Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496172
aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 'Aħna dejjem sħaqna li għandu jkun hemm id- distanza bejn in-nies fil-ħajja pubblika u dawk li qegħdin fin-negozju' - ADPD Waqt konferenza stampa l-Belt Valletta quddiem il-Parlament il-kelliema ta' ADPD – e Green Party tkellmu dwar il- problemi għad-demokrazija li joħolqu xi politiċi minħabba l-imġieba tagħhom. Id-Deputat Chairperson Sandra Gauci qalet li l-ippubblikar riċenti ta' chats privati bejn il-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar u l-imprenditur Yorgen Fenech li hu ukoll l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia reġa' ġab quddiem għajnejn kulhadd u b'saħħa dik li sejħet l-qrubija li jgawdu dawn l-imprendituri ma' uħud mill-politiċi. "Fenech mhux biss kien qrib Cutajar imma kien qrib ukoll ta' Joseph Muscat u ta' Keith Schembri. Kellu ukoll trattament privileġġat mingħand Johann Buttigieg fl-Awtorità tal- Ippjanar, kif ukoll trattament privileġġat mill-Malta Gaming Authority biex iġedded il- liċenzja tal-Casino tiegħu." Gauci kompliet tisħaq illi tant hi normali din il-qrubija li l-intraprenditur Joseph Portelli waqt intervista ma ddejjaq xejn jiaħar li jagħti donazzjonijiet lill-PN u l-PL. "Aħna ta' ADPD – e Green Party dejjem konna skjetti u ċari fil-pożizzjoni taghna: la qatt tlabna u fortunatament lanqas qatt ma offrielna donazzjonijiet, Portelli." Hija semmiet ukoll lill- Ministru Silvio Schembri u qalet li hija "inkwetanti" li dan jibqa' jirriuta li jwieġeb jekk hux qiegħed iħallas kera għall-uffiċċji tiegħu fil-kostitwenzi tiegħu tas- Siġġiewi u Ħal Luqa. "Dawn l-uffiċini mhux proprjetà tiegħu imma ta' żewġ żviluppaturi Anton Camilleri, u Paul Attard, it-tnejn li huma fl-Eżekuttiv tal- Malta Developers Association. Din il-ħaġa ta' tħassib għax filwaqt li hemm ċertu arroganza min-naħa tal-Ministru Schembri li qed jevita milli jkun kontabbli dwar dak li qed jirċievi, din it-tip ta' mentalità li "jien għax għandi l-poter qiegħed 'il fuq mil-liġi" qed narawha b' mod repetut u regolari." "Aħna ta' ADPD dejjem sħaqna li għandu jkun hemm id-distanza bejn in-nies fil-ħajja pubblika u dawk li qegħdin fin-negozju. Jekk dan ma jsirx jista' jagħti lok għall-abbuż." saħqet Sandra Gauci. Hija qalet li huwa għalhekk li l-ADPD dejjem insistiet li anke l-Membri Parlamentari għandhom ikunu full time, "mhux biss biex jaqdu aħjar dmirijiethom imma wkoll biex jinqata' jew jitnaqqas kuntatt kontinwu mad-dinja tan-negozju. L-uniku xogħol ta' membru parlamentari għandu jkun dak fil-Parlament. M'għandux ikun possibbli għal Membri Parlamentari li jagħmlu xogħol ieħor waqt li jkunu fil- ħatra." Is-Segretarju Ġenerali ta' ADPD – e Green Partry Ralph Cassar kompla billi ġab l-eżempju tal-każ tal-kuntratt ta' konsulenza ta' Rosianne Cutajar mal-ITS. "Dan juri biċ-ċar kemm politiċi u persuni maħtura politikament biex imexxu entitajiet pubbliċi iħokku dahar xulxin. Huwa ta' għajb li uffiċċjali pubbliċi mhux kapaċi jmexxu b'serjetà u aktar moħħhom biex jingħoġbu u jtajru flus pubbliċi biex jissodisfaw l-aptit għat- tħanżir ta' xi wħud," sostna Cassar. Huwa qal li hawn ħafna politiċi li għalihom il-politika mhix servizz imma "mezz biex jitħanżru." Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% Na onal Funds CONNECTING THE DROPS EXPLORING WATER AS A CAREER CHOICE THE ENERGY & WATER AGENCY IN COLLABORATION WITH THE UNIVERSITY OF MALTA & MCAST INVITE YOU TO AN INTERACTIVE WORKSHOP ON This interactive masterclass will provide an opportunity for students and recent graduates to meet and learn from people working in the water sector. Interested in making your voice heard and to propose sustainable solutions? Join us to learn and contribute as we very much look forward to what will be proposed by the next generation. IF YOU ARE INTERESTED IN ATTENDING, KINDLY REGISTER BY CALLING 27772777 OR EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT THU 27 TH APRIL 2023 between 8:30 and 16:00 FRI 28 TH APRIL 2023 between 8:30 and 13:00 AT ESPLORA