Illum latest edition

ILLUM 9 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496717

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 19

14 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 • illum Il-vapur tas-sajd tradizzjonali – Għodda, Patrimonju u Riżors I ktar kmieni din il-ġimgħa, ħabbart għal darb' oħra it-tnedija ta' skema għar-rest- awr tal-bastimenti tal-injam tas-sajd. B'investiment ta' madwar €100,000, qegħdin nappoġġjaw lil iktar minn mitejn sajjied, biex dawn il-bastimenti tradizzjonali jingħataw l-manutenzjoni tant importanti, u jkomplu jsebbħu l-portijiet differenti fi ħdan Malta u Għawdex. Din kienet il-ħames darba li ħassejna l-bżonn li ninvestu fi skema simili. Matul dawn l-aħħar snin, nedejna total viċin nofs il- miljun, biex inkomplu nappoġġjaw lis-sidien ta' dawn id-dgħajjes ikoniċi. Kif tennejt matul id-diskors tiegħi, dan l-investiment huwa biss pass wieħed fil-mixja ta' bidla li qegħdin inwettqu flimkien bħala Gvern. Uħud mill-iskemi qegħdin isaħħu l-effiċjenza u t-trasprenza, fosthom il-€1 miljun ewro fil- proġett tad-diġitalizazzjoni għas- sajjieda, kif ukoll l-investimenti li qegħdin isiru ġewwa l-Pixkerija. Oħrajn, bħall-investiment ta' 11-il winch room, u l-installar ta' 80 pilastru tad-dawl u tal-ilma f 'portijiet differenti, jintużaw ta' kuljum mis-sajjieda tagħna, kemm waqt ix-xhur beżlin tas-sajf kif ukoll fil-bqija tas-sena kollha. L-inizjattiva li nedejna din il-ġimgħa hija waħda differenti, għaliex tolqot l-importanza ta' dawn il-bastimenti tas-sajd fi tliet sferi differenti. Dan għaliex il-bastimenti bħall-kajjikk, il- luzzu u l-fregjatina huma parti mill-patrimonju storiko-kulturali lokali, għodda utli preżenti, kif ukoll opportunita għal riżors futur għat-turizmu u l-benessere tal- kommunitajiet tagħna. Nibda bl-ewwel element: Il-valur storiku ta' dawn id- dgħajjes verament ma jistgħux jiġu sopravalutati. Is-sajd huwa settur mifni bit-tradizzjoni, u l-bastimenti tal-injam tradizzjonali, huma fost l-esponenti storiċi ewlenin ta' dan is-settur. Per eżempju, nagħmel referenza għal numru ta' disinji tal-bastimenti tas-sajd tal-qedem li nstabu f 'uħud mill-iktar tempji siti storiċi antiki ġewwa pajjiżna, fosthom fil-katakombi ta' ġewwa r-Rabat, u anke ġewwa numru ta' sejbiet storiċi ġewwa Ħal Tarxien. Uħud minn dawn ir-rappreżentanzi artistiċi għandhom il-fuq minn erbat elef sena fuqhom, u mhux ta' b'xejn li baqgħu magħrufin u sinonimi mal- poplu tagħna tul il-ġenerazzjonijiet differenti. Il-valur ta' din ir-rabta bejn il-qasam tas-sajd u d-dgħajjes tradizzjonali mhuwiex biss wieħed romantiku, jew sentimentali: it-tessut kulturali tad-diversi kommunitajiet tas-sajd f 'pajjiżna jolqotu jiddefinixxi lilna kollha bħala ġens gżira b'relazzjoni intima mal-baħar madwarna. In-nostalġija storika ma tinnegax l-użu preżenti ta' dawn il-bastimenti fil-portijiet tagħna. Hekk kif is-settur tas-sajd qiegħed jiffaċċja bżonn integrali ta' riġenerazzjoni, naqsam l-ħsibijiet ta' diversi operaturi lokali fuq l-ostakli finanzjarji ezistenti għal dawk interessati li jagħmlu l-ewwel qabża f 'dan is-settur. Uħud mill-isfidi strutturali diġa bdejna nintroduċewhom. Anke riċentament, meta konna qegħdin niddiskutu t-tqassim tal-kwota tat-tonn, allokajna parti sostenzjali mill-kwoti għal dawk iż-żgħażagħ u l-operaturi ġodda li jridu jinvolvu ruħhom għall-ewwel darba f 'dan is-settur. Qegħdin naħdmu wkoll biex dawn l-isfidi strutturali inkomplu nindirizzawhom, permezz tas-sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni u l-istrateġija ġdida tas-sajd li qegħdin nippreparaw flimkien, li mistennija nniedu fiż- żmien li ġej. L-aċċessibilita ta' dawn id- dgħajjes tradizzjonali għal dawn iż-żgħażagħ, għalhekk, huwa importanti wkoll. Grazzi għal skema bħal din, irridu nassiguraw li l-flotta ta' bastimenti fi ħdan il-portijiet tagħna tibqa kemm voluminuża, kif ukoll aċċessibbli għal dawk iż-żgħażagħ u s-sajjieda rikrejazzjonali li jkunu jridu jixtru bastiment biex jieħdu dan il-pass. Il-valur ta' dawn il-bastimenti mhix biss restritt għall-użu ta' kuljum tagħhom mis-sajjieda pero. Ma nistax ma nsemmix il-valur kulturali li l-luzzu u l-kajjikk għandhom anke sal-ġurnata tal-lum. Infatti, ma nistax ma nsemmix l-miljuni ta' turisti li kull sena jżuru lil pajjiżna, u jitpaxxew jaraw dawn il-bastimenti jagħtu il- lewn vibranti lill-portijiet tagħna. Is-simbolu tal-luzzu u tal-kajjikk, jiddomina l-irħula tagħna: kemm dawk madwar il-kosta, kif ukoll fil- bqija tal-pajjiż, fid-diversi prodotti kummerċjali li jagħmlu użu minn dan is-simbolu lokali. Nirrikonoxxi dawn id-diversi inizjattivi li qegħdin isiru biex dawn id- dgħajjes tal-lum jiġu ppreservati u miżmuma. Madanakollu, nemmnu wkoll li dawn id-dgħajjes m'għandhomx biss jiġu ppriservati u jinżammu fuq l-art. Bħal kull dgħajsa oħra, mhemmx post isbaħ għall-luzzu u għall-kajjikk milli fil-baħar, użata ta' kuljum mis-sajjieda ħabrieka tagħna. Dawn it-tliet elementi juru biċ- ċar is-sinjifikat ta' din l-iskema, u l-bżonn li għal sena oħra nerġgħu nestendu din l-għajnuna finanzjarja. Kif urejna bid-diversi skemi li nedejna pero, il-ħidma tagħna fi ħdan il-qasam tas-sajd huwa wieħed multilaterali. Fuq livell infrastrutturali, finanzjarju u politiku, aħna bħala Gvern ser inkomplu nkunu t-tarka tas- sajjieda tagħna, u nwettqu l-bidla neċessarja. Alicia Bugeja Said hija s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 9 April 2023