Illum latest edition

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494703

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 kultura IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Terġa' tingħata l-ħajja l-mużika ta' San Ġużepp fil-Belt Valletta YENDRICK CIOFFI Il-festa ta' San Ġużepp, fis- Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu hija waħda mill- ewwel festi ta' San Ġużepp li kienet tiġi ċċelebrata f 'Malta u għalhekk jista' jonqos li din il-festa tkun tinkludi mhux biss opri tal-arti imprezzabbli, imma anke mużika mill-aqwa li tkompli tgħolli u żżejjen iċ- ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Paolo Nani, wieħed mill-aqwa kompożituri li kellha Malta b'mod partikolari fejn tidħol il- mużika sagra, huwa sinonimu mal-Bażilika Karmelitana tal-Belt Valletta. Għal diversi snin, Nani kien Maestro di Cappella u kiteb fost l-isbaħ xogħlijiet tiegħu għal dan is-Santwarju Marjan. Apparti l-mużika għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu, Paolo Nani kiteb mużika għall-festi l-oħra kollha ċċelebrati mill-Karmelitani Beltin, fost dawn kiteb il-mużika kollha għall-festa ta' San Ġużepp. Din is-sena, il-mużika li Paolo Nani kiteb għal din il-festa se terġa' tinstema' wara għexieren ta' snin siekta u dan hekk kif l-Arċikonfraternità kisbet fondi mill-Bank Ċentrali ta' Malta biex tassigura li din il-mużika terġa' tingħata l-ħajja. Fost dawn, se terġa' tindaqq l-antifona mill- isbaħ Joseph Fili David. Il-mużika ta' Paolo Nani fil- festa ta' San Ġużepp Bejn Settembru u Novembru tas-sena li għaddiet ġiet imnaddfa u organizzata parti żgħira mill- mużika li tinsab arkivjata fil- kunvent tal-Karmelitani tal-Belt Valletta. Ħafna minn din il-mużika tikkonsisti f 'manuskritti oriġinali ta' kompożituri Maltin li f 'żminijiethom kienu mfittxija minn diversi knejjes Maltin u Għawdxin biex jieħdu ħsieb il-mużika u l-kant fis-servizzi liturġiċi. Fost dawn insibu l-mużika li nkitbet għas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu mill- kompożituri Nani, liema mużika tikkonsisti f 'dak kollu li kien jindaqq sew fil-festa titulari tal- Madonna tal-Karmnu kif ukoll fil-festi l-oħra li fl-imgħoddi kienu jiġu ċċelebrati fuq skala kbira, bħalma huma dawk ta' San Elija, tal-Anġlu Kustodju, u ta' San Ġużepp. Wara li sar studju tal-mużika li nkitbet għall-festa ta' San Ġużepp, ġie deċiż li din tiġi traskritta minn fuq il-manuskritti oriġinali sabiex tkun tista terġa' tibda tindaqq mill-ġdid f 'din il-festa li għadha tiġi ċċelebrata kull sena nhar 19 ta' Marzu. It-traskrizzjoni ta' mużika antika huwa proċess delikat li jirrikjedi ħafna attenzjoni u ħin peress li l-persuna responsabbli trid mhux biss tikkopja l-mużika u l-espressjonijiet li jkun kiteb kompożitur, kultant b'kaligrafija li qajla tingħaraf, iżda trid ukoll titrasporta u taddatta x-xogħol għan-notazzjoni li tintuża llum. Per eżempju, sas-seklu 19, il-linja tal-vuċi tenorili kienet tinkiteb fuq il-chiave di tenore, mentri mis-seklu l-ieħor bdiet tinkiteb fuq il-chiave di sol. Dan ifisser li min qed jittraskrivi manuskritt tal-mużika tas-seklu 19 jew qabel irid jieħu ħsieb ukoll li jittrasporta l-linja tat- tenur minn chiave għal oħra. L-istess ngħidu għal xi strumenti tal-orkestra li maż-żmien ġew żviuppati għal dawk li nsibu llum. Dan hu xogħol importanti ħafna li jsir fis-skiet u li forsi minħabba f 'hekk qajla jiġi apprezzat minn dawk in-nies, speċjalment klijenti, li jaħsbu li x-xogħol tal-mużiċista idur biss mal-esekuzzjoni tal- mużika. Ftit japprezzaw ix- xogħol kbir u l-preparamenti li jkunu saru qabel! L-antifona Joseph Fili David Fost il-mużika li ġiet traskritta u li se tindaqq sew fil-jiem tat- tridu, kif ukoll nhar il-festa ta' San Ġużepp, insibu l-antifona Joseph Il-festa ta' San Ġużepp fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal- Belt Valletta din is-sena se tkun waħda speċjali mhux biss għax se tirritorna wara l-pandemija, imma għax wara għexieren ta' snin siekta, se terġa' tinstema' l-mużika li Maestro Paolo Nani, kiteb għal din il-festa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 12 March 2023