Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494703
aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% Na onal Funds PROMOTING NON-CONVENTIONAL WATER RESOURCES IN MALTA A CONFERENCE BY THE ENERGY & WATER AGENCY TOGETHER WITH THE GLOBAL WATER PARTNERSHIP (MEDITERRANEAN) ON JOIN US FOR THE LAUNCH OF THE 4TH PHASE OF THE ALTERAQUA PROGRAM! THIS YEAR'S FOCUS IS ON PROMOTING NON-CONVENTIONAL WATER RESOURCES (NCWR), WITH A PARTICULAR EMPHASIS ON RAINWATER HARVESTING APPLICATIONS. NCWR IS AN INCREASINGLY CRITICAL TOPIC AS THE MALTESE ISLANDS SEEK TO ADAPT TO CLIMATE CHANGE AND IMPROVE WATER EFFICIENCY. THE CONFERENCE WILL BRING TOGETHER FOREIGN AND LOCAL EXPERTS WHO WILL SHARE THEIR BEST PRACTICES AND FRAMEWORKS FOR INTEGRATING NCWR INTO INTEGRATED WATER RESOURCES MANAGEMENT (IWRM) PLANNING. FOLLOWING EACH SESSION, WE WILL HOLD A PANEL DISCUSSION TO ENCOURAGE STAKEHOLDERS TO CONTRIBUTE THEIR IDEAS AND OPINIONS AND GAIN A DEEPER UNDERSTANDING OF THE TOPIC. REGISTER BY SENDING AN EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT OR CALL US AT +356 27772777 WED 15TH MARCH 2023, 9:00 TILL 16:30 AT ESPLORA Il-Birgu Cittá Vittoriosa Bormla Cittá Cospicua L'isla Cittá Invicta Il-Kalkara 'Irtiraw il-pjanijiet f'Kemmuna. Jekk le, se jkollkom toħduha kontra l-pubbliku' Seba' għaqdiet ambjentali ilbieraħ tennew l-oġġezzjonijiet qawwija tal-pubbliku għall-kumpless ta' vilel li qed jiġi propost fil-gżira ta' Kemmuna, minn Hili Group. Jekk approvati, il-pjanijiet - li bħalissa qed jiġu kkunsidrati mill-Awtorità tal-Ippjanar - ifissru li s-sit sħiħ tal-eks Comino Hotel jiġi żviluppat mill-ġdid u estiż. Dan ikun jinkludi fih kumpless ferm akbar ta' 19-il villa, kompluti b'diversi amenitajiet, għal residenzi permanenti, permezz tal-użu ta' lakuni legali. L-approvazzjoni tal-proġett mill-ERA, deskritti minnhom bħala "tal- mistħija," qed tiġi appellata quddiem it- Tribunal tal-Ippjanar (EPRT) minn bosta għaqdiet. F'konferenza tal-aħbarjiet ilbieraħ filgħodu, Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, BirdLife Malta, NatureTrust-FEE, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, u r-Ramblers' Association fakkru li Kemmuna hija indikata bħala Żona ta' Konservazzjoni Rurali, Riżerva Naturali, Żona Speċjali ta' Konservazzjoni, Żona ta' Protezzjoni Speċjali fi ħdan Natura2000, Żona Importanti għall-Għasafar (IBA) ta' Importanza Internazzjonali u tal-UE, Santwarju tal-Għasafar, u sit ta' Wirt tas- Sema Skur. Għalhekk itennu li l-iżvilupp propost, "żgur mhuwiex kompatibbli mal- protezzjoni legali li tgawdi minnha l-gżira, u l-obbligi legali tal-Istat li jikkonservaha." Sostnew illi l-influss ta' inġenji, materjal tal-kostruzzjoni u ż-żieda sproporzjonata ta' attività umana se jikkawżaw impatt ambjentali enormi, kif ukoll qerda irriversibbli ta' żoni naturali fil-kumpless innifsu u żona ikbar ta' disturbanza madwaru. "Il-qerda li se jġib miegħu dal-proġett hija realtà inevitabbli," stqarru l-għaqdiet. "L-ebda ammont ta' mitigazzjoni mhi ser tinnewtralizza din il-ħsara. L-aktar għażla sostenibbli hija li ma jsir l-ebda żvilupp." Huma xejnu l-istqarrijiet ta' Hili Grupp, li skonhom huma biss "greenwashing iddisprat li jaħbi l-fatt li art pubblika u naturali se tinqered f 'ġieħ il-profitt privat." Huma fakkru li detentur ta' konċessjoni m'għandu l-ebda dritt li jiżviluppa ż-żona u tennew li Kemmuna diġà sofriet b'mod estensiv matul is-snin biex ġiet kummerċjalizzata. Tul il-konferenza, huma qalu wkoll li dan il-proġett "se jfisser il-qerda ta' spazju ieħor fejn wieħed jista' jfittex is-serħan tal-moħħ u daqsxejn kwiet. Xhieda ta' dan huma l-iktar minn 13,500 oġġezzjoni mibgħuta lill-Awtorità tal-Ippjanar mill- poplu, sejħa ċara biex l-Awtorità tirriuta l-applikazzjoni li għandha quddiemha." L-NGOs għalqu b'messaġġ dirett lil Hili Group: "Irtiraw il-pjanijiet tagħkom għal Kemmuna minnufih. Kemmuna hija kollha kemm hi parti mill-wirt naturali nazzjonali u l-pubbliku jinsab kontrikom. Jekk tinjoraw din is-sejħa, se jkollkom toħduha kontra l-pubbliku numeruż." Raġel ta' 71 sena fil- periklu tal-mewt wra ħabta f'Marsaskala Ilbieraħ, għall-ħabta tal- 11:30a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Marsaskala. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta' 71 sena minn Marsaskala u BMW 120 misjuqa minn raġel ta' 20 sena minn Marsaskala wkoll. Mazda Demio, li kienet ipparkjata, intlaqtet minn waħda mill-vetturi involuti fl-inċident. Fuq il-post issejħu l-membri tal- Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu. Ambulanza ħadet lir-raġel ta' 71 sena l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Is-sewwieq l-ieħor ma weġġax. Bil-każ ġiet infurmata il- Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill- Pulizija għadhom għaddejjin.