20
kummerċjali
IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum
Numru rekord ta'
sottomissjonijiet għall-
Malta Architecture
and Spatial Planning
(masp) Awards 2022
Ġew sottomessi numru re-
kord ta' proġetti għar-ra-
ba' edizzjoni tal- Malta
Architecture and Spatial
Planning (MASP) Awards
tal-2022. Il-MASP Awards,
li torganizza l-Awtorità
tal- Ippjanar, jirrikonoxxu
u jippremjaw proġetti ta'
arkitettura u disinn kon-
temporanji li jispikkaw
għall-kreattività, l-in-
novazzjoni, u s-sengħa
tagħhom.
Din is-sena, l-Awtorità
rċeviet sottomissjoni ta'
aktar minn mitt proġett,
mifruxa fuq tnax-il
kategorija, minn periti u
kumpaniji tal-arkitettura
u tad-disinn stabbiliti sew,
kif ukoll mill- ġenerazzjoni
li jmiss ta' periti u interior
designers. Iż-żewġ kategoriji
l-aktar popolari, b'aktar
minn għoxrin sottomissjoni,
huma fl-Arkitettura Interna
għal Bini Kummerċjali jew
Pubbliku, u l-Kunċett tal-
Ippjanar Urban.
Il-kategorija tal-
Arkitettura Interna għal
Bini Kummerċjali jew
Pubbliku hija għal proġetti
li jisbqu fit-twettiq tal-
potenzjal veru ta' spazji
interni ta' bini kummerċjali
ġdid jew irranġat, jew bini
pubbliku li mmassimizza
l-benefiċċji ambjentali
bħal dawl naturali, ħoss,
u ventilazzjoni kif ukoll
jinkorpora materjal
innovattiv.
Il-Premju tal-Kunċett
tal-Ippjanar Urban, miftuħ