Illum latest edition

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494703

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 Tinqatel Daphne: L-akbar tebgħa fuq il-Gvern fl-aħħar 10 snin Lilhinn mill-opinjoni diversa dwar il-persuna, is-16 ta' Ottubru 2017 kienet tebgħa kbira fuq il-pajjiż - li spiċċa fl-aħbarijiet internazzjonali għal raġunijiet ħżiena ħafna: Assassinju ta' ġurnalista, u biex tgħaxxaq, ġurnalista li kienet l-aktar kritika tal-Gvern u li kixfet il-kumpaniji fil-Panama, li bdiet turi illi taf xi ħaġa dwar 17 Black u li kif diġà għidna kienet kitbet l-istorja illi Egrant Inc hija ta' Michelle Muscat. Bi sfortuna għall-Partit Nazzjonalista, hija kellha kritika qawwija u bla ħniena lejn Adrian Delia wkoll u kienet ħarġet storja dwar flus f 'kont f 'Jersey f 'isem Delia marbut ma' flus minn ċrieki ta' prostituzzjoni. Il-qtil ta' Caruana Galizia wassal għal moviment qawwi kontra l-Partit Laburista mmexxi minn NGO ġdida u voċifera ħafna, Repubblika. Il- ġimgħat wara l-assassinju kienu kkaraterizzati minn kundanni, protesti u temperatura politika li mill-ġdid kienet tiela' sew. Il-Gvern ta' Muscat kien taħt ħafna pressjoni lokali imma wkoll internazzjonali u ewropea bil-Parlament Ewropew jitfa' ħarstu, daqs qatt qabel, fuq pajjiżna b'mozzjonijiet ta' kundanna u Plenarji b'elenku ta' kundanni u diskorsi xejn kumplimentużi lejn Malta. Intbagħtu delegazzjonijiet mill- Parlament Ewropew hawn Malta biex jevalwaw is-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. Dan ifisser li s-sistemi kollha ta' pajjiżna: Mill-Ġudikatura, sal-Korp tal-Pulizija, il- qrubija bejn id-dinja politika u n-neogzju, il-midja u kif topera, ġew kollha taħt il-lenti ta' sorveljanza ewropea. Dan kien ifisser illi f 'daqqa dak li għal snin kien prassi jew kien jgħaddi u dak li għal snin kien in-norma - fosthom il-poter tal- PM - issa ġew taħt skrutinju rett mill-Unjoni Ewropea. Imma l-qtil tal-ġurnalista kien għadu se jibda jwassal għal kriżi politika kbira li laqtet lill-Gvern u rat lill-aktar nies kruċjali fih jirreżenjaw, minkejja li sentejn qabel kienu rebħu l-elezzjoni b'maġġoranza ta' 36,000 vot. Kollox beda bl-arrest ta' Yorgen Fenech, is-sid ta' 17 Black, li sussegwentement ipponta subgħajh lejn Keith Schembri bħala l-mandant ta' dan il-qtil. Minn hemmhekk is- sitwazzjonijiet evolviet f 'waħda diżastruża għall-Gvern: Laqgħat tal-kabinett ma jispiċċawx u jibqgħu għaddejjin mal-lejl, ittri li jitfgħu l-ħtija tal-qtil fuq Chris Cardona, laqgħa fid-dar ta' Joseph Muscat bejnu u Keith Schembri u finalment l-arrest tal-istess Schembri biex ikun interrogat. Dan wassal għar- riżenja ta' Schembri u ta' Mizzi it warajh. Protesti kbar imlew it-toroq tal-Belt Valletta, għajjat u storbju quddiem il-Parlament, id-Deputati Laburisti maqbudin fil-Parlament u t-temperatura politika kient laħqet livelli perikolużi. Mijiet ta' Laburisti jinġabru rrabjati quddiem iċ- Ċentru Nazzjonali Laburista, filwaqt li mijiet oħrajn għadhom il-Belt iżommu lid-Deputati milli joħorġu mill-Parlament. Il-lingwaġġ fuq il-midja soċjali jibda wkoll jiggrava. Ftit sigħat biss wara seħħ dak li fiċ-ċirkostanzi kien inevitabbli: Joseph Muscat, li salva lil- Labour minn ħalq l-irrelevanza u li rregalah b'saħħa politika enormi u rebħiet rekord, 'il- King' għal ħafna partitarji Laburisti, iħabbar ir-riżenja tiegħu wara kontestazzjoni interna għal Mexxej Laburista ġdid. Uffiċjali tal-Partit Laburista li kienu tkellmu miegħi, kienu ddeskrivew dan il-mument bħala l-aktar mument iebes għall-partit, speċjalment għal dawk li ħadmu tant mill-qrib ma' Muscat. Il-każ ta' Caruana Galizia għadu għaddej u allura għadu mhux każ magħluq. Ma' dan hemm il-każ tal- VGH li fl-aħħar ġimgħat din il- gazzetta tatu ħafna spazju, każ li kompla sammar l-imsiemer fil- legat politiku ta' Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi. Dan il-każ ukoll għadu qed jiżviluppa u hemm Inkjesta Maġisterjali miuħa mill- Għaqda Repubblika li jaf ikollha konklużjonijiet dannużi għal dawk responsabbli għall- kuntratt tal-VGH/Steward u anke għall-Gvern ta' Abela. Tiġdid li żammu b'saħħtu F'nofs il-kriżi politika tal- 2019 li wasslet għar-riżenja ta' Muscat kien kważi beda jidher illi l-Labour kien wasal f 'xifer l-irdum u kien beda t-triq inevitabbli għan-niżla, iżda min ħaseb hekk, ma setax kien iktar żbaljat. Mill-qalba ta' din il-kriżi l-Partit Laburista wettaq proċess li ra lit-tmexxija tal-Partit Laburista tinbidel u minkejja l-għajta tal-kontinwità l-ewwel irjus li ttajru kienu dawk illi kienu kkawżaw imbarazzament lill-Gvern: Mill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar sa' Keith Schembri u Konrad Mizzi li tkeċċa mill-Partit Laburista bl-aktar mod inglorjuż wara mozzjoni ta' Robert Abela quddiem l-Eżekuttiv. Waqfu l-maratoni tal-iżbarazzar tal- maar ta' Daphne Caruana Galizia, il-PM Abela ltaqa' mal- familja Caruana Galizia u bdew elenku ta' riformi, fosthom il- ħatra tal-Ġudikatura, il-mod kif jinħatru l-President tar- Repubblika u l-Ombudsman, fost oħrajn. Minkejja li kif rajna fl- aħħar ġimgħat il-Gvern għadu qed jiffaċċja kritika dwar ehimiet, dawn huma marbutin direttament ma' deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Amministrazzjoni ta' Muscat, primarjament minn Keith Schembri u konrad Mizzi. Keith Schembri - ġie arrestat u qed jiffaċċja diversi akkużi relatati ma' ħasil ta' flus marbutin ma' proġett mal-Allied Newspapers, kuntrarjament ta' dak kollu mistenni. Apparti l-bidla fit-tmexxija Laburista fl-2020, kien hemm bidliet partikolari wkoll fil- Kabinetti Laburisti b'diversi nies ġodda llum li ma kinux fil- Kabinett sal-2020: Miriam Dalli, Clyde Caruana, Chris Bonett, Rebecca Buttigieg, Alicia Bugeja Said, Alison Zerafa Civelli, Jo Etienne Abela, Keith Azzopardi Tanti, Jonathan Attard, Clayton Bartolo, Andy Ellul u Silvio Schembri lkoll huma uċuħ kompletament jew relattivament ġodda għall-Kabinett. Dan allura jfisser li fit-tmexxija tal-Gvern kien hemm element kontinwu ta' bidla ta' wċuħ fid- Dekasteri differenti, apparti l-fatt li ċerti dekasteri inbidlu f 'sinjal ukoll ta' bidla: Fosthom Ian Borg li tilef id-Dekasteru tat-toroq u ingħata l-Affarijiet Barranin, Roderick Galdes li inħatar f 'Ministeru iddedikat biss għal-Housing u Stefan Zrinzo Azzopardi li ingħata Ministeru ddediktat għall-Ippjanar, deksateru pjuttost kontroversjali. Sfida kbira li ffaċċja l-pajjiż fl-aħħar 10 snin kien il-fatt li l-avvenimenti kollha li poġġew tant skrutinju fuq Malta wasslu biex pajjiżna jitpoġġa fil-Lista l-Griża tal-FATF, minkejja li kien adotta ħafna mir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u minkejja li pajjiżna għadda mit-test tal-Moneyval ukoll. Minkejja l-argumentazzjoni tal-Gvern li kien wettaq ħafna mill- proposti tal-FATF, il-fatt li Malta kienet l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tpoġġiet f 'din il-lista għamel ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż u tefa' lis-Settur Finanzjarju f 'inċertezza konsiderevoli. Ir-riskji kienu kbar u kieku bqajna fil-Lista l-ħsara jaf kienet tkun kbira. Minkejja dan, il-Gvern ta' Robert Abela deher determinat li jiffaċċja u jindirirzza din l-isfida, bir- riżultat ikun li Malta ħarġet mil-lista fl-inqas żmien possibbli u aktar importanti minn hekk, bl-inqas effetti detrimentali fuq is-settur finanzjarju ta' pajjiżna, kif ukoll dak tal-Gaming. Tal-FATF kienet verament każ ta' 'So close and yet so far' minn daqqa ekonomika konsiderevoli, kkawżata direttament minn istanzi u avvenimenti politiċi lokali. FATF: Dħalna, inkwetajna... Imma ħriġna b'wiċċ il-ġdid ...Tkompli fuq paġna 14

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 12 March 2023