Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

Dan hu rumanz ta' 417 paġna, maqsum f '63 kapitlu. Ġeneralment dawn il-kapitli huma qosra u xi oħrajn mhux twal ħafna. Dan iħeġġeġ lill- qarrej ikompli jaqra minn kapitlu għal ta' wara bla ma jegħja. Fin-nisġa tar-rakkont hemm waqtiet meta n-narratur onnixxenti u omnipreżenti jindirizza direttament lill-qarrej u jieħdu lura u 'l quddiem fiż- żmien, skont il-bżonn. Kollox jibda mill-ħtieġa li jinsab materjal tajjeb u biżżejjed biex jinħadem l-aħħar programm ta' Kwis Kwam, programm televiżiv segwit ħafna mill-pubbliku Malti. Ta' min ifakkar li Alfred Sant hu bniedem li qara ħafna u huwa familjari qatigħ ma' bosta oqsma tal-għerf bħalma huma x-xjenza, l-istorja, il-politika, il-ġeografija u l-letteratura. Anki f 'dan ir- rumanz – bħal f 'Ir-Rumanz tal- Fieres Safran – Malta titqiegħed fiċ-ċentru ta' avvenimenti storiċi dinjija importanti ħafna. Donnu Sant irid ifakkarna li għalkemm fiżikament tagħna huma gżejjer ċkejknin, kulturalment, storikament u arkeoloġikament għandna wirt enormi li jgħaqqadna ma' popli u pajjiżi differenti. Ifakkarna wkoll, permezz tal-Professuri Dillinger u Wali Aħmed li "l-passat hu l-mera tal-preżent u tal-futur" (p. 329). Aspett ieħor importanti hu dan: sa mill-ewwel paġni wieħed jiem li Alfred Sant huwa osservatur attent ħafna tas-soċjetà Maltija kontemporanja. Huwa jispikka l-iktar bħala intellettwali li ma jaħfirha lil ħadd, fosthom lil min jaħdem fid-dinja tal-midja, tal-politika, tal-akkademja, imma anki lill-ispekulaturi fil- qasam tal-kostruzzjoni, xi wħud minnhom bil-mira li jsiru sinjuri u mhux biex jaqdu dmirhom bħala professjonisti serji. Għalhekk it- ton ironiku sottili li jniggeż ma jonqosx. It-tingiża soċjali tidher anki meta jissemmew avukati li jibdlu l-ikbar kriminali fi bċieċen, vilel mibnijin bla permess f 'postijiet fejn mhux suppost, il-qirda tal-kampanja, il-fatt li spiss il-ministri jaħarbu milli jaffaċċjaw problemi veri bħalma hi l-immigrazzjoni illegali. Silta oħra fejn hemm it-tingiża soċjali hi din: Qed tgħidilna li aħna poplu li ngħixu bl-għakkarija. Konna ngħixu mill-għakkarija, għadna ngħixu bl-għakkarija u se nibqgħu ngħixu fl-għakkarija. Ilu ħafna, l-għakkarija tagħna kienet tqum il-ħbub u kienet tiffanga fuq il-gaxin tas-suldati u l-baħrin... Illum l-għakkarija ngħixu fiha billi nitħallsu talli ma naħdmux, jew billi nidħqu b'min joħroġ flus tajba għal dak li nbigħulu, jew billi nibnu appartamenti fuq appartamenti li m'hemmx bejgħ għalihom u niaħru li l-prezz tagħhom dejjem jogħla, jew billi naraw kif se nobormu xi kuntratt mill-Ewropa għal toroq li jsiru ħażin... għakkarija bil-miljuni fejn qabel kienet għakkarija bis- soldi. Progress, ma jidhirlekx? (p.210) Fuq livell ta' stil, l-azzjoni bħal timxi bil-mod għalkemm għaddejja l-ħin kollu n-narrazzjoni. Sant jibni ċerta tensjoni fil-qarrej, flimkien ma' sens ta' stennija u kurżità li jikluh. Dun Timmy, il-kappillan ta' Ħaż-Żnuber, żgur li jfakkar fir-rakkonti gotiċi ta' xi Edgar Allan Poe jew H.P. Lovecra. Il- fatt li Dun Timmy jgħix f 'raħal kważi vojt imma jsostni li ma jgħixx waħdu, joħloq ċertu bard fil-qarrej. Jgħaddu f 'moħħ dan tal-aħħar għadd ta' mistoqsijiet: Kif tintrabat l-għalqa tal- Iskarjota maċ-ċiviltà Punika? X'taħbi fiha din l-għalqa? Min huma eżattament ta' Tonna? Xi tfisser il-kelma "tell"? Fejn twassal il-mina mħaffra taħt l-istess għalqa u x'hemm moħbi f 'dawn il-labirinti sotterranji? Ta' min huma l-kampjuni tad- demm miġbura minn taħt il- ħarruba? X'kien id-dell li straħ fuq Bertrand hu u rieqed taħt il- ħarruba fl-għalqa tal-Iskarjota? Dawn il-mistoqsijiet kollha jirriflettu wkoll il-fatt li bosta qed 14 kotba IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 • illum Tingiża soċjali bi thriller Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023