Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493022

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 DIN HIJA KOLLABORAZZJONI BI ĦLAS Joyce Dimech Il-kultura hija r-ruħ tan-nazzjon tagħna: l-arti, il-wirt storiku, iżda wkoll l-għajx- ien ta' kuljum tan-nies tagħna kif jidher fil-lingwa, l-ikel, it-tradizzjonijiet u l-ko- munitajiet tagħna. Is-Servizz Pubbliku huwa impenjat lejn il-preservazzjoni, il-promozzjoni u t-tkabbir tal-kultura naz- zjonali f'konformità mal-Politika Nazzjon- ali tal-Kultura. Għal dan il-għan, id-Diret- torat għall-Kultura għandu l-kompitu li jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu. Fost il-prijoritajiet ta' din is-sena fis-set- tur tal-arti, il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed fil-proċess li jikteb strateġiji set- torjali biex jiżgura li l-oqsma kollha tal-arti jkunu promossi sew u jirċievu l-attenzjoni li jistħoqqilhom. Il-Kunsill tal-Arti qiegħed fil-proċess ta' konsultazzjoni biex jiffinal- izza l-Karta tal-Istatus tal-Professjonisti Artisti u Kreattivi f'Malta, kif ukoll l-inċen- tiv fiskali ta' 7.5% għall-attività artistika u l-qafas tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-settur kulturali. Se jinħarġu 23 se- jħa għal diversi skemi ta' finanzjament għall-artisti u l-isforzi artistiċi, inklużi l-in- ternazzjonalizzazzjoni, bil-għan li jingħa- ta appoġġ lill-artisti lokali biex jesportaw l-arti tagħhom barra mill-pajjiż. F'termini ta' investiment kapitali għall-ħolqien ta' spazju għat-tkabbir kul- turali u artistiku, Festivals Malta jinsab fil-proċess li japplika għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea biex jibda l-Kump- less tal-Kultura u l-Arti fil-Marsa; proġett li se jinkludi spazji għal provi għal baned lokali, premises u żewġ studios taż-żfin għal Żfin Malta, spazju għall-ħażna ta' props u lbiesi għal Teatru Malta, Ware- houses tal-karrijiet tal-karnival, teatru magħluq għal gigs ta' mużika kontem- poranja, kif ukoll mużew awdjoviżiv u tal-Karnival. Il-Fażijiet 3 u 4 tal-Malta International Contemporary Arts Space huma avvan- zati sew u sa Diċembru ta' din is-sena hu pproġettat li l-MICAS Galleries jitlestew u jingħataw lill-MICAS. Sadanittant, il-MI- CAS se tniedi wkoll il-galleriji virtwali bl-ewwel wirja tinkludi xogħlijiet minn artisti kontemporanji Maltin. L-ispazji kulturali eżistenti se jkomp- lu l-proċess ta' restawr tagħhom, bħal fit-Teatru Manoel, jew ir-rinnovazzjoni. Fit-Teatru Manoel, din is-sena se jkun hemm it-tlestija tar-restawr tal-Kunvent ta' Navarra u s-Sala Maria Ghirlando. Fi Spazju Kreattiv diġà għaddej il-proċess għat-tfassil mill-ġdid u l-ippjanar ta' spazji eżistenti għal użu aħjar mill-artisti. Proġetti kbar ta' rinnovazzjoni se jkunu wkoll il-priorità tal-Libreriji ta' Malta fil-Bibljoteka Nazzjonali fil-Belt Valletta u l-Librerija Pubblika Ċentrali f'Belt is-Sebħ. Fir-rigward tal-preservazzjoni tal-Wirt Nazzjonali, il-proġett infrastrutturali ewlieni għal Heritage Malta jibqa' dak tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Vallet- ta, li issa daħal f'fażi kritika, bil-proġett iffinanzjat mill-ERDF ta' €10 miljun — li jiffoka fuq l-aktar oqsma importanti tal-palazz, inkluż ir-rilokazzjoni tal-Arm- erija u r-restawr tal-kurituri ta' Piano No- bile — li se jiġi inawgurat fl-ewwel nofs tal-2023. Il-proġett Main Guard qed jav- vanza, filwaqt li l-pjanijiet ġew iffinaliz- zati biex il-Fortress Builders jiġu ttrasfor- mati f'ċentru għall-viżitaturi u biex taħt il-Belt Valletta jipprovdi esperjenza isbaħ għall-viżitaturi. Il-prijoritajiet għall-2023 fid-Direttorat tar-Restawr se jibqgħu r-restawr tal-Linji tal-Kottonera u ta' Santa Margherita kif ukoll il-linji Victoria fiż-żona ta' Ħal Għargħur. Fil-Belt Valletta jkompli x-xogħol fuq il-Knisja tal-Ġiżwiti kif ukoll fuq il-faċċata Ta' Ġieżu u l-Bast- juni magħrufa bħala Marina Curtains. Is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali fl-2023 bdiet proġett pilota, li permezz tiegħu, id-dokumenti kollha fir-reġistru tagħha qed jiġu diġitalizzati. Id-doku- mentazzjoni, li nġabret sa mill-1930, se tinbidel f'format diġitali, li jagħmilha aktar aċċessibbli, filwaqt li d-dokumenti l-qodma huma ppreservati u jistgħu jin- tużaw mingħajr ma ssir ħsara. Tabilħaqq, fl-2023 se jkun hemm inves- timent konsiderevoli fil-kultura. L-għan tagħna jibqa' li l-kultura tibqa' fuq quddi- em fl-aġenda nazzjonali u li niżguraw li l-investimenti tagħna jilħqu lill-komuni- tajiet kollha tal-Gżejjer Maltin. Joyce Dimech hija Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Prijoritajiet għall-kultura fl-2023

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023