Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 • illum Carmel Bonnici Ix-xenarju tal-Qorti u xi ġurijiet (2) (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Kwalità ta' qorti ieħor hu dak tas-servizz, jew qorti marzjali. Xogħlijiet b'xenarju ta' din ix- xorta nsibu The Caine Mutiny, Time Limit, The Man In The Middle, Across The Pacific, The Rack, Carrington V. C., The Court Martial Of Billy Mitchell, A Few Good Men u Rules Of Engagement. Kien hemm ukoll serje televiżiva jisimha Court Martial (Counsellors At War). Ġo xi films ġie mlaqqa' wkoll qorti fis-smewwiet f 'A Matter Of Life And Death, Outward Bound, The Flight That Disappeared u Here Comes Mr. Jordan, li wara diversi snin reġa' nħadem bħala Heaven Can Wait. Qrati oħra ġo films b'sekwenzi ta' fantasija dehru fil-film klassiku Ġappuniż, Rashomon, Morgan: A Suitable Case For Treatment, One Way Pendulum, The Wonderful World Of The Brothers Grimm, The Trial, All That Money Can Buy u The Remarkable Andrew. Il-qorti ta' Planet Of The Apes huwa forsi l-aħjar ikklassifikat bħala profetiku bħal tal-film 1984. Bejn is-snin 1962 u 1968, il-kumpanija Ingliża Anglo- Amalgamated ħarġet 13-il film qosra, ta' madwar nofs siegħa l-wieħed fis-serje The Scales Of Justice (Il-Miżien tal-Ġustizzja) kollha b'ġurijiet li ġraw veru fil- qorti rinomat ta' Old Bailey ta' Londra fejn tinsab l-istatwa ta' mara bil-miżien tal-ġustizzja f 'idha' L-aħħar 4 minn din is-serje nħadmu bil-kulur u hawn Malta ntwerew ħafna minnhom dejjem qabel il-film propju. Dawn il-films kollha huma ntrodotti mill-espert kriminoloġist Edgar Lustgarten li kien ukoll in-narratur f 'serje oħra ta' qabel dwar każi ta' Scotland Yard. Serje oħrajn tat-TV ta' ġurijiet u avukati kienu jinkludu: The Law And Mr. Jones, Harrigan And Son, Sam Benedict, The Trials Of O'Brien, Perry Mason, Arrest And Trial, The Defenders, The D. A., The Verdict Is Yours, Judd For The Defense, Owen Marshall, Petrocelli, Adam's Rib u L. A, Law. Għażilt ftit mill-aqwa films ta' dan il-ġeneru b'kummenti fuqhom:- To Kill A Mockingbird. (1963) Direttur Robert Mulligan. Atticus Finch (Gregory Peck), avukat minn Alabama jiddefendi raġel iswed fil-qorti mixli bi stupru, meta fil-fatt ikun innoċenti. L-istorja sseħħ fis-Sud tal-Amerika fi żmien id-Dipressjoni. Novella li meritatament rebħet il-Premju Pulitzer u l-Oscar mistħoqq lil Gregory Peck bħala l-aqwa attur ta' dik is-sena. Inherit The Wind. (1960) Dirett minn Stanley Kramer. Il- ġuri veru li sar fl-1925 magħruf bħala Scopes Monkey Trial meta għalliem ġie arrestat għax għallem it-teorija ta' Charles Darwin, li tgħid li l-bniedem ġej mix-xadini. Atturi tajbin bħal Spencer Tracy, Frederic March u Gene Kelly. Witness For The Prosecution. (1957) Dirett minn Billy Wilder. Eċitament kbir f 'sala tal-qorti f 'Londra minn reċta ta' Agatha Christie. Marlene Dietrich hija l-mara ta' wieħed mixli bi qtil (Tyrone Power). Charles Laughton hu l-avukat difensur. Andament li qatt ma tobsor kif se jiżvolġi bi "twist" doppja u ta' skantament lejn il-final. Anatomy Of A Murder. (1959) Direttur Otto Preminger. Melodramma twila u eċitanti fil-qorti, b'James Stewart bħala l-avukat difensur u George C. Scott ikun il-prosekutur. Arthur O'Connell , avukat sakranazz ikun mitlub jixhed minn Stewart. Film qawwi għal żmienu. James Welch ikun l-imħallef li wara verament ħaddan din il-professjoni nobbli. Judgement At Nuremberg. (1961) Dirett minn Stanley Kramer. Spencer Tracy ikun l-imħallef meta saru l-ġurijiet ta' dawk Nażisti kriminali tal- gwerra. Maximilian Schell rebaħ l-Oscar bħala l-avukat difensur ta' 4 imħallfin Germaniżi Nażisti. Partijiet oħra tajbin minn Marlene Dietrich, armla ta' uffiċjal Germaniż, Judy Garland, mara Germaniża tad- dar u Montgomery Cli bħala vittma tal-gwerra b'moħħ mhux bilanċjat. Xogħol superjuri. 12 Angry Men. (1957) Dirett minn Sidney Lumet. Produzzjoni brillanti, li tagħmel unur lis-Seba' Arti, dwar wieħed tal-ġurija li jipprova jikkonvinċi lil ħdax sħabu li l-għaġġla tagħhom li jikkundannaw tifel f 'ġuri hemm bżonn li tkun ikkunsidrata. Kast imponenti b'Henry Fonda, l-protagonist, Lee J. Cobb, Ed Begley u atturi oħra li wara saru magħrufa. e Trial Of e Chicago 7. (2020) L-istorja ta' 7 minn nies li jgħaddu ġuri mixlija b'diversi reati waqt irvell fl-1968 fil-Konvenzjoni Demokratika Nazzjonali ta' Chicago, Illinois. Dirett minn Aaron Sorkin bl- atturi Eddie Redmayne, Alex Sharp, Sacha Baron Cohen li tassew jimpressjona u Frank Langella bħala l-veru Imħallef Julius Hoffmann, razzist kbir u ppeġudikat minn qabel. Naturalment, din hija għażla ċkejkna għax hemm aktar xogħlijiet tajbin ta' dan il-ġeneru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023