Illum latest edition

ILLUM 2 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496172

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 analiżi illum • IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 passiġġier fuq ir-rotot ta' tal-linja San Ġiljan passiġġieri u anke fid-dħul tal- kumpanija li tmexxih. Is-sena 2021 fil-fatt bdiet bil-pandemija għalkemm imbagħad minn April, mal- uħ tal-ekonomija, inqalbet is-sitwazzjoni b'żidiet qawwijin ħafna ta' +82.8% f 'April u +64.7% f 'Mejju. Naturalment dawn iċ-ċifri li qed nikkwotaw f 'dan il-parti tal- artiklu jitrattaw sena illi matulha wkoll kien hemm ir-realtà tal- pandemija. Wieħed allura jista' jimmaġina kemm iktar minn hekk se tkun iċ-ċifra għall-2022 - l-ewwel sena li matulha l-pandemija it li xejn impattat u meta t-turiżmu kien reġa' qed jaqbad art. Studenti: 76% jużaw tal-linja biex imorru l-Università Malta Public Transport (MPT) lestiet studju dwar ix- xejriet tal-ivvjaġġar tal-istudenti post-sekondarji u terzjarji u sabet li 76% tal-istudenti bħalissa jużaw il-karozzi tal- linja tat-trasport pubbliku biex jivvjaġġaw lejn istituzzjonijiet edukattivi bħala l-mezz ewlieni tat-trasport tagħhom. L-istudju tefa' dawl fuq ix- xejriet tal-ivvjaġġar ta' aktar minn 2,000 student post- sekondarju u terzjarju minn diversi istituzzjonijiet edukattivi fosthom l-Università ta' Malta (26%), il-Junior College (21%), l-MCAST (29%) u skejjel oħra post-sekondarji. L-istudju żvela li l-maġġoranza tal-istudenti (76%) jużaw karozzi tal-linja biex imorru l-iskola jew lekċers, b'65% tal-istudenti jsostnu li użaw il-karozza tal-linja kuljum fl-aħħar sitt xhur. L-istudju, li sar matul Frar u Marzu ta' din is-sena, indika wkoll li 91% tal-istudenti jkunu lesti jimxu 5 minuti oħra biex jaslu f 'bus stop li sservi rotta diretta u aktar veloċi, 90% tal- istudenti lesti jużaw it-trasport pubbliku aktar jekk il-ħinijiet tal-vjaġġ jonqsu b'25%, u 87% tal-istudenti jqisu servizz tal- karozzi tal-linja bi frekwenza ta' 15-il minuta bħala effiċjenti. Dan jindika biċ-ċar li d-domanda għat-trasport pubbliku se tiżdied jekk il- karozzi tal-linja jkunu aktar frekwenti u jieħdu inqas ħin biex jaslu fid-destinazzjoni tagħhom. 53.2% jużawh jekk ikun aktar dipendibbli... Iż-żgħażagħ l-inqas Intant sondaġġ ieħor juri li l-maġġoranza tal-poplu lest juża t-trasport pubbliku jekk ikun aktar dipendibbli, għalkemm din ir-rieda kienet iktar b'saħħitha fost l-anzjani milli fost iż- żgħażagħ. Is-sondaġġ ta' Vince Marmara li deher fuq il-gazzetta Unity mill-Fakultà tal-Benesseri Soċjali, juri kif 53.2% tal-poplu lest illi juża t-trasport pubbliku jekk dan ikun aktar dipendibbli b'29.9% jgħidu li "jaqblu ħafna", 14.2% jgħidu li jaqblu u 9.1% jgħidu li 'jaqblu it'. Dan huwa tajjeb, għalkemm meta wieħed jagħti ħarsa aħjar lejn in-numri, speċjalment lejn ir-risposti skont l-età toħroġ xejra mhux daqstant inkoraġġanti għall-futur tat-trasport pubbliku. Il-parteċipanti kienu mistoqsijin biex jagħtu marka minn 1 sa 7, bil-1 ifisser li ma jaqblu xejn u 7 ikun li jaqblu ħafna li jużaw trasport pubbliku kieku dan ikun aktar dipendibbli. Filwaqt li dawk li għandhom 70 sena jew aktar taw marka medja ta' 5 dawk bejn 18 u 29 sena taw biss marka medja ta' 3.7. Dawk li qegħdin bil- pensjoni taw marka medja ta' 5, dawk li jaħdmu d-dar taw marka medja ta' 4.8 filwaqt li l-istudenti taw marka medja ta' 4. Dan juri illi hemm problema fost l-aktar ġenerazzjoni li hemm bżonn li tuża t-trasport pubbliku proprju biex tinħoloq kultura li tara illi t-trasport pubbliku jintuża dejjem aktar. Dan juri wkoll, kif tirrimarka l-gazzetta universitarja, illi l-karozza għadha meqjusa bħala l-aktar mezz dipendibbli ta' trasport biex persuna tmur l-iskola jew università u forsi wara tagħmel erba' qadjiet. L-istess fuq livell ta' edukazzjoni: It-trasport pubbliku huwa aktar meqjus bħala għażla fost dawk b'livell edukattiv primarju milli fost dawk post-sekondarju. Minkejja dan, jidher li hemm aktar rieda fost studenti Universitarji li jużaw tal-linja jekk din tkun aktar dipendibbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 2 April 2023