Illum latest edition

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 kotba illum • IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 Patrick J. Sammut jaqbad f'idejh it-tieni edizzjoni ta' L-Għalqa tal-Iskarjota ta' Alfred Sant, u jifli t-tingiż soċjali tiegħu f'Malta kontemporanja. jaħbu parti żgħira jew kbira mill- verità wara l-misteru tal-għalqa tal-Iskarjota, verità li matul ir- rumanz toħroġ bil-mod il-mod. Sant jagħtina wkoll tagħrif ġdid bil-mod il-mod u dan ikompli jagħti l-ħajja lir-rakkont. Ma jonqsux waqtiet meta l-awtur joħloq tbissima fil-qarrej bħal pereżempju meta jissemma iktar minn darba Ġanni u l-kilba tiegħu għall-panini bis-salami waqt il-laqgħat importanti. Inklużi hemm ukoll waqtiet ta' natura erotika, bħal meta Petta Luca taqra silta mir-rumanz tagħha, inkluża fir-rumanz ta' Sant stess (Kap. 12). Element ieħor huwa dak tar-rakkont detective jew tat- thriller. Hemm waqtiet meta Sant joħloq ċerta tensjoni fil-qarrej apposta biex b'hekk jidħol iktar fl-idea tat-thriller (Kap. 30). Sant jinkludi wkoll l-aspett oniriku (il-ħolm) fin-narrattiva tiegħu: fil-ħolm hemm tifsiriet moħbija, forsi anki soluzzjonijiet, teħbir (Kap. 20). Hemm ukoll mumenti fejn l-awtur iwassalna għal ħasda jew climax, biex it wara jsegwi anticlimax. Interessanti fuq livell ta' stil hu anki l-użu ta' reġistri lessikali varji li Sant juża f 'dan ir-rumanz, uħud minnhom marbutin mal- qasam xjentifiku, diġitali, u parapsikoloġiku. Hemm appell għas-sensi qawwi. Jispikkaw is-sens viżiv – id-dlam li spiss jaħkem fir-rumanz li għandu mill-gotiku; is-sens tax-xamm – dik ir-riħa li għal parti kbira mir-rumanz taħkem iż-żona tal- għalqa tal-Iskarjota, imma tibqa' mhix definita; is-sens udittiv – it-twerżiq jew grif mhux definit għal parti kbira tar-rumanz. Minn kapitlu għall-ieħor il- qarrej jittieħed fi spazji differenti – taħt l-art, ġewwa u barra – biex isegwi l-azzjoni li tkun għaddejja f 'waqtiet simultanji jew differenti. Teknika bħal din toffri it mistrieħ minn episodji li jafu jilħqu sens għoli ta' tensjoni (Kap. 53). Kapitlu 59 imbagħad jista' jitqies bħala parodija tal- ġeneru tal-waħx fejn naqraw b'xena li suppost twaħħax, imma l-effett tagħha hu dak li l-qarrej jidħaq. Il-parodija hija b'saħħitha anki fid-deskrizzjonijiet ta' meta fl-aħħar tasal l-għajnuna militari, xena mimlija kaos u kakofonija. Ma jonqosx ukoll l-element traġiku. Jibqgħu sal-aħħar jinkixfu elementi ġodda f 'rabta ma' ċerti personaġġi: spjunaġġ, droga, kuntatti ma' Sqallija, traffikar ta' nisa mill-Ewropa tal-Lvant, ġlieda nies ta' poter u tradimenti. Lejn l-aħħar parti tar-rumanz, aktar kemm Ta' Rasu, Boris u Ġanninu jippenetraw 'il ġewwa fil-mini mdallma u stretti tal- labirint sotterran – biex jiskopru eżattament x'attività misterjuża kienet qed isseħħ hemm taħt, aktar il-qarrej iħoss il-ħtieġa li jibqa' jaqra u jidħol iktar fil-fond ta' dan ir-rakkont li jaħkmek, jaqtagħlek nifsek, u xi waqtiet ibeżżgħek u jkessħek. Minkejja dan kollu, L-Għalqa tal-Iskarjota hu rumanz li jispiċċa bi tbissima.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 19 March 2023