Illum latest edition

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494703

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Il-vot tiegħek jgħodd! Nippromwovu l-aħjar proġetti ta' arkitettura u disinn f'Malta L-arkitettura u d-disinn huma - u dejjem kienu - suġġett sensittiv. Kemm jekk għandek passjoni għas-suġġett jew jekk m'intix interessat - żgur li taf dak li jogħġbok u dak li ma jogħġbokx - kemm jekk huwa modern, kontemporanju, minimalist, industrijali, tradizzjonali jew tranżitorju. Il-Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards jagħtuk iċ-ċans li tiv- vota għall-proġetti li taħseb li jistħoqqilhom rikonoxximent fl-edizzjoni ta' din is-sena. Għandek sat-12 ta' Marzu 2023 biex tiżgura li l-vot tiegħek jgħodd! Il-proċess online huwa sempliċi – www.maspawards. com/public-voting/ Il-MASP Awards huma iniz- jattiva tal-Awtorità tal-Ippja- nar, taħt il-Patroċinju tal-Pres- ident ta' Malta, iddedikata biex tiċċelebra u tonora kumpani- ji talarkitettura u tad-disinn li huma minn ta' quddiem fi proġetti ta' ispirazzjoni u inno- vazzjoni. Din is-sena, l-Awtorità rċeviet aktar minn mitt sottomissjoni mifruxa fuq tnax-il kategorija minn kumpaniji ta' arkitettura u disinn stabbiliti sew, kif ukoll minn ġenerazzjoni ġdida ta' periti u interior designers. Il-perjodu tal-votazzjo- ni huwa opportunità biex wieħed jara arkitettura u dis- inn lokali tajbin, kif ukoll ti- sta' tieħu sehem biex tagħżel liema kumpanija talarkitettu- ra, studio tad-disinn jew stu- dent tal-arkitettura ser jieħdu l-'Public Vote Award'. Qegħdin nitolbuk tħares lejn dawn il-proġetti minn lenti dif- ferenti u b'moħħ miftuħ. Ma jimpurtax min iddisinjahom jew fejn jinsabu. Staqsi lilek innifsek: Dan il- proġett jispirani? Iżid il-kwal- ità tal-ambjent tal-madwar? Jekk iva, ivvota għalih, sabiex inkunu nistgħu nuru l-aqwa proġetti ta' arkitettura u disinn ta' Malta għall-2022 maħluqa minn periti u disinjaturi b'tal- ent. Il-proġett li jirċievi l-ogħla numru ta' voti ser jirbaħ l-unur tal-vot pubbliku. Ilvot tal-pub- bliku huwa separat mill- proċess ewlieni tal-ġudikatura tal-MASP Awards 2022, li fih membri professjonali u esperti tekniċi jivvalutaw issottomiss- jonijiet. Iċ-ċerimonja tal-prem- jazzjoni ser issir f 'April 2023.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 12 March 2023