Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493022

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 kummerċjali illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 ukoll għal studenti universitarji tal- arkitettura, jingħata għal proġetti li għadhom fl-istadju tal-kunċett tagħhom, fejn jiġu identifikati soluzzjonijiet innovattivi tal-ippjanar li permezz tagħhom jistgħu jiġu indirizzati sfidi eżistenti fi spazju partikolari. Maria Spiteri, organizzatriċi tal-MASP Awards qalet li "ninsabu kuntenti bin-numru rekord ta' sottomissjonijiet li rċevejna għall-edizzjoni ta' din is-sena tal-MASP Awards. Ir- rispons minn periti, ditti tal- arkitettura, interior designers, u studenti tal-arkitettura juri l-kburija u d- dedikazzjoni li għandhom fix-xogħol tagħhom il-professjonisti li jaħdmu fl- industrija tal- arkitettura u tad- disinn." Is-Sinjura Spiteri rrimarkat li "bil-kwalità għolja tal-proġetti sottomessi, il-membri tal-ġurija għandhom biċċa xogħol diffiċli fuq idejhom biex jidentifikaw ir- rebbieħa." Għal darb'oħra, din is-sena, il-ġurija ser tkun magħmula minn numru ta' professjonisti ta' profil għoli fi ħdan l-industrija. Immexxi mill-eks President tal-Assoċjazzjoni tal-Periti tal- Commonwealth, il-Perit Vincent Cassar, il-membri tal-ġurija ser jinkludu lil Dr Sandro Debono, museum thinker u strateġista tal-kultura li jirrappreżenta l-Uffiċċju tal-President, Dr Kevin Gatt, perit u lettur fl-Università ta' Malta bi speċjalizzazzjoni fl- iżvilupp sostenibbli, Dr Wendy Jo Mifsud, perit u planner b'interess fil-parteċipazzjoni għat-teħid ta' deċiżjonijiet fl- ippjanar tal-ispazju, u s-Sur Frank Salt, intraprenditur influwenti u rispettat. Il-membri barranin ser jinkludu lil Katherine Neathercoat, Direttur u Kap tad- Disinn Intern fi Scott Brownrigg, li tmexxi d-direzzjoni tad- disinn kreattiv tat-tim rebbieħ tad-Disinn Intern, Saša Randić, perit u eks President tal- Assoċjazzjoni Kroata tal-Periti, u l-Prof. Guendalina Salimei, perit u sieħeb fundatur ta' t-studio, Professur fl-Università ta' Ascoli Piceno, u l- Università ta' Ruma La Sapienza, u editur tar-rivista il Progetto. Nħatru wkoll esperti tekniċi għal kull kategorija biex jassistu lill-ġurija fl-evalwazzjoni. Il-kategorija ta' proġetti żgħar, li ġiet introdotta din is- sena, kienet popolari wkoll, u għaliha kien hemm għaxar sottomissjonijiet. Din il-kategorija hija mmirata għal proġetti li, permezz ta' disinn ta' kwalità, kreattività u oriġinalità, irnexxielhom ikunu fattibbli f 'żona relattivament żgħira (mhux aktar minn 170 metru kwadru). Il-kategoriji l-oħra jinkludu Riabilitazzjoni u Konservazzjoni, Premju tad- Disinn għall- Arkitettura Tajba, Bini u Struttura, Restawr, Spazji Pubbliċi Miftuħa, Bini Kummerċjali u Pubbliku, Arkitettura Intern għal Proġetti Residenzjali, Arkitettura Residenzjali, Fotografija Arkitettonika u Inġinerija tal- Arkitettura. Il-pubbliku ser jivvota wkoll għall-proġett favorit tiegħu bejn l-20 ta' Frar u t-12 ta' Marzu 2023. Il-votazzjoni ser issir online permezz tal-website tal-MASP Awards: www.maspawards.com. Il-proġett li jirċievi l-ogħla numru ta' voti ser jirbaħ l-unur tal-Vot Pubbliku. Il-vot tal-pubbliku huwa separat mill-proċess ewlieni tal- ġudikatura tal-MASP Awards 2022, li fih membri professjonali u esperti tekniċi jivvalutaw is- sottomissjonijiet. Il-MASP Awards jaqgħu taħt il-Patroċinju tal- President ta' Malta. Ir-rebbieħa jitħabbru waqt ċerimonja ta' premjazzjonijiet li ser issir nhar is-Sibt, l-1 ta' April 2023.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023