Illum previous editions

ILLUM 9 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496719

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 66.3% tal-votanti diżillużi jaqblu li hemm bżonn ta' partit ġdid Fid-dawl tal-aħħar sondaġġi li juru tnaqqis għall-Partit Laburista imma it li xejn żieda għall-Partit Nazzjonalista, sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM juri illi l-maġġoranza assoluta ta' dawk li kieku issir elezzjoni llum ma jivvotawx jew ma jafux kif jivvutaw iridu li jinħoloq partit ġdid. Dawn iċ- ċifri kienu meħudin mill-aħħar sondaġġ li sar, ippubblikat fuq il-gazzetta Maltatoday u li kien juri illi meta mistoqsijin kif jivvotaw kieku ssir elezzjoni, 24.8% qalu illi ma jivvotawx filwaqt illi 10% qalu illi ma jafux kif jivvutaw għal total ta' 34.8%. Dan huwa iktar minn terz tal- elettorat. Meta dawn kienu mistoqsijin jekk jaħsbux li wasal iż-żmien li jiġi ffurmat partit ġdid, maġġoranza assoluta ta' 66.3% wieġbu fl-affermattiv (Iva) u 33.7% wieġbu fin-negattiv. Dan għalhekk juri li fost dawk li ma jridux jivvotaw jew ma jafux kif jivvotaw kieku issir elezzjoni issa hemm sentiment qawwi ta' diżillużjoni bil-partiti politiċi, tant li jemmnu li wasal iż-żmien li jinħoloq partit ġdid minkejja li fl-ispettru politiku hemm l-ADPD u partiti oħrajn żgħar li qatt ma kellhom suċċess kbir (għajr darba meta l-ADPD kisbet riżultat tajjeb fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2004 - meta kiseb kważi 23,000 vot). L-aktar li jemmnu illi wasal iż-żmien għal partit ġdid huma d-diżillużi Għawdxin b'75.5% iwieġbu fil-pożittiv u 24.5% iwieġbu fin-negattiv. Kważi tliet kwarti (74%) ta' dawk li huma diżillużi u jgħixu fin-Nofsinhar tal-Port ukoll jemmnu li wasal iż-żmien għal partit ġdid, filwaqt li dan il-persentaġġ jinżel għal 61% fost dawk li ma jridux jew ma jafux kif jivvotaw u jgħixu fit-Tramuntana tal-pajjiż, żona li tinkludi lil San Pawl il-Baħar, il- Mellieħa u n-Naxxar. Hawnhekk ukoll b'38.9%, huwa l-aktar reġjun li fih dawk diżillużi ma jaqblux li hemm bżonn ta' partit politiku ġdid. Fost id-diżillużi li jgħixu fil- punent tal-pajjiż ukoll kien hemm livell għoli ta' nies li ma jaqblux mal-formazzjoni ta' partit politiku ġdid, b'total ta' 42.3%. L-aktar li qalu illi ma jaqblux li għandu jinħoloq partit ġdid huma dawk ta' 65 sena jew aktar u li ma jridux jivvotaw, bi kważi 43%. Dan minkejja li dawn fil-maġġoranza tagħhom xorta jemmnu illi tagħmel sens li jkun hemm partit politiku ġdid (57.2%). Fost iż-żgħażagħ diżillużi kważi 63.6% tal- parteċipanti wieġbu li jaqblu mal-formazzjoni ta' partit ġdid, filwaqt li 36.4% qalu li ma jaqblux. Jekk inħarsu lejn il- partċeċipanti, skont il-livell edukattiv tagħhom insibu li dawk b'livell post-sekondarju u li huma diżillużi huma l-aktar li jaqblu li għandu jinħoloq partit ġdid (72.3%) filwaqt li dawk b'livell ta' primarju ta edukazzjoni u li ma jridux jivvotaw huma l-inqas settur tal-poplu li jemmnu illi għandu jinħoloq partit ġdid, b'44.3% biss. L-irġiel diżillużi huma ħafna aktar ħerqana għall-partit ġdid (69.2%) milli huma n-nisa (63.1%). F'Ottubru li għadda meta s-sondaġġ xjentifiku tal-ILLUM staqsa lill-parteċipanti kollha tas-sondaġġ jekk jaħsbux li wasal iż-żmien li jinħoloq partit ġdid b'total ta' 56% iwieġbu fl-affermattiv. Fil-fatt għall- mistoqsija dwar jekk jaħsbux li wasal iż-żmien li Malta jkollha partit ġdid 56.4% - jew maġġoranza assoluta - wieġbu 'iva'. Kienu kważi 43% li qalu 'le' u persentaġġ insinjifikanti - li jaqa' taħt il-marġinu ta' żball - ta' 0.5% li qalu illi 'ma jafux'. Kif mistenni, l-aktar li jixtiequ illi jaraw partit ġdid huma dawk li ma vvotawx fl-aħħar elezzjoni ġenerali u dawk illi kieku issir elezzjoni llum ma jivvotawx lanqas. Fil-fatt kienu xejn inqas minn 73.6% - kważi tliet kwarti - ta' dawk li ma vvotawx fl-aħħar elezzjoni li qalu li wasal iż- żmien li jkun hawn partit ġdid, persentaġġ li jerġa' jitla' sew 'il fuq għal 84% fost dawk li qalu illi kieku ssir elezzjoni llum ma jivvotawx. Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% Na onal Funds CONNECTING THE DROPS EXPLORING WATER AS A CAREER CHOICE THE ENERGY & WATER AGENCY IN COLLABORATION WITH THE UNIVERSITY OF MALTA & MCAST INVITE YOU TO AN INTERACTIVE WORKSHOP ON This interactive masterclass will provide an opportunity for students and recent graduates to meet and learn from people working in the water sector. Interested in making your voice heard and to propose sustainable solutions? Join us to learn and contribute as we very much look forward to what will be proposed by the next generation. IF YOU ARE INTERESTED IN ATTENDING, KINDLY REGISTER BY CALLING 27772777 OR EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT THU 27 TH APRIL 2023 between 8:30 and 16:00 FRI 28 TH APRIL 2023 between 8:30 and 13:00 AT ESPLORA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 April 2023