Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492488

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

mhux mirbuħa... Ħarsa lejn sena ta' gwerra 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 mal-pajjiżi kollha tal-G7 fir- rabta mal-prezz taż-żejt qed iwasslu biex jonqos sew id-dħul Russu mill-esportazzjoni. Il- pajjiżi tal-G7 huma l-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, l-Istati Uniti u l-Kanada. Siluanov qal li dan se jfisser li r-Russja tkompli żżid id-defiċit. L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija qalet f 'Diċembru li għadda li r-Russja kienet rat id- dħul tagħha mill-esportazzjoni jonqos b'$700 miljun. U l-munita Russa? Il-munita Russa (Russian Ruble) niżlet għall-aktar livelli baxxi fid-29 ta' Diċmebru li għadda u kienet qed tbiegħ b'72 għal kull dollaru, tnaqqis ta' 18% f 'xahar wieħed biss. Iktar minn hekk, il-valur tal-munita Russa naqas bin- nofs, meta mqabbel ma' qabel il-gwerra anke jekk baqgħet b'saħħitha grazzi għall-miżuri tal-Bank Ċentrali Russu li rdoppja r-rati ta' interess, daħħal kontrolli kapitali u ġiegħel lill- esportaturi jikkonvertu 80% tad- dħul tagħhom f 'Rubles. L-industrija tal-karozzi taqla' xebgħa Pero' jekk ir-Russja kienet esportatur kbir taż-żejt, huwa pajjiż ukoll li għandu suq b'saħħtu ħafna tal-bejgħ tal-karozzi. Is-sit Reuters irraporta fit-12 ta' Jannar li għadda li l-bejgħ tal-karozzi naqas b'67% fl-2022, skont l-Association of European Businesses (AEB). Din hija l-agħar sena għal dan is-settur mill-1991, meta kkrollat l-Unjoni Sovjetika. Diversi produtturi tal- karozzi fir-Russja ssospendew il-produzzjoni għal xi żmien is-sena l-oħra, filwaqt li sabu diffikultajiet jiksbu l-parts jew jespandu n-negozju lilhinn mir- Russja. Dan apparti li kumpaniji kbar bħal Renault telqu mis-suq Russu. Minkejja dan, l-industrija qed tara illi l-bejgħ xorta se jerġa' jiżdied din is-sena bi 12%, għalkemm jibqa' inqas minn nofs il-1.6 miljun karozza li kienu nbiegħu fl-2021. Imma Putin għadu 'l bogħod minn mirbuħ! Minkejja d-daqqiet kollha mis-sanzjonijiet huwa ċar li Vladimir Putin huwa 'l bogħod minn mirbuħ u artiklu din il- ġimgħa stess f 'The New York Times irrapporta kif minkejja kollox Putin irnexxielu jirridirezzjona l-esportazzjoni taż-żejt lejn l-Ażja - speċjalment iċ-Ċina, it-Turkija u l-Indja u "jadatta skemi ta' evażjoni pperfezzjonati mill-alleati tar- Russja, l-Iran u l-Venezwela." Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, n-negozju taż-żejt bejn ir- Russja u l-Indja żdied b'16-il darba għal total ta' 1.6 miljun barmil kuljum f 'Diċembru. Din il-ġimgħa wkoll Sky News irrapportat membru tas- Servizzi ta' Intelliġenza tal- Estonja jgħid illi Putin mhux se jkollu nuqqas ta' armi u li huwa jemmen "li jista' jibumbardja lill-Ukrajna fuq il-mejda tan- negozjati." Ir-rapport ta' dan l-ispija Estonjan bl-isem 'International Security and Estonia 2023' jgħid illi l-Gvern ta' Putin se jkompli jimmobilizza bit-tama li l-ewwel li "jgħejjew" jkunu l-Ukreni u l-Unjoni Ewropea. Putin diġà mmoblizza madwar 300,000 persuna għall-ġlied. Għalfejn Putin ma jridx iċedi? Ikun hemm min jistaqsi imma b'telfiet u taħt il-pressjoni ekonomika, għaliex Putin ma jridx iċedi? Risposta pjuttost interessanti u li fiha x'tomgħod ingħatat f 'The Gaurdian, f 'artiklu miktub minn Olga Chyzh, intitolat: "When will Putin give up Ukraine? Only when his inner circle forces him to stop." Hija twieġeb il-mistoqsija hekk: "Għax Putin jopera taħt realtajiet istituzzjonali differenti mill-avversarji tiegħu fil-Punent, li biex jibqgħu fil- poter jridu jirbħu l-appoġġ ta' parti sostanzjali mill-poplu. Il- kontinwità tal-poter ta' Putin jżomm fuq l-appoġġ ta' ftit nies meqjusa bħala elit, li jiddependu fuqu għal pożizzjonijiet tagħhom." Olga Chyzh - Professur fid- Dipartiment tax-Xjenza Politika fl-Università ta' Toronto - tisħaq illi dawn l-elit, mhux biss jaqblu mal-gwerra imma jridu u qed jgħajtu għall-eskalazzjoni tagħha fid-dawl tal-politika imperjalista tal-Kremlin, illum taħt Putin u minn ħafna qablu. L-istorja tal-gwerra fl- Ukrajna, jidher għalhekk, li għad fadlilha ħafna kapiltli x'jinkitbu!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023