Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495212
18 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 • illum Il-Gidma tal- POODLE Kolonna satirika, eskluża mil-libelli Il-ostra kemm għandha ġlied. Muscat iwaħħal fi Steward, Steward iwaħħal f 'Muscat, Keith u Konrad. Abela iwaħħal f 'denbu u aħna l-għoġġieba t' Alla nħallsu. U biex tgħaxxaqha Abela jfakkarna li Adrian Delia kien avukat ta' Skanska li bnew Mater Dei. Hello, x'għandu x'jaqsam. Il-problema hi li din ta' Steward ħaxja first class, u l-aħjar ħaġa hi lkoll nammettu li sar żball kbir. X'hemm isbaħ mill-verita. Ewropej Ian u Karlu Il-qmis imkemmxa ta' Anġlu Ittra miftuħa minn Carmel Cacopardo Alicia Bugeja Said D an huwa Odin, kelb li l-istorja riċenti tiegħu laqtet fil-laħam il-ħaj lili u lil diversi segwaċi fuq il-midja soċjali. Din, bħal ħafna oħrajn, hija storja ta' abbandun però bi tmiem ta' għożża, ta' dedikazzjoni u ta' tagħlim għal kull wieħed u waħda minnha. Mhux kull storja ta' abbandun għandha tmiem simili, għalkemm huwa l-għan aħħari ta' kull min għandu għal qalbu l-annimali u jaħdem għalihom, biex dan primarjament qatt ma jkun il-każ. F'Jannar li għadda dan il-kelb żgħir ta' tliet xhur u nofs instab abbandunat u mormi mal-iskart, marid bil-virus tal-Parvo u fil- bżonn ta' kura medika immedjata. Minflok f 'post mimli imħabba u għożża, huwa safa' waħdu, maħqur u beżgħan, viċin ħafna li jitlef ħajtu. Wara li dan il-kelb ittieħed mid- Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali ġewwa l-Isptar Veterinarju, Odin irnexxielu jirkupra u jerġa lura f 'sikktu u eventwalment ġie addottat minn individwi li kienu lesti jagħtuh l-imħabba u d-dinjità li verament jixraqlu. Bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali, niltaqa' ta' kuljum ma' stejjer ta' annimali li jisfaw abbandunati. Dawn jispiċċaw f 'sitwazzjoni ta' periklu, mingħajr kura, mingħajr attenzjoni medika u mingħajr imħabba. Il-ħidma tad-Direttortat tal-Ħarsien tal-Annimali ma tieqafx hawnhekk. Matul is-sena li għaddiet, inġabru mal-1300 qattus u 540 kelb mit-triq, ingħataw l-kura u s-sostenn neċessarju. L-abbandun tal- annimali hija pjaga morali li bħala poplu, rridu nagħmlu li nistgħu biex nindirizzawha, sa tali punt li l-ebda annimal m'għandu jisfa traskurat minn sidu, għal kwalunkwe raġuni. Minkejja dawn id-diversi episodji inkwetanti, konxja wkoll però li hemm lat l-oħra tal-munita, il-ħidma biex dawn l-annimali jiġu adottati. Grazzi għall-ħidma konġunta li qegħdin inwettqu, minn tal- inqas kelb kuljum, u tliet qtates kull ġimgħa, qegħdin jiġu adottati u jsibu kenn għand familja ġdida li tħobbhom u tgħożżhom. Il-provvediment ta' kura siewja u l-adozzjoni tal-annimali abbandunati, huma żewġ sfidi li dan il-Gvern qiegħed jindirizza b'mod ħolistiku u empatiku. Hekk kif it ilu nedejna l-proġett ta' spazju ġdid għall-qtates abbandunati ġewwa l-Għammieri, għaddej bi ġmielu x-xogħol fuq spazji ġodda għall- klieb u annimali oħra. Fl-istess waqt, il-Gvern għaddej b'investiment ieħor fuq ċentru ta' addozzjoni ġdid. Aġġunt ma' dan hemm l-ħolqien ta' sit elettroniku ġdid, fejn is-sidien prospettivi ikunu jistgħu jaraw l-annimali kollha għall-adozzjoni li qegħdin jinżammu mid- Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali kif ukoll fis-Santwarji. Dan jgħin sabiex wieħed ikun jista' janalizza l-istejjer ta' dawn id- diversi annimali, u jkun jista' jirrifletti sew fuq il-ħtiġijiet tal-annimal u kif jappartjenu għall-istil tal-ħajja tal-persuna. Din l-analiżi u r-riflessjoni hi importanti għas-sidien prospettivi kollha, qabel jagħmlu l-qabża importanti u jkunu s-sidien il-ġodda ta' dawn l-annimali. Minkejja l-isfida eżistenti ta' numru kbir ta' annimali abbandunati, qegħdin nagħtu lid-Dipartiment ir-riżorsi kollha neċessarji biex ikomplu jagħtu l-għajnuna fil-każijiet kollha ta' bżonn. Bħal dejjem però, ir-riżorsi jridu jkunu appoġġjati minn direzzjoni ċara u viżjoni unika. Irridu li fid-deċiżjonijiet li nieħdu ta' kuljum, nibqgħu ngħożżu dak li tradizzjonalment kienu effettivi u t'għajnuna, filwaqt li nintroduċu l-emendi kollha neċessarji biex insaħħu l-effettività tal-ħidma tagħna Huwa fl-isfond ta' dan kollu li uffiċjalment ħabbarna l-membri ġodda tal-Kunsill għall- Ħarsien tal-Annimali. Konxji li f 'dan is-settur, ma nistgħux nibqgħu statiċi: Irridu nattwaw l-bidliet kollha meħtieġa u nadottaw l-iktar strateġiji moderni u komprensivi. Konna komprensivi wkoll fl-għażla tal-membri fi ħdan l-Bord. Konxji li l-qasam tal-ħarsien tal-annimali huwa wieħed multilaterali. L-annimali jinsabu fid-djar tagħna, fl-għelieqi tagħna u anke fl-ispazji miuħa: Biex nolqtu l-aspetti kollha neċessarja, irridu li jkollna firxa wiesgħa ta'perspettivi u tagħrif, u nemmen li l-formazzjoni ġdida ta' dan il-Bord ser iwassal għal dan, għax propju jikkonsisti minn attivisti, breeders tal-annimali, veterinarji, NGOs u kif ukoll raħħala, fost oħrajn. L-ebda annimal ma ħaqqu jgħaddi minn episodji koroħ f 'ħajtu à skapitu ta' min suppost ħa ħsiebu. Għaldaqstant nappella lill-pubbliku biex ikun kawt fid-deċiżjonijiet tiegħu u jiem u jevalwa qabel jasal għal deċiżjoni aħħarijja. Hemm ħafna klieb u qtates li qed jistennew li jkunu maħbuba u parti minn familja. Jekk inti lest għal din id-dedikazzjoni, għall-imħabba u l-għożża li jagħtu dawn il-ħlejjaq, ħu dan il-pass u adotta. Odin – Storja ta' mħabba, ħidma u kuraġġ għal kulħadd Alicia Bugeja Said hija s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Awkwakultura u l-Ħarsien tal-Annimali Kif jiġi liebes dan? Insaffar! Naf li minn Tas- Sliema, imma tivvotali taħseb fl-Ewropej? Imn'alla twil, għax kieku lanqas nidher. Għax kieku ma jkunx għar-ritratt dan kollu ħin għaż-ż**b! Kif xbajt ma' dawn l-imbeċilli! Hello, il-mikrofonu mixgħul? Hello, hello? Eh, tajjeb! Mela, I wanna tell you, kemm I am sorry li ma ġejtx liebes ingravata, imma I lost my bagoll on the way. Solly u l-qmis kollha mkemmxa... imma I am here. Dak li hu l-importanti!