Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493022

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 Turista marret tagħmel il-massaġġi u spiċċat abbużata sesswalment Massuer fi spa inżamm arrestat wara li kien akkużat illi stupra mara li kienet qed tqatta' l-vaganza tagħha fl-istess lukanda fejn jaħdem l-akkużat. Iż-żagħżugħ ta' 28 sena li tressaq il-Qorti din il-ġimgħa, f 'seduta li matulha kien hemm ukoll preżenti rappreżentanti tal-Ambaxxata Amerikana, kien akkużat illi waqt li kien qed jagħmel il-massaġġi lill-mara in kwistjoni huwa għamel ċerta avvanzi sesswali li ma kinux mixtieqa. L-Ispettur John Spiteri, wieħed mit-tliet spetturi li qed imexxu il-Prosekuzzjoni, sostna illi l-mara qaltilhom li ppenetraha b'subgħajh u poġġa sidirha f 'ħalqu. Il-mara, fi stat ta' xokk, waqfet tagħmel il-massaġġi, telqet mill- ispa u immedjatament fetħet rapport għand il-pulizija, bit- tfittxija ssir ilbieraħ. Il-Qorti qalet illi l-vittma temmet il-vaganza u marret lura d-dar iżda lesta tixhed permezz ta' video conference. L-Ispettur Spiteri qal lill-Qorti illi l-akkużat ma marx għax-xogħol l-għada, xi ħaġa li qajmet is-suspett tal-pulizija, li sussegwentement ma setgħetx issibu fl-indirizz reġistrat tiegħu. Huwa kien tefa' wkoll il-mowbajl. Huwa kien eventwalment arrestat fit-tieni post tax-xogħol li kellu. L-akkużat, ta' nazzjonalità Indjana li jgħix il-Fgura, kien akkużat bi stupru u li żamm mara kontra r-rieda tagħha, filwaqt li wettaq att ta' natura sesswali mingħajr il-kunsens tal-istess mara. L-Ispettur Spiteri spjega li l-Prosekuzzjoni qed toġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-biża' li l-akkużat jitlaq mill-pajjiż biex ma jiffaċċjax il-ġustizzja. Fil-fatt jirriżulta li minn meta bdiet l-investigazzjoni l-akkużat għamel kuntatt ma' nies li jgħixu barra, partikolarment fl-Italja u Spanja. L-oġġezzjoni għall-ħelsien mill-arrest kienet ukoll riżultat ta' biża' li l-akkużat jbagħbas mal- evidenza, hekk kif ix-xhieda tal- allegat vittma għadha ma nġabritx kollha u allura jekk jinħeles ikun jista' faċilment jikkomunika mal- kollegi tiegħu li raw u tkellmu mal- vittma. Id-Difiża qalet illi l-inċident seħħ ħamest ijiem ilu u li kieku ried ikellem lill-kollegi, diġà għamel dan, apparti li fl-ebda ħin ma pprova jitlaq mill-pajjiż. Id- Difiża qalet illi l-Prosekuzzjoni ma għandha ebda evidenza li turi illi dan ir-reat fil-fatt seħħ Il-Qorti, wara li semgħet liż- żewġ naħat, iddeċidiet li tirriuta l-ħelsien mill-arrest f 'dan l-istadju minħabba r-riskju li l-akkużat jaħrab mill-pajjiż jew inkella jipprova jinfluwenza lix-xhieda. Il-Qorti tat ordni ta' protezzjoni favur il-mara, li jfisser ukoll li bl- ebda mod ma jista' jikkomunika magħha. Jekk jagħmel dan jiffaċċja multa ta' €7,000.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023