarraq: anzi, hija stħarriġa kolta u sofistikata, x'aktarx aktar minn ta' kittieba oħra wisq iżgħar fl-età, li b'dinjità u anki b'ċertu eleganza, tagħtina ħarsa mod ieħor u rari lejn Malta u lejn il-bniedem mil- lenti ġenerazzjonali mneżżgħa minn kull pretensjoni u kull ċertezza. U għaldaqstant, lil hinn mill-età venerabbli u l-ħemel esperjenzi tal-awtur, xogħol Victor Fenech dejjem sorpriża ħelwa u interessanti, u jkun sew li xogħlu jservi bħala indikatur ta' stil u attitudni minkejja l-għajbien ta' ċertu xogħol f 'ħambiet oħra ta' did-dinja ġdida li lkoll qed nitqabbdu magħha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023