Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496172
aħbarijiet 05 illum • IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 Erba' adoloxxenti ngħataw rikonoxximent għall-progress tagħhom biex jegħlbu d-dipendenza fuq id-droga u għall-akkwist ta' ħiliet ġodda, f 'ċerimonja apposta li nżammet fiċ-Ċentru Terapewtiku tal- Ibwar. Dan filwaqt li tfajla minnhom irnexxilha twettaq b'suċċess il-fażi residenzjali tal- programm ta' rijabilitazzjoni tad-droga offrut minn dan iċ- ċentru. Din kienet is-sitt edizzjoni ta' dan l-avveniment fejn ingħata rikonoxximent fil-preżenza tal-adoloxxenti nfushom u l-familjari tagħhom, kif ukoll tal-Ministru Michael Falzon u t-tmexxija ta' Caritas Malta, fost oħrajn. Dan il-programm huwa mifrux fuq sena jew aktar, skont l-esiġenzi tal-individwu, u huwa mmexxi minn tim ta' professjonisti li jassistu 24 siegħa kuljum lil dawk li jagħżlu jirriformaw ħajjithom. It-tim ta' professjonisti taċ-Ċentru Terapewtiku tal- Adoloxxenti Tal-Ibwar beda jintervjeni ma' żgħażagħ minn Mejju tal-2021. Dan iċ-ċentru jipprovdi servizz residenzjali, learning hub b'tagħlim applikat, servizzi psikosoċjali għall- adoloxxenti u l-familji tagħhom, u servizz komunitarju. Minn mindu fetaħ, ħadem ma' 73 adoloxxent u l-familji tagħhom. Barra s-servizzi offruti fil- komunità lil dawn l-adoloxxenti, 20 adoloxxent ibbenefikaw minn servizz intensiv residenzjali. Dan iċ-ċentru huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f 'Malta, u sar b'investiment mill-Gvern ta' €4 miljun u b'nefqa rikorrenti ta' miljun ewro għal kull sena. Dan il-finanzjament jassigura li jingħataw ir-riżorsi kollha edukattivi, li jsaħħu l-iżvilupp soċjali, l-imġieba u fuq kollox il- benesseri tal-adoloxxenti. Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon enfasizza l-impenn tal-Gvern sabiex jara li ħadd ma' jaqa' lura speċjalment dawk l-aktar persuni vulnerabbli. "Kommessi li nkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Dan il-programm huwa eżempju ħaj ta' ħidma kontinwa mmirata sabiex timmassimizza l-potenzjal ta' kull individwu bil-pass tiegħu. Dan il-Gvern se jkompli jinvesti fil-qasam tal-vizzji għax nemmnu f 'soċjetà aktar b'saħħitha, mibnija fuq ħajja 'l bogħod mill-użu ta' sustanzi", temm jgħid il-Ministru Michael Falzon. Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt irringrazzja lill-Gvern għall- kollaborazzjoni kontinwa u l-finanzjament sabiex jopera dan is-servizz. "Il-Caritas tibqa' impenjata sabiex tara li adoloxxenti li jaqgħu f 'din ix-xibka, isibu ruħhom akkumpanjati u assistiti biex jiġu fuq saqajhom u jsibu triqthom", stqarr id-Direttur tal-Caritas. Fil-Ġimgħa l-Kbira, nhar is-7 t'April 2023, klabbs lokali tal-għadis – Amphibians, ATLAM, Calypso Sub-Aqua Club u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Professjonali tal-Għadis – b'kollaborazzjoni ma' Ċirkewwa Marine Park u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu se jorganizzaw avveniment bil-għan li jinġabru fondi b'risq il-Fondazzjoni Puttinu Cares. Iktar għaqdiet huma mistiedna li jipparteċipaw ukoll sabiex dan ikun l-ikbar avveniment lokali tal-għadis tas-sena. Scuba Divers u għaddasa liberi ta' kull livell qed jiġu mħeġġa jipparteċipaw f 'dan l-avveniment li se jsir mit-8:00 am sas-2:00 pm fiċ-Ċirkewwa Marine Park, waħda mill-iktar siti popolari fil-Gżejjer Maltin li toffri diversi għażliet għall-għadis minn bażiku għal min ikun għadu jibda għal għadis iktar tekniku u avvanzat. Għaddasa jistgħu jaqbdu u jirrikorru għall- għadis f 'dawn il-jiem u jinżlu jgħoddsu b'mod rikreattiv flimkien mal-buddies tagħhom u wkoll joffru donazzjoni għal Puttinu. Is-sit minnu nnifsu joffri topografija sabiħa ta' taħt l-ilma u minjiera ta' ħajja marittima kif ukoll żewġ sikek artifiċjali li jipprovdu xi ħaġa interessanti għal kull tip ta' għaddas. Għaddasa u ħbieb tagħhom jistgħu ikunu ta' appoġġ għall-proġetti ta' Puttinu billi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom mar-rappreżentanti ta' Puttinu Cares li se jkunu fuq il-post. Puttinu tul is-snin misset il-qlub ta' tant familji permezz tal-għajnuna u l-assigurazzjoni tagħhom b'mod partikolari mat-tfal li kellhom jingħataw trattament għall-kanċer sew f 'Malta kif ukoll barra. Diversi għaqdiet oħra marbuta mal-għadis huma mħeġġa sabiex jipparteċipaw fl-avveniment fuq l-art biswit is-sit tal-għadis. Dawn jistgħu joffru opportunitajiet edukattivi u soċjali, jiltaqgħu ma' buddies ġodda jew antiki hekk kif jingħata bidu għal staġun ġdid tal-għadis tar-rebbiegħa u s-sajf. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jfittex il- paġna ta' Facebook "Divers for Puttinu" jew iżur direttament il-paġna tal-avveniment ta' Facebook fuq https://.me/e/14XuPs2uc Rikonoxximent għall- progress li għamlu biex jgħelbu l-vizzju tad-droga PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET / INIZJATTIVI TAĦT IL-FAEŻR 2014-2020 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE qed jinnotifika l-ħruġ ta' sejħiet taħt il-miżuri li ġejjin tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) 2014-2020: • Sotto-Miżura 4.1: Appoġġ għal Investimenti f'Azjendi Agrikoli • Sotto-Miżura 4.4: Appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-kisba tal-objettivi agroambjentali-klimatiċi • Sotto-Miżura 8.5: Appoġġ għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti Is-sejħiet jiftħu nhar it-Tnejn 3 ta' April 2023 u jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Ġunju 2023 f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata fuq fondi.eu@gov.mt jew fuq in-numru tat-telefon 2555 2634 . Ser issir sessjoni ta' informazzjoni, li d-dettalji tagħha ser jiġu kkomunikati fil-ġranet li ġejjin; dawk interessati huma ġentilment mistiedna jirreġistraw l-interess tagħhom sal-Ġimgħa 24 ta' Marzu 2023. PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET / INIZJATTIVI TAĦT IL-FAEŻR 2014-2020 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE qed jinnotifika l-ħruġ ta' sejħiet taħt il-miżuri li ġejjin tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) 2014-2020: • Sotto-Miżura 4.1: Appoġġ għal Investimenti f'Azjendi Agrikoli • Sotto-Miżura 4.4: Appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-kisba tal-objettivi agroambjentali-klimatiċi • Sotto-Miżura 8.5: Appoġġ għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti Is-sejħiet jiftħu nhar it-Tnejn 3 ta' April 2023 u jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Ġunju 2023 f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata fuq fondi.eu@gov.mt jew fuq in-numru tat-telefon 2555 2634 . Ser issir sessjoni ta' informazzjoni, li d-dettalji tagħha ser jiġu kkomunikati fil-ġranet li ġejjin; dawk interessati huma ġentilment mistiedna jirreġistraw l-interess tagħhom sal-Ġimgħa 24 ta' Marzu 2023. Għaddasa jingħaqdu għal Puttinu Cares fil-Ġimgħa l-Kbira