Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493588

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

aħbarijiet 05 illum • IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 'Ma kelli ebda involviment fil-ftehim tal-VGH' - Il-PM Robert Abela Il-Prim Ministru Robert Abela insista li huwa ma kellu ebda involviment fil-konċessjoni li ngħata lill-Vitals Global Healthcare (VGH). Huwa qal dan quddiem Kastilja f 'kummenti li ta lill-ġurnalisti b'reazzjoni għal dak li iddikjarat il-Qorti, jiġifieri illi l-kuntratt ta' tliet sptarijiet: Dak Ġenerali ta' Għawdex, dak ta' St Lukes u dak ta' Karen Grech ġie iddikkjarat null għaliex kien kuntratt "frawdalenti." Dan filwaqt li l-Maġistrat Francesco Depasquale ordna li l-isptarijiet jerġgħu jingħataw lura lill-Gvern. Abela qal li ltaqa' ma' numru ta' Ministri biex flimkien janalizzaw din id-deċiżjoni u li se jkun qiegħed jagħmel applikazzjoni fil-Qorti biex il-perjodu li wieħed jappella tiġi mnaqqsa. "Bil-liġi kulħadd għandu dritt ta' 30 ġurnata biex jappella s-sentenza. Jekk eventwalment jidħol appell se nitolbu biex dan jinstema' b'urġenza biex il-kwistjoni tiġi definita b'mod defenittiv," qal Abela. Abela ġie mfakkar li fiż-żmien li sar it-trasferiment taż-żewġ kumpaniji u li hu kien konsulent legali tal-Kabinett. Minkejja dan, huwa iċċara li ma kellu ebda involviment għal darba, darbtejn u li fil-perjodu msemmi ma kienx konsulent legali. Infakkru li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qal li, "l-istadji kollha fil-konċessjonijiet tal- Isptarijiet saru b'diskussjonijiet tal-Kabinett." Intant, Abela saħaq li hu ġie elett f 'Ġunju tal-2017 u li l-Qorti ħassret ehim tal-2015, "dakinhar jien lanqas kont għadni Membru Parlamentari." Abela qal ukoll li se jkun qiegħed jagħmel talba għal dibattitu Parlamentari fuq il-Konċessjonijiet kif ukoll fuq id-deċiżjoni tal-Qorti. Abela insista li huwa ġie elett fl-2017 minkejja li ġie mistoqsi fuq il-konsulenza legali tiegħu fil-Kabinett Bartolo jisħaq li Muscat qed juża lill-Kabinett li kellu bħala paraventu għall-proġett tal-VGH L-eks Ministru Evarist Bartolo fi stqarrija saħaq li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed juża lill-Kabinett, li dak iż- żmien kif fih huwa wkoll, bħala paraventu għall-proġett tal-VGH. "Dan ġust?" staqsa Bartolo. Infakkru li dakinhar tal-verdett, Muscat sostna li "l-istadji kollha fil-konċessjonijiet tal-Istparijiet, li kienet tinkludi sptarijiet li kienu ilhom snin mitluqa jew magħluqa, saru b'diskussjonijiet kontinwi u deċiżjonijiet dokumentati tal-Kabinett. Biex sar hekk, il-proċess kellu jgħaddi mill-iskrutinju legali." Fil-fatt il-Kandidat Indipendenti Arnold Cassola wkoll irreaġixxa għal dan u qal illi din hija implikazzjoni mill-aktar serja, speċjalment għax jimplika politiċi veterani fosthom Edward Scicluna, Leo Brincat u Evarist Bartolo stess fost oħrajn. Muscat qal illi jħeġġeġ kwalunkwe investigazzjoni oħra li jista' jkun hemm dwar din il- konċessjoni, anke wara rapport tal-Awditur Ġenerali u kawża fil- Qorti. "Dan għaliex irrid li l-fatti kollha jkunu magħrufa. Dejjem aġixxejt fl-interess tal-poplu u n-nies ta' rieda tajba dan jafuh," qal Muscat. 'Arrestawhom' - Moviment Graffitti jappellaw għall-prosekuzzjoni kriminali ta' Joseph Muscat u Konrad Mizzi L-Għaqda mhux Governattiva (NGO) Moviment Graffitti tappella għall-prosekuzzjoni kriminali immedjata, sħiħa u ċara tal-ogħla membri tal- Kabinett, involuti fil-ġestjoni ta' dal-ehim tal-Vitals. Graffitti qed tappella wkoll għall-prosekuzzjoni kriminali "tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat bħala l-kap tal-Kabinett, li rratifika l-konċessjoni, l-eks Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi li fassal l-intriċċi tal-pjan li wasslu għal dan il-ehim, l-eks Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona li ffirma l-Memorandum ta' Ftehim u l-eks Chief of Staff Keith Schembri li kien involut fin- negozjati sigrieti." L-għaqda tgħid li l-Maġistrat Depasquale għamilha ċara li kwalunkwe attentati biex ir-responsabbiltà li jġorru l-individwi li huma direttament responsabbli mill-ehim "frawdalenti" tal- gvern mal-Vitals u Steward Healthcare tintrema' fuq il- Kabinett kollu, "ikunu attentati perikolużi, manipulattivi u qarrieqa." Fid-dawl ta' dan, il-Moviment Graffitti jinsisti fuq il-prosekuzzjoni kriminali ta' Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Chris Cardona u Keith Schembri bħala rappreżentanti tal-gvern ta' Malta. Graffitti jgħid li d-deċiżjoni tal-Qorti wriet ukoll li dan il-ehim "ma kien xejn ħlief skema ta' privatizzazzjoni mill-gvern Laburista għall- gwadann tal-politiċi b'poter kbir u l-gwadann tal-kumpaniji privati b'saħħithom." Fid-dawl ta' dan jisħaq li l-Isptarijiet għandhom jingħataw lura u jiġu irreabilitati għall-poplu. Għaldaqstant jappella wkoll lill-Gvern biex itemm minnufih il-ħela ta' miljuni ta' flus mit- taxxi tal-poplu fuq il-ehim tal-gvern mal-Vitals u Steward Healthcare. "Il-poplu Malti u Għawdxi għadu sal-lum jaħraq il-miljuni fuq ehim ta' privatizzazzjoni li ma rendielu assolutament xejn lura u li jikkostitwixxi att bla preċedent ta' serq pubbliku ta' sptarijiet ewlenin fil-gżejjer għall- gwadann ta' politiċi korrotti u ta' kumpaniji privati b'poter assolut," qal Graffitti. Fl-aħħar Graffitti appella lill-Prim Ministru Robert Abela biex jiżgura wkoll li "l-poplu ta' Malta u Għawdex jirkupra l-miljuni li nsterqulu permezz tal-ħlas tad-danni mill-individwi politiċi u privati involuti kollha."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023