Illum previous editions

ILLUM 26 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493589

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' FRAR 2023 • illum Gideb, frodi, ħabi u laxkezza... Minn fuq dahar il-poplu! ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale ma kienet xejn jekk mhux l-akbar daqqa ta' ħarta u l-aktar doċċa kiesħa fuq proġett li kien - mill-bidu nett tiegħu - ikkaraterizzat minn kontroversji, nies dubjużi, flejjes u riżultati xejn. Id-deċiżjoni tal-Qorti fiha 136 paġna u huma probabbli it dawk li għandhom ħin jew interess li jaqrawha kollha. Għalhekk f 'dawn iż-żewġ paġni se nagħtu ħarsa qasira lejn dak li kellu xi jgħid l-Imħallef dwar in-nies li kienu fil- qalba ta' dan l-iskandlu Gvern ta' Muscat: Minn akkużi ta' 'dilettantiżmu' għal deċiżjonijiet li l-Qorti ma tistax tifhem Il-Qorti kienet iebsa fil-konfront tad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill- Gvern immexxi minn Joseph Muscat. Daqs kemm huwa dmir tad-Deputat - f 'dan il-każ Adrian Delia - li jisfida deċiżjoni tal-Gvern fuq proprjetà tal-poplu, daqstant ieħor il-Qorti fis-sentenza tagħha tgħid li huwa d-dmir ta' nies li qed jiddeċiedu f 'isem il-Gvern li jaraw illi t-trasferiment ta' proprjetà tal-poplu issir fl-aħjar interess tal- istess poplu. Kif għandu jagħmel, tkompli tgħid il-Qorti, l-Avukat Ġenerali li għandu jassigura li din il-parti li tkun ingħatat proprjetà tal-Gvern tagħmel sehemha bħala ritorn għall-konċessjoni. Xi ħaġa li tul is-sentenza l-Qorti tgħid u tfakkar li fil-fatt ma sarx. Mhux talli hekk, talli l-Qorti akkużat lil dawk li raw illi l-proġett jingħata lill-VGH b'dilettantiżmu u laxkezza. Is-sentenza tgħid hekk: "Din il-Qorti, madanakollu, ma tistax ma tosservax il-metodoloġija laxka u xejn professjonali, kważi kważi dilettantesk, illi biha persuni fdati mill-Gvern sabiex jevalwaw u jaġġudikaw il-proġett kif ukoll sabiex imexxu l-proċess kollu li wassal għall-kuntratti mogħtija lis-soċjeta' Vitals, operaw bih tul il- proċess kollu." Ċertifikat xejn sabiħ għal Gvern ta' Muscat. Huwa jfakkar li fil-fatt il-Gvern kellu l-obbligu illi jara illi l-ehim ikun onorat tul iż-żmien kollu tal-konċessjoni. Kif jista' jkun? Il-Qorti permezz ta' din is- sentenza qalet illi hija imħassba kif persuni responsabbli f 'awtoritajiet tal-Gvern, setgħu qatt jidħlu f 'arranġament u ehim bħal dan bl-obbligi li huma daqstant kbar u ta' riskju fuq il-Gvern u saħqet illi "trid temmen li dan l-obbligu kien sfurzat fuqhom... possibbilment riżultat ta' inġenwita', jekk mhux pressjoni sabiex il-proġett oriġinali jibqa' vijabbli." Ħabi 'deliberat', tragwardi 'farsa' u kollox favur il-VGH Il-Qorti nnutat illi l-Gvern ħeba b'mod deliberat - jiġifieri apposta - il-Concession Milestones, jiġifieri dak li kellha tagħmel il- kumpanija mill-kuntratt li ġie ppreżentat quddiem il-Parlament. Il-fatt illi l-Imħallef uża l-kelma 'deliberatament' hija serja, għaliex qed jimplika li l-Gvern u l-Ministru Konrad Mizzi kienu qed jaħbu informazzjoni kruċjali dwar il-proġett, li tista' turi - kif eventwalment uriet - illi l-VGH u Steward warajhom ma żammew ma' ebda tragwardi li kienu qed jitħallsu għalihom, wara kollox u li allura kienu qed jiksru t-termini tal-kuntratt. Mhux talli hekk talli, il-Qorti tisħaq li l-VGH u Steward għamlu farsa sħiħa minn dawn it-tragwardi. Il-Qorti qalet ukoll illi huwa ċar li l-ebda tragward ma kien milħuq u aktar minn hekk, ingħataw estensjoni wara l-oħra u xorta ma għamlux dak li kellhom jagħmlu sal-lum il-ġurnata. Aktar minn hekk, fi klawżola mill-ġdid moħbija mill-Parlament, jingħad illi jekk il-VGH u Steward warajhom ma jżommux mad-dati stipulati "il-multi ma japplikawx" u jkunu jistgħu jestendu għal darba oħra. Kollox maħdum bizzilla biex f 'dan il-kuntratt il-VGH tmur minn fuq! Inkredibbli! Inkredibbli mhux fis-sens pożittiv, imma fis-sens ta' xi ħadd li ma jistax jemmen dak li qed jisma' jew jara! Huwa b'dan l-aġġettiv illi l-Imħallef Depasquale ddeskriva d-deċiżjoni tal-Gvern li jaċċetta li l-VGH tbigħ il-konċessjoni tagħha wara li din ma għamlet xejn, ħlief xorbot mit-taxxi tan-nies. Fil-fatt il-Qorti tgħid hekk: "Il- Gvern ta' Malta, hekk kif deher ċar li s-soċjetà Vitals kienet qiegħda tikser l-ehim, flok ma għadda biex iħassar il-ehim fuq nuqqas ta' adozzjoni tal-obbligi kuntrattwali tal-Vitals u għalhekk jieħu lura pussess tal-propjetajiet sabiex... inkredibbilment issokkomba u aċċetta tibdil fil-ehim." Il-Qorti kienet qed tirreferi għall-bidliet li permezz tagħhom il-VGH ingħataw estensjoni ta' 18-il xahar ieħor - jiġifieri sena u nofs - biex ilaħqu mat-tragwardi. Xi ħaġa li xorta ma għamlux. Il-'famuż' MOU li pprepara t-triq biex il-VGH jirbħu żgur Is-sentenza tal-Qorti tpinġi linja ta' avvenimenti li - il-Qorti stess tgħid - kienu magħmulin apposta biex ikun aċċertat illi l-Vitals Global Healthcare jirbħu dan it- tender. Kollox beda fl-10 ta' Ottubru 2024 - minn wara dahar kulħadd, inkluż offerenti li setgħu kienu interessati, minn wara dahar in- nies u naturalment minn wara dahar il-Parlament. Fil-fatt il- Qorti tinnota kif matul dan il- ehim sigriet li għalih attendew l-ogħla uffiċjali tal-kumpaniji li jiffurmaw il-VGH, il-Gvern qabel li meta jibda l-proċess - suppost kompettitiv - huwa ma jitkellem ma' ħadd ħlief mal-VGH. Il-Qorti fil-fatt qalet hekk: "Jirriżulta illi l-Gvern obbliga ruħu, f 'tali ehim, illi ma jinnegozja ma' ħadd dwar l-Isptar ta' Għawdex waqt illi l-ehim (MOU) kien viġenti, liema kundizzjoni kellha tibqa' viġenti sa l-aħħar ta' Frar, jew sa meta kien għadu validu il-ehim bejn il-Gvern u l-investituri." Agħar minn hekk il-Gvern aċċetta li jagħti informazzjoni minn qabel, biex il-VGH ikunu f 'pożizzjoni aħjar biex jirbħu t-tender huma! Fi it kliem, Konrad Mizzi f 'isem il-Gvern, qabel li jagħti d-dettalji ta' x'għandhom bżonn jipproponu l-VGH biex meta eventwalment il-Gvern jibda l-proċess, tkun hi li tirbaħ il-konċessjoni. Ma jistax ikollok proċess aktar vvizzjat u oxxen minn hekk! U biex ngħaqqdu d-dunque il- Qorti tfakkar li saret laqgħa nhar it-23 ta' Novembru 2014 illi fiha l-"investituri" - Mark Pawley għal Bluestone, Ram Tumuluri għal Portpool u Ashok Rattehalli għas- soċjeta' AGMC mill-parti 'l waħda u Gupta għal Medical Associates of Northern Virginia, "fejn dawn kienu diġà qed jiiehmu kif se jaqsmu l-profitti tal-proġett." Jiġifieri kienu diġà jafu kemm se jaqilgħu qabel biss infetaħ il- proċess, għat-taparsi, kompettitiv. Sa dak iż-żmien - apparti San Luqa, Karin Grech u dak ta' Għawdex kien qed ikun ikkunsidrat ukoll li l-VGH jieħdu taħt idejhom ukoll l-Isptar St Philips. Il-VGH qatt ma għarrfet lil Projects Malta dwar dan il-ehim. Il-Gvern jassumi responsabilità ta' €136 miljun U l-istorja tkompli. Il-Qorti tfakkar li fil-ehim - biex aktar ikun jiffavorixxi lill- VGH/Steward il-Gvern assuma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 February 2023