Illum latest edition

ILLUM 9 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496717

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 19

17 kummerċjali illum • IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 mano f 'Santa Venera. Design Firm MatterMake kienu r-reb- bieħa tal-premju għall-Proġetti Żgħar, li ġie introdott għall-ewwel darba permezz ta' din l-edizzjoni. Dan il-proġett 'Cinema Vi- siona' uża d-disinji interjuri ta' Werner Pan- ton bħala ispirazzjoni, fejn it-tim tad-disinn isolvi b'suċċess il-forma u l-funzjoni biex joħloq kamra taċ-ċinema emblematika. Karatteristika sinifikanti tad-disinn hija s-sit ergonomiku ddisinjat u mibni internament bl-użu tat-teknoloġija CNC, li jagħmel użu mit-teknoloġija biex jinkiseb il-konsum minimu ta' materjali filwaqt li jinżamm il-kumdità massima għal kull minn jagħmel użu mill-ispazju. Atmosphere Design, C&K Architects u l-Perit Adam Brincat irċevew tifħir speċjali għal e Chapel in Pieta, Unit 22 fin-Naxx- ar u House 89 f 'Ħal Tarxien rispettivament. Hotel Verdi fil-Gżira ta' Dr Edwin Mintoff Architects rebħet il-Premju għall-Bini Kummerċjali u Pubbliċi. Il-ġurija faħħret il- proġett għat-tema qawwija li ispirat id-dis- inn ta' din il-lukanda u fasslitu fi proġett li jenfasizza disinn apposta u ta' kwalità għolja. Id-disinn jikseb ukoll marka baxxa tal-karbonju u miżuri ambjentali passivi maħsuba biex iżidu l-kumdità tal-viżitaturi fil-lukanda. Dr Charles Paul Azzopardi rebaħ il-Prem- ju tal-Fotografija tal-Arkitettura għar-ri- tratti tiegħu li jappartjenu lid-Dar Samari- tan il-Ħanin. Dan is-sett ta' ritratti rebbieħ qabad l-ispirtu ta' dan il-post b'mod li huwa teknikament preċiż u estetikament pjaċe- voli. L-Istudenti tal-Arkitettura Nicole Kenely / Kimberly Camilleri rebħu l-Urban Planning Concept Award għall-Istudenti bil-proġett tagħhom 'Retrofitting the White Rocks Complex' . Din is-sottomissjoni rebbieħa hija ispirata minn prinċipji ta' disinn ta' kuntatt soċjali bħalma huma li jkun hemm faċilitajiet komunali ta' ġewwa u ta' barra, viżibilità tajba fuq spazji ta' barra, il-ħolqien ta' żoni ta' lqugħ bejn spazji pubbliċi u pri- vati, passaġġi kondiviżi u l-ħolqien ta' kum- ditajiet privati limitati filwaqt li jiżdiedu dawk komunali. L-Istudenti tal-Arkitettura Dawn Briscoe, Nigel Cini u Ryan Worley kollha rċevew tifħir speċjali għall-proġetti rispettivi tagħhom. e City of 1000 Gardens mid-ditta tal-arkitettura NIDUM kien il-proġett reb- bieħ fil-Premju tal-Kunċett tal-Ippjanar Urban għal Periti. Il-ġurija sabet li dan il- kunċett ta' ippjanar urban jfittex li jirkupra l-ispirtu komunitarju f 'Marsaskala billi jerġa' jaħseb dwar l-organizzazzjoni fiżika tiegħu, jagħti ħajja ġdida lill-attrazzjonijiet tiegħu u jsaħħaħ il-konnessjoni tiegħu mal- wirt naturali abbundanti. Is-Slow Streets Malta ta' Studjurban irċeviet tifħir speċjali f 'din il-kategorija. Il-Premju għall-Inġinerija Arkitettonika ntrebaħ minn Dr Edwin Mintoff Architects għall-faċilità tal- Aircraft Hangar MRO f 'Ħal Luqa. Id-ditta ta' l-arkitettura ħar- set b'suċċess lil hinn minn soluzzjonijiet ta' disinn komuni, u lejn mezzi innovattivi biex jitnaqqas l-impatt viżwali bħall-intro- duzzjoni ta' kurvatura grazzjuża fis-saqaf, filwaqt li żammet waħda mill-akbar medda ħielsa li ġiet iddisinjata fil-Gżejjer. L-impjant tal-ippakkjar ta' riċiklaġġ BCRS Malta Ltd mill-Perit Andrea Scremin b'kol- laborazzjoni mal-Inġinier Gabriele Serna- giotto u l-Perit Robert Vella rċieva tifħir speċjali. KEIRO Architects kienu r-rebbieħa tal- Vot Pubbliku għall-proġett tagħhom one80 Tal-Belt. Waqt iċ-ċerimonja, l-Awtorità tal-Ippja- nar tat ġieħ ukoll lill-mibki Perit Martin Xuereb għall-kontribut tiegħu lejn il-wirt arkitettoniku tal-Gżejjer tagħna permezz ta' proġetti storiċi li inkludew fost ħafna oħrajn, il-proġetti rebbieħa tar-Riabilitazz- joni u Restawr tal-belt tal-ħajt medjevali taċ-Ċittadella f 'Għawdex u t-tfassil mill- ġdid tal-Piazzetta f 'Tas-Sliema. Għal aktar informazzjoni żur www.masp- awards.com Rehabilitation & Conservation - commendation - QP Small Projects - commendation - candk architects Urban Planning Concept - commendation student - Ryan Worley Public Open Spaces - commendation - Doric Studio Small Projects - commendation - Atmosphere Design Urban Planning Concept - commendation student - Nigel Cini Urban Planning Concept - commendation student - Dawn Briscoe Interior Architecture Award for Residential Projects - commendation - Daniel Scerri Periti Small Projects - commendation - Perit Adam Brincat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 9 April 2023