Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493589

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 • illum aħbarijiet Iħallu lil George Degiorgio joħroġ mill- ħabs biex jattendi festin tal-magħmudija 'Ma jistgħux jibqgħu jiġu posposti r-reviżjonijiet tal-pjani lokali' – ADPD George Degiorgio, wieħed minn dawk misjuba ħatja tal-qtil tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ingħata permess li jinħareġ mill- ħabs nhar il-Ġimgħa li għaddiet biex jattendi festin tal-magħmudija. Ftit xhur ilu stess Degiorgio ingħata sentenza ta' 40 sena priġunerija wara li ammetta li qatel lil Caruana Galizia. Infakkru wkoll li it ġimgħat ilu nstab ħati wkoll ta' ħasil ta' flus, li minħabba f 'hekk ingħata erba' snin priġunerija oħra. Din l-informazzjoni ġejja minn rapporti ta' e Times of Malta li juru diversi ritratti tiegħu mal- membri tal-familja. Rappreżentant ta' Degiorgio insista li kollox sar b'mod legali u bir-rekwiżiti kollha u l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ikkonċernati. Fil-fatt huwa kien akkompanjat minn skorta speċjali biex iżomm għajnejh fuqu. Intant il-familja ta' Caruana Galizia qalet li "hija tal-mistħija li George Degiorgio, wieħed mill- persuni li qatlu lil Daphne, ingħata permess biex joħroġ mill-ħabs biex imur festin, it xhur wara li ngħata 40 sena priġunerija." "Id-direttur tal-ħabs għandu jiakar li l-vittma u l-familja tagħha għandhom id-drittijiet ukoll. Pajjiżna għandu jara li jsaħħaħ is-sistema tal- ġustizzja kriminali u dik tal-ħabs," qalet il-familja filwaqt li qalet li din uriet nuqqas ta' rispett kbir. Degiorgio, li ammetta li qatel lil Daphne Caruana Galizia, ħareġ legalment u ngħata l-permess mill-awtoritajiet F'konferenza tal-aħbarijiet f 'Marsaskala, kelliema ta' ADPD - e Green Party saħqu li l-iżvilupp sfrenat ta' bini f 'din il-lokalità u f 'oħrajn għandu jitwaqqaf immedjatament "biex ma nkomplux ngħarrqu ż-żoni urbani ta' pajjiżna li ħafna minnhom m'għadhomx pjaċevoli li tgħix fihom." Huma qalu dan b'referenza għall-istatistika maħruġa aktar kmieni din il-ġimgħa li uriet li n-numru ta' permessi tal-iżvi- lupp fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra qabżu l-2,000, b'Marsas- kala fuq nett tal-klassifika b'ak- tar minn 200 permess, fil-parti l-kbira tagħhom għall-apparta- menti. Dan huwa żieda ta' 30% meta mqabbel mal-aħħar kwart tas-sena ta' qabel. Iċ-Chairperson ta' ADPD, Car- mel Cacopardo qal li żviluppi fiż-żoni residenzjali għandhom jagħtu prijorità lill-kwalità tal- ħajja tar-residenti li diġà jabitaw f'dawk il-lokalitajiet. L-ewwel pjan lokali sar fl-1995 u l-aħħar wieħed fl-2006. "L-urbanizazzjo- ni bla kontroll qiegħed jitwettaq skond pjanijiet lokali li għamlu żmienhom u li minkejja l-ħafna wegħdiet li saru baqa' ma sar xejn biex dawn jiġu riveduti. Re- viżjoni li għandha tnaqqas l-art tajba għall-iżvilupp billi tħassar il-pjan ta' razzjonalizzazzjoni. Din ir-reviżjoni tal-pjani lokali hi materja urgenti u ma tistax tibqa' tkun posposta," qal Caco- pardo. Huwa qal li huwa inutli li jiġu investiti €700 miljun fi spazji miftuħa jekk l-art li għad għand- na mhux żviluppata – inkluż ħaf- na raba' tajba għall-biedja – ti- bqa' tinqered b'mod sistematiku. "Fl-istess waqt għad hawn ħafna bini mitluq mxerred mal-gżejj- er tagħna li jista' jiġi rijabilitat u utilizzat. L-uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi ta' ADPD – The Green Party u resident f'Marsaskala Brian Decelis qal li uħud mill-ap- plikazzjonijiet għall-permessi huma riżultat tal-eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni tal-2006 me- ta żoni sħaħ li sa dakinhar kienu ikkunsidrati bħala art li għandha titħalla fl-istat naturali tagħha ingħatat għal bini. "Dan hu riżultat tal-fatt li ma kienu saru l-ebda studji dwar l-impatti ambjentali biex sar dan l-eżerċizzju. B'mod partikolari ma kienx ġie ikkunsidrat l-im- patt kumulattiv tal-iżvilupp propost u dakinhar ġiet injorata kompletament direttiva tal-UE imsejjħa SEA (Strategic Environ- ment Assessment Directive) li daħlet fis-seħħ ftit tal-jiem wara li ġie approvat dak l-eżerċizzju mill-Parlament Malti," spjega Decelis. Decelis sostna li wieħed għan- du jistaqsi jekk għandhiex bżonn dan l-iżvilupp kollu. "Għaliex irridu neqirdu kull roqgħa art li l-iżviluppaturi jitfgħu għajne- jhom fuqa?" Għalhekk jemmen li jekk dan l-eżerċizzju twet- taq minn Gvern Nazzjonalis- ta, "għandu jkun dan il-Gvern Laburista –li jiftaħar li qalbu taħarqu għall-ambjent u l-kwal- ità tal-ħajja aħjar - li jikkanċella immedjatament dak l-eżerċizzju u l-art li għadha mhix żviluppata tkun protetta darba għal dejjem." Intant żied jgħid li bħalma bis- saħħa tal-pressjoni pubblika li saret, is-soċjetà ċivili rnexxiela twaqqaf il-proġett tal-marina – wieħed jittama għal dejjem – hemm bżonn li "dan il-ġenn sfrenat ta' bini jitwaqqaf immed- jatament." Jittama wkoll li t-tisbiħ tal-promenade tul il-kosta, "im- ħabbar lejliet l-elezzjoni," jit- wettaq kemm jista' jkun malajr biex joffri sors ta' rilassament u tgawdija għal kull min jgħix jew iżur din il-lokalità. "Hemm il-ħtieġa wkoll li l-kum- merċjalizzazzjoni tal-ispazji pubbliċi mal-kosta, bil-bankini b'kollox titrażżan," qal Decelis.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023