Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493022

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum Omiċidji li xxukkjaw lil Malta: Angela Bondin, il-mara ANTHEA CACHIA Kien it-18 ta' Ġunju 2005 meta Angela Bondin kienet miexja fi Triq il-Madonna tal-Ħniena, fiż-Żejtun. Kif jgħid l-Ingliż, dan il-qtil kien xejn aktar minn "wrong place, wrong time" għal Angela. Dan għaliex, minkejja li Bondin kienet vittma ta' bomba, din ma kinitx immirata lejha. Dwar Bondin, ma nafux wisq ħlief li hija kienet vittma ta' bomba li saret minħabba ġlied bejn il-familja u pika għall-wirt ta' Rennie Azzopardi, il-qattiel. X'ġara dakinhar tad-delitt? Dakinhar tad-delitt, Tessie u żewġha Joseph Grima kienu fuq il-bejt ta' darhom jippreparaw għall-festa meta raw raġel li ħareġ mill-karozza u poġġa basket misterjuż ħdejn karozza oħra. Ġara li dakinhar ma kienx se jinġabar l-iskart u pront Joseph qallu biex imexxiha minn hemm, iżda dan ma semax u l-basket hemm baqa'. Fil-fatt Tessie kienet tħobb l-indafa u kienet lesta tmexxiħ mal-ġenb sakemm jinġabar l-għada. Joseph qalilha biex ma tmiss xejn iżda meta telaq mid- dar marret iġġorr il-basket. Tessie sabet diffikultà biex iġġorru għax kien tqil iżda dak il-ħin kellha tgħaddi Angela Bondin mit- triq u għenitha tkaxkar il-basket mal-kantuniera tal-garaxx, li fih kien qiegħed jaħdem iben Tessie. Iż-żewġ nisa qabdu diskursata iżda it mumenti wara seħħet splużjoni kbira li kkaġunat ħruq lit-tnejn li huma. It-tnejn ittieħdu l-isptar iżda sfortunatament Angela mietet kawża tal-ġrieħi tagħha it wara. X'ħareġ mill-Qorti? Wara l-mewt ta' Angela Bondin, bdew l-investigazzjonijiet u rriżulta li l-bomba tpoġġiet ħdejn il-karozza ta' ċertu Mary Rose Cassar. Eventwalment insiru nafu li l-bomba kienet immirata lejha u lejn uliedha minn Ronnie Azzopardi, ħu s-sieħeb tagħha. Fl-10 ta' Awwissu tal-2005 Ronnie Azzopardi, li dak iż- żmien kellu 33 sena, tressaq b'arrest quddiem il-Qorti akkużat bil-qtil ta' Bondin u bl-attentat ta' qtil ta' Mary Rose Cassar u uliedha. Madankollu, il-ġuri ta' dan il-każ seħħ nhar it-Tnejn 18 ta' Marzu fl-2013, kważi 10 snin wara. Waħda mill-ewwel xhieda kienet dik tal-Ispettur Chris Pullicino. Huwa qal li Azzopardi, dakinhar tal-isplużjoni kien għamel żewġ telefonati: Waħda miż-Żejtun stess u oħra f 'Bulebel. Ingħad ukoll li l-bomba tpoġġiet quddiem il-karozza ta' Cassar, fl-10:30a.m. Il-pulizija, permezz tal-mobile u ta' għarfien tal-karozza tiegħu, setgħet issegwi l-movimenti Azzopardi. Aktar tard insiru nafu aħjar, permezz tax-xhud ta' Mary Rose Cassar, kif bdew is-suspetti fuq Azzoppardi. Meta mar il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal interrogazzjoni, Azzopardi mar bl-istess karozza li Tessie u Joseph Grima lemħu dakinhar tal-qtil, Seat Toledo blu. Waqt il-ġuri issemma wkoll Malcolm Micallef, eks ħaddiem mal-Aġenzja Appoġġ. Micallef qal lil Pulizija li kien kellem lil ċertu Matthew Pace illi kien qalilhom li Azzopardi prova jqabbdu biex joqtol lil Cassar. Mix-xhieda irriżulta li Azzopardi kien avviċina lil Pace "għal biċċa xogħol". Huwa talbu biex ikollu x'jaqsam ma' Cassar, li kienet prositituta u wara li jmur magħha, Pace kellu jaqbad il-pistola li jagħtih Azzopardi u joqtolha. Apparti li wegħdu li jħallas għas-"servizz" ta' Cassar, huwa wegħdu li jekk joqtolha iħallsu Lm500 u karozza misruqa. Skont Micallef, Pace kien beħsiebu jirriuta. Micallef kien wissa lil Pace li minkejja li qallu b'din l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali ma setax iżommha għalih għax kien hemm persuna fil-periklu. Dan l-istess rakkont huwa eżatt dak li kien qal oriġinarjament Pace lil Pulizija. Fil-fatt l-Ispettur Pullicino semma' dan kollu fil- Qorti. Wara din ix-xhieda qamet kommossjoni żgħira għax Pace irtira dak kollu li qal lil Micallef u lill-Pulizija. Saħaq li minkejja illi qal lill-Pulizija bl-istess storja eżatt, huwa kien ivvintaha. Sostna li l-Pulizija kienet heddidtu li jekk ma jgħidx din l-istess storja, iżommuh arrestat. Huwa ċaħad li tkellem mas- social worker u ma kienx jaf lil Cassar u li lil Azzopardi, minkejja li kien jafu, "saħħa u bonġu" biss kien jgħidlu. Waqt il-ġuri Pace ġie arrestat għax biddel il-verżjoni kompletament u saħansitra ġie iddikkjarat bħala xhud ostili. L-Ispettur Joseph Agius, li kien stazzjonat fl-għassa taż-Żejtun dakinhar tal-isplużjoni, qal li għall-ewwel ħasbu li l-isplużjoni seħħet kawża ta' murtal, Rennie Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023