Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493022
08 analiżi IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum Grech: Jekk jitlaq il-PN xi jsolvi? tajjeb li ma jkun solva xejn ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ġimgħa ilu storja fuq e Sunday Times indikat li Bernard Grech - sentejn u nofs minn kemm ilu jmexxi l-PN - esprima r-rieda tiegħu li ma jibqax Kap Nazzjonalista sakemm il-kandidatura tal-persuna li teħodlu postu ikollha lill-PN warajha, bit-tama kollha tkun fuq il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. Kien l-eks Viċi Kap tal-PN u l-mibki Robert Arrigo stess li sigħat wara r-riżultat elettorali ta' Marzu 2022 sejjaħ lil Metsola biex tiġi lura Malta u "ssalva" lill- PN. F'dawn iż-żewġ paġni se nħarsu lejn żewġ angoli differenti: Għaliex Bernard Grech ikun aħjar li jitlaq mill-kariga jew inkella għaliex aħjar li jibqa'. Jitlaq: Disfatti elettorali u sondaġġi terribbli għalih u għall- PN Biex nimu aħjar l-ewwel argument irridu mmorru lura għall-2020, meta waqt li l-pajjiż kien inkwetat minħabba l-pandemija, il-PN spiċċa fi gwerra interna qalila mmarkata mit-tneħħija ta' Kap leġittimu mill-kariga li kellu. Anke jekk il-proċess kien demokratiku, it kienu dawk li ma kinux jemmnu illi l-forzi kollha tal- partit, speċjalment dawk li tradizzjonalment dejjem kellhom is-saħħa fi ħdanu, ingħaqdu f 'ponn biex ineħħu lil Delia minn Kap tal-PN. L-għajjat, it-tgħajjir, l-insulti u t-tesseri mormija it rattbu mir- rieda tal-Grupp Parlamentari li jiltaqa', jmexxi mozzjonijiet kontra Delia, jmur għand il- President u jesprimi sfiduċja f 'Delia u jgħaddi vot wara ieħor fl-istrutturi sabiex finalment issir elezzjoni għal Kap ġdid, tliet snin biss wara li Adrian Delia kien elett f 'din il-kariga, bi it voti, wara li kkompeta ma' Chris Said. Kienet l-ewwel darba fl-istorja politika moderna li Kap jitneħħa mill-partit tiegħu stess, daqstant pubblikament u direttament, minn dik li ma kienet xejn għajr rivolta interna. Fuq liema bażi tneħħa Delia? L-ewwel: Tneħħa għax ma kienx qed jikseb riżultati u s-sondaġġi kienu qed juru lill- PN minn wara l-PL b'50,000 vot u aktar. Il-PN tilef l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019 b'42,000 vot - li hija sal-lum l-akbar telfa elettorali ta' kull żmien. It-tieni: Saru diversi akkużi li Delia kien aċċetta flus u kien f 'kuntatt ma' Yorgen Fenech, anke wara li kien magħruf li 17 Black hija tiegħu. It-tielet: Il- PN kien mifni fi gwerra interna, bejn żewġ fazzjonijiet li kienu kontinwament u pubblikament il-ħin kollu jiġġieldu u jitgħajru. Mela għalfejn dan id-diżappunt kollu f 'Bernard Grech? Id-diżappunt jiċċentra proprju madwar dawn it-tliet punti, speċjalment l-ewwel tnejn. Minkejja l-aspettattiva, fil- PN u lilhinn minnu, li l-miġja ta' Grech kienet se twassal biex il-partit jibda verament jifsida l-eġemonija b'saħħitha Laburista u l-maġġoranza qawwija tal-PL (circa 36,000 vot) dan ma ġarax. Fl-2022 il-PN mexxa kampanja elettorali - li wieħed jista' jgħid illi kienet fost l-ifqar li qatt mexxa. Assolutament nieqsa mill-entużjażmu fid-dawl tat- telfa inevitabbli u nieqsa - xi minn daqqiet b'mod inkwetanti bħall-attivitajiet fiż-Żejtun u l-Imsida u anke Tas-Sliema sa ċerta punt - minn nies, li fl-aħħar mill-aħħar jagħmlu kampanja. Dan apparti żbalji fil-Programm Elettorali, inkonsistenzi fuq it- Trackless Tram u l-fatt illi Grech deher emozzjonat wisq drabi, li xi kultant kien iwassal għal tħassib li kien taħt pressjoni kbira ħafna. Ir-riżultat? L-akbar telfa elettorali f 'elezzjoni ġenerali, fl-istorja politika mill-Indipendenza lil hawn, bil-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela jirbaħ b'distakk ta' 39,500 vot. L-aħħar sondaġġ tal- gazzetta oħt Maltatoday, bħal prattikament dawk fl-aħħar sitt snin, kien ifisser aktar aħbarijiet ħżiena għall-PN. Is-sitwazzjoni f 'termini ta' appoġġ hija ħażina ħafna, imma s-sitwazzjoni tal-fiduċja fil- mexxejja hija bil-wisq agħar għal Bernard Grech. Fil-fatt mistoqsijin lil min jivvotaw kieku kellha issir elezzjoni illum 38.7% qalu illi jivvutaw lill-Partit Laburista - li fl-aħħar elezzjoni kiseb 55.1%. Dan ifisser illi l-PL naqqas 16.7% f 'appoġġ. Minkejja dan, il-PN bħalissa għandu biss l-appoġġ ta' 22.8%, meta fl-aħħar elezzjoni kiseb 41.7%, jiġifieri tnaqqis ta' kważi 19% - aktar milli naqqas il-Gvern. F'termini ta' fiduċja, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela bħalissa huwa fdat minn 45%, tnaqqis ta' 2.8% mis-sondaġġ ta' qabel, imma 6.3% aktar popolari mill-partit li jmexxi. Huma biss 19.9% dawk li qalu li jafdaw lil Grech, li apparti li huwa tnaqqis ta' 2.1% mis- sondaġġ ta' qabel, ifisser ukoll li Grech huwa saħansitra inqas popolari mill-partit li jmexxi. Dan is-sondaġġ ifisser li 1) Bħalissa d-distakk bejn iż-żewġ partiti huwa ta' 56,461 vot u jfisser ukoll 2) Li ċ-ċans li l-Labour jikber huwa akbar, għaliex Abela huwa aktar b'saħħtu mill-partit u allura f 'qagħda aħjar biex jikkonvinċi nies li jafdawh pero' li - għal xi raġuni - kieku ssir elezzjoni bħalissa ma jivvotawx Labour. Lil Delia żammu u lill-partit... Għaqdu? Li jwassalna għaż-żewġ punti l-oħrajn li kienu r-raġuni biex Delia jitneħħa u minfloku jidħol Bernard Grech. Adrian Delia kien qed jiffaċċja diversi akkużi, fosthom li baqa' f 'kuntatt ma' Yorgen Fenech, meta kien irriżulta li 17 Black kienet tiegħu, li kien ippjana xi forma ta' laqgħa jew ikla miegħu u li allegatament għaddew flus mingħand Fenech u Pierre Portelli biex, fost oħrajn, ssir ħidma biex ma jkunx elett David Casa. Dawn l-allegazzjonijiet, bħala parti mill-kritika u kampanja kontra Delia, kellhom ħafna sostenituri bl-aktar voċiferu jkun l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Din l-analiżi mhix se tidħol fil-kwistjoni ta' liema minn dawn l-allegazzjonijiet huma veritieri jew le. Iżda huwa notevoli li minn dak iż-żmien lil hawn Bernard Grech mhux talli irrijabilità lil Delia fil- Grupp Parlamentari u issa tah Shadow Ministry importanti ferm, talli wara argument fuq il-midja soċjali Jason Azzopardi kellu jiffirma ehim ma' Delia li fih prattikament kien imġiegħel jieħu lura ħafna minn dak li kien allega. Illum, huwa Jason Azzopardi li prattikament qiegħed fi gwerra ma' Grech, speċjalment wara li l-Kap tal-PN iddeskriva lill- avukat tal-familja Caruana Galizia bħala "skadut." Jixtieq jew le, l-implikazzjoni hawnhekk hija ċara u allura hija li Bernard Grech jemmen u jagħti kredenza lil Adrian Delia u mhux lil dawk li kienu kontra l-eks Kap u li wara kollox jaf lilhom għat- tmexxija tal-partit. Jista' jkun li dan huwa kalkolu politiku tal- fatt li jaqbillu jidher alleat ma' Delia, milli ma' Azzopardi. Hu x'inhu, l-implikazzjoni tibqa' l-istess. U finalment, il-PN ingħaqad? Hawnhekk wieħed jista' jgħid illi huwa l-aktar "dipartiment" fejn il-PN għamel it ta' ċaqlieqa taħt Grech. Il-gwerer, tgħajjir u firda interna daqstant ovvja fil-pubbliku llum naqset u naqset sew. Huwa ċar ukoll illi minkejja ħafna dubji u mistoqsijiet u minkejja li ma għandux bażi ta' attivisti voċiferi leali lejh bħal ma kellu Delia, it hemm xewqa li jsir kolp ieħor li jarah jitneħħa. Iżda wieħed irid jagħmel id- differenza bejn il-kwiet li huwa riżultat ta' paċi politika u l-kwiet li huwa frott l-apatija. Huwa ċar li bħalissa u fl- Id-diskussjoni dwar it-tmexxija tal-PN reġgħet bdiet, eżatt bl-istess aspettativi li tal-aħħar 10 snin, stennija ta' "messija" li jrebbaħ lill-partit. Ħarsa lejn għaliex Bernard Grech qed jiddiżappunta imma għaliex hu - waħdu - mhuwiex il-problema...