Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494703
22 oroskopju IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • ILLUM Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Pisces għalik Libra huwa l-waqt opportun li tieqaf it mill-iskeda tiegħek sabiex tanalizza aħjar kemm dawk il-miri li sa issa rnexxielek tilħaq u biex tagħmel analiżi profonda dwar dawk il-miri li minħabba diversi raġunijiet ma rnexxilikx twettaqhom. Issa għandek tieħu pawża żgħira sabiex b'hekk tkun f 'qagħda li tista' tikkonċentra aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Libra huma magħrufin għall-ispontanjeta' tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces għalik Scorpio trid tidħol aktar fil-fond ta' qalbek sabiex tanalizza dak li int esperjenzjat fil-passat fl-imħabba u dan peress li qiegħed tħossok li riesaq lejn l-istess esperjenza li għaddejt minnha fil-passat. Għalhekk int għadek fil-ħin li tgħaraf u tanalizza sabiex dan ma' jerġax jiġri. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Scorpio huma magħrufin għall- burdata stabbili tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces għalik Sagittraius huwa dak il-mument li tgħaraf aħjar lil dawk ta' madwarek, tgħaraf aħjar il-kollegi tiegħek u tara kif tista' tkompli it-tejjeb l-imġieba tiegħek magħhom kif ukoll ma' dawk l-għeżież li int tant tħobb. Taf li hemm bżonn ta' aktar għarfien, għalhekk wettaq dak li hemm meħtieġ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Pisces għalik Capricorn huwa dak il-mument li tgħaraf li s-suppervja mhux ser twasslek imkien. Huwa vera li int tħossok imweġġa u dak li qiegħed tesperjenza mhux dak li ħaqqek iżda tnejn ħżiena ma jagħmlux waħda tajba u għalhekk f 'dan il-bidu taż- żodjaku int għandek turi sinjal ta' ħbiberija. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgha. Capricorn huma magħrufin għall-flessibbilta' tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces għalik Aquarius huwa dak il-mument ta' għarfien lejn il-ħin għalik għal aktar ħin sabiex twettaq dak li huwa tant nieqes mill-ħajja ta' madwarek speċjalment ħin ta' relass, ħin ta' mistrieħ jew altru. Int taf li dawn l-aħħar xhur ma tajtx spazju għalik u għalhekk ieqaf it u agħti nifs lilek innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Aquarius huma magħrufin għal flessibilta' tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Pisces għalik l-istess Pisces ser jagħtik iċ-ċans sabiex tgħaraf aktar fil-fond il-pożizzjoni tiegħek fil-ħidma li int qiegħed twettaq. Tul dawn l-aħħar ġimgħat bdejd tħoss jekk għandekx tieqaf u tibda esperjenza ġdida u dan għandu jkun ta' sfida ġdida għalik. Għalhekk tajjeb li tagħmel rifflessjoni profonda. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Pisces huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste L-AĦĦAR ĠIMGĦA TAŻ-ŻODJAKU TA' PISCES MILL-ĦADD 12 TA' MARZU SAS-SIBT 18 TA' MARZU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces għalik Aries jista' jkun dak il-waqt ideali li tanalizza l-qagħda finanzjarja tiegħek. Għalkemm int tgħaraf tikkontrolla sew il-finanzi tiegħek, dan l-aħħar bdejd tinnota ċerta laxkizza fl-infieq tiegħek u dan jaf joħloq żbilanċ finanzjarju fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk minn issa oħloq skeda għal aktar kontroll. Analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku ta' Pisces għalik Taurus huwa l-mument opportun għalik sabiex twettaq dak li tant ilek taħseb dwaru. Ovvjament issa huwa dak il- mument ideali għalik u int ser tkun mimli b'ħafna ħeġġa u determinazzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-mument sabiex dak li twettaq inkun dak is-suċċess li tant jagħtik stabbilta' għal futur tiegħek. Analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Taurus huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces għalik Gemini huwa l-mument ta' għarfien aħjar lejn il-ħajja personali tiegħek. F'dawn l-aħħar xhur kont megħdi ħafna sabiex tara kif tagħmel lil dawk ta' madwarek kuntenti u tara li ma jkunx jonqosom xejn iżda issa wasal il- mument li tgħaraf int x'għandek bżonn sabiex titkattar u tissaħħaħ. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ħamis. Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces għalik Cancer ser ikun dak il-waqt li ma taqtax qalbek għal dak it-tibdil li seħħ madwarek. Ovvjament issa li qiegħed tesperjenzaħ trid tgħaraf aħjar kif għandek tikkombina. Kull tibdil li jseħħ madwarana jġib miegħu ċerta sagrifiċji, għalhekk bil-kapaċita' li int għandek int trid taffaċja dan b'aktar qlubija. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Cancer huma magħrufin għall-abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces għalik Leo ser ikun dak il- mument li int trid verament tgħaraf liema hi l-aħjar direzzjoni għalik. Jekk ser tibqa bħal qisek tilgħab ma inti ser tasal imkien. Dan żgur esperjenzajtu tul dawn l-aħħar ġimgħat. Għalhekk f 'dan il-bidu taż-żodjaku ġdid għandek l-opportunita' li int tagħżel dik id-direzzjoni ideali. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Leo huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces għalik Virgo għandu jkun dak il-mument li jimliek b'aktar ħeġġa u determinazzjoni f 'dak kollu li int għandek madwarek kemm mill-att ta' karriera kif ukoll fl-imhabba. Dan jista' jkun il-pont li jgħaqqad dak il- bilanċ li dan l-aħħar kien fuq żbilanċ. Għalhekk aħtaf dan il-mument. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak l-Erbgħa. Virgo huma magħrufin għall-abbilta' organizzata tagħhom. Namaste KOMPETIZZJONI MA PAULJON Voucher għal Pubblikazjonijiet ta' PaulJon Voucher għal Tratttamenti ta' Sbuħija jew Fitnes Classes minn għand Graziella Miruzzi Kull ma' għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Iż-żodjaku ta' Pisces jintemm fid-19, fl-20 jew fil-21 ta' Marzu? Ibgħat it-tweġiba tiegħek ibgħat b'SMS fuq 79495804 jew 99013600 jew fuq il pagna ta facebook '' PaulJon13 '' Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON