Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496719
19 films IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Il-film mużikali 'The Sound of Music' Kif diġa' semmejt, fl-1965 ħarġet il-versjoni ċinematografika. Din hija l-istorja kif murija fil-film: Maria (Julie Andrews), tfajla ferrieħa li trid tidħol soru fil- kunvent ta' Salzburg, tidher quddiem il-Madre Superjura (Peggy Wood) li tgħidilha biex sakemm taħsibha jekk tridx ħajja reliġjuża jew il-vokazzjoni tagħha mhix soda biżżejjed, għandha tmur tieħu ħsieb it-tfal tal-familja von Trapp. Meta tasal fil-villa tagħhom tiskopri li l-Kaptan von Trapp, uffiċjal tan-Navy Germaniża, issa rtirat, juża dixxiplina militari stretta fuq is-seba' uliedu, billi hu armel. L-atmosfera fid-dar hija waħda ta' bruda kiesħa, iżda Maria mill-ewwel tikseb il-kunfidenza tagħhom, toħodhom f 'ħafna divertiti u tgħallimhom ikantaw. Fl-aħħar hi wkoll tirbaħ il- kunfidenza tar-riġidu Kaptan, imma hu jirrua l-proposta tal- ħabib tiegħu, Max (Richard Haydn) biex idaħħal lit-tfal fil-festival tal- kant ta' Salzburg. Bil-mod, jibda jħoss sinjali ta' ġibda lejn Maria, xi ħaġa li turta lill-Barunessa ta' Salzburg (Eleanor Parker), il- maħbuba tiegħu li tinduna li Maria hi wkoll interessata fil-Kaptan. Wara li titkellem mal-Barunessa, Maria, konfuża tirritorna lejn il- kunvent, imma l-Madre Superjura tikkonslaha u tordnalha tmur lura biex tfittex x'tassew tixtieq. Il-Kaptan u s-sebat itfal tiegħu jieħdu pjaċir ferm bir-ritorn tagħha, l-Barunessa terġa' lura lejn il-villa tagħha u Maria u l-Kaptan jiżżewġu fil-Kattidral ta' Salzburg. Il-"qamar il-għasel" tagħhom jaħbat eżatt ma' meta Hitler għaqqad l-Awstrija mal-Germanja u, meta jerġgħu lura, l-Kaptan li hu verament kontra r-reġim Nażista jsib ruħu f 'konflitt mas-Sindku lokali. Meta jkun ordnat biex jingħaqad man-navy, jirrealizza li kollha kemm huma hemm bżonn li jaħarbu minn hemm. Fi triqthom jinqabdu mill-gwardji, iżda Max jgħidilhom li sejrin jieħdu sehem fil-Festival tal-Kant. Wara li Maria u t-tfal kollha jkantaw u anki jirbħu l-ewwel premju, jiżgiċċaw bejn il-kripti ta' wara l-kunvent. Rolf (Daniel Truhitte), wieħed miż- żgħażagħ ta' Hitler li kien jinnamra ma' Liese (Charmaine Carr), il- kbira tal-familja Trapp, jikxiom imma s-suldati Germaniżi jitfixklu meta s-sorijiet ineħħu xi parti mill- karozza tagħhom. Il-Kaptan, Maria u t-tfal jaqbdu triqthom minn fuq il-muntanji għall-ħajja ġdida. e Sound Of Music kien dirett minn Robert Wise għat-20th Century Fox Film Corporation bil-ħin ta' 3 sigħat neqsin 8 minuti. Kif aċċennajt qabel, din il-produzzjoni rebħet 5 Academy Awards – l-Aqwa Film, Direzzjoni, Mużika, Adazzjoni ta' Irwin Kostal u Edittjar ta' William Reynolds. Wara l-ask finanzjarju ta' Cleopatra (1963) (li biż-żmien ġab flusu lura), il-Kumpanija 20th Century Fox kienet waslet f 'xifer ta' falliment, sakemm wasal dan ix- xogħol mużikali, li kien fenominu fil-box-office, u salvahom minn din id-disgrazzja. Tant għamel suċċess dan il-film u tant reġgħu rawh nies (kien hemm min rah aktar minn 200 darba) li hu meqjuż li għoġob lill-poplu ma' kullimkien, prattikament wieħed mill-iżjed fl- istorja taċ-ċinema. Sorpriżament, ma tantx mar tajjeb fl-Awstrija u l-Germanja minħabba li dawn ippreferew iż-żewġ films dwar il-veru familja Trapp tal-1956 u l-ieħor ta' sentejn wara. Fis-snin sebgħin, biex ifakkru l-10 snin anniversarju tiegħu, kien reġa' ħareġ għall-wiri. Id-direttur Robert Wise għażel lil Julie Andres bħala l-protagonista. L-ewwel film li ħadmet, Mary Poppins kien għadu ma ħariġx il-potenzjal tagħha bħala attriċi u kien għadu mhux żgurat. Ir-reputazzjoni tagħha għamlitha fuq il-palk ta' Broadway f 'My Fair Lady, imma Warner Bros. li nefqu 8 miljun dollari għal My Fair Lady ma kienux lesti li jissograw isem mhux magħruf fuq il-liżar ċinematografiku u għażlu lil Audrey Hepburn. Dan il-film għamel ukoll il-flus iżda lanqas beda meta mqabbel ma' e Sound Of Music. Il-karattru simpatiku u naturali u t-talent għall-kant ta' Julie Andrews ġibed miljuni kbar ta' nies lejn dan ix- xogħol. Il-film inħadem madwar il-belt sabiħa u panoramika ta' Salzburg u fuq l-Alpi Awstrijaċi, bil-merħliet tal-mogħoż, l-"edelweiss" (ix- xitla nattiva) u xenarju stupend. Verament kif tibda tkanta Julie fil-uħ l-għoljiet jieħdu l-ħajja bil- ħoss tal-mużika u anki biċ-"ċekċik ta' flus kbar"!!