Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492488

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 'Qumu kontra l-istigma' IL-MESSAĠĠ FIL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-EPILESSIJA It-tema ta' din is-sena għall-Jum Internazzjonali tal-Epilessija (13 ta' Frar), "Step Up Against Stigma", tipprovdi pjattaforma għal nies bl-epilessija, u dawk li jieħdu ħsiebhom, biex joħolqu iktar għarfien lejn il-fatti u jneħħu l-misinformazzjoni. "L-epilessija taffettwa kważi kull aspett tal-ħajja tal-persuna dijanjostikata bil-kundizzjoni," qalet Dr Francesca Sofia, president tal-Uffiċċju Internazzjonali għall- Epilessija (IBE). "Għal ħafna nies li jgħixu bl-epilessija, l-istigma marbuta mal-kundizzjoni ħafna drabi hija aktar diffiċli biex tiġi ttrattata mill-marda nnifisha." F'ħafna pajjiżi, in-nuqqas ta' għarfien dwar l-epilessija bħala kundizzjoni tal-moħħ li tista' tiġi kkurata tibqa' sfida ċentrali tas- saħħa pubblika. L-edukazzjoni tan-nies dwar l-epilessija u t-tneħħija tal- miti jistgħu jnaqqsu l-istigma u d-diskriminazzjoni fl-iskola, fuq ix-xogħol, fil-klinika, madwar il- komunità u fid-dar. F'Malta, il-voluntiera fl- Assoċjazzjoni tal-Epilessija tal-Caritas Malta qed jagħmlu l-parti tagħhom billi joffru taħriġ edukattiv b'xejn lil gruppi varji fosthom ir-rekluti tal-pulizija, skejjel (kemm għalliema kif ukoll LSEs), Aġenzija Sapport, u oħrajn. Jorganizzaw ukoll laqgħat ta' kull xahrejn għal persuni bl-epilessija u dawk li jieħdu ħsiebhom. Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil maltaepilepsy@gmail.com. Pjan ta' Azzjoni Globali Fl-2022, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa approvat il-Pjan ta' Azzjoni Globali Intersettorjali dwar l-Epilessija u Disturbi Newroloġiċi oħra [IGAP], li għandu l-għan li jnaqqas l-istigma, itejjeb l-aċċess għat-trattament u jnaqqas il-piż ta' disturbi newroloġiċi, kif ukoll itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' nies b'disturbi newroloġiċi, dawk li jieħdu ħsiebhom, u l-familji. L-IGAP fih objettiv strateġiku speċifiku li jsaħħaħ l-approċċ tas- saħħa pubblika għall-epilessija, li jitlob li 80 % tal-pajjiżi jkunu żviluppaw jew aġġornaw il- leġiżlazzjoni tagħhom biex jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-persuni bl-epilessija sal-2031. "IGAP jitkellem direttament mal-missjoni, il-ħtiġijiet, u l-aspirazzjonijiet tal-komunità globali tal-epilessija," qalet Helen Cross, President tal-International League Against Epilepsy (ILAE). "Għalhekk hija għodda b'saħħitha li tgħinna nagħlqu n-nuqqasijiet attwali inaċċettabbli ta' inklużjoni, trattament, prevenzjoni u riċerka fl-epilessija." F'Malta, il-voluntiera fl-Assoċjazzjoni tal- Epilessija tal-Caritas Malta qed jagħmlu l-parti tagħhom billi joffru taħriġ edukattiv b'xejn lil gruppi varji fosthom ir-rekluti tal-pulizija, skejjel, Aġenzija Sapport, u oħrajn...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023