Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496719
09 kultura illum • IL-ĦADD 9 TA' APRIL 2023 l-emozzjonijiet isiru ukoll quddisiet filgħaxija. Galea spjega kif mal-quddiesa tal-Glorja kienu jibdew idoqqu l-qniepen tal-Knisja. "Imbagħad hawn f 'Bormla kien ikun hawn wieħed ngħidulu l-Broġju li kien joħroġ idur mat-toroq ma' tifel u jdoqqu l-flawt u t-tanbur biex jgħarrfu lill-poplu ta' Bormla li Kristu qam." Huwa qal li kien hemm tradizzjoni wkoll li grupp ta' żgħażagħ, mad-daqq tal-Glorja, jinżlu jieħdu l-ewwel għawma. U ma stajniex ma nistaqsux dwar il-ġirja tradizzjonali, li ssir f 'kull belt madwar il-pajjiż fejn isir l-Irxoxt. Għalfejn issir din? "Sewwa sew ma nafux minn fejn bdiet din it-tradizzjoni," qal Galea għalkemm mill-ewwel fakkar li f 'Malta għandna ħafna tradizzjonijiet li għandhom għeruqhom fi Sqallija jew Spanja. "Fi Sqallija jiġru bl-Irxoxt u anke bil-Madonna li jkollha mant iswed u xħin tasal ħdejn l-Irxoxt tneħħi l-mantel iswed u jkollha wieħed abjad," spjega Galea. "Il-ġirja pero' tfisser il-ġisem glorjuż ta' Kristu li m'għadux mtaqqal bil-mewt." Huwa qal illi dak ta' Bormla, b'differenza minn statwi oħrajn, fosthom dawk tal-Birgu u l-Isla, għandu palma f 'idejh minflok bandiera. "Il-palma tikkonferma r-rebħa fuq il-mewt," spjega Galea filwaqt li qed jinstema' d-diskors tal-voluntiera għaddejjin ħerqana b'ħidmiethom fil-Kolleġġjata. Finalment, dwar it- tradizzjonijiet, John Galea qal ukoll illi hemm it-tberik tal-figolli li jsir fi Pjazza Santa Margerita (ħafna jafuha bħala l-Pjazza fejn jgħix il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici). Huwa spjega kif qabel it-tfal kienu jkantaw għalenija quddiem l-istatwa wara l-ġirja lejn il-pjazza: " Kristu rxoxta bil-bandiera berikieli l-figolla." Id-devozzjoni naqset... Imma l-manifestazzjonijiet baqgħu popolari Lil Galea nirrimarkawlu: Id- devozzjoni naqset, biżżejjed tmur sal-Knejjes matul il- ġimgħa u tara kemm naqsu in- nies li jattendu l-quddies u anke kemm xjaħet il-ġenerazzjoni li għadha tmur kuljum. Minkejja dan, it-tradizzjonijiet għadhom popolari. Bħal lum, massa ta' nies joħorġu biex jaraw lill-Irxoxt u jiċċelebraw dan il-jum. Galea - persuna b'għeruq fondi fil-Knisja - kif jispjega din il- kontradizzjoni? Huwa jwieġeb billi jgħid illi n-nies naqset għal diversi raġunijiet, fosthom li llum qed ngħixu ħajja aktar mgħaġġla u allura it hemm ħin għar- riflessjoni. Huwa qal ukoll li l-ġenerazzjoni li tiela' għandha wkoll inqas devozzjoni għax "forsi jistaqsu iktar u jkollhom iktar mistoqsijiet bla risposta. Per eżempju, l-Ewkaristija trid temmen fiha bil-fidi," sostna Galea. Huwa qal li allura ħafna joqgħodu lura jew jaraw tali affarijiet bħala "ħmerijiet". Minkejja dan huwa qal li l-manifestazzjonijiet reliġjużi baqgħu mill-aktar popolari u dan ikun jidher illum hekk kif diversi rħula u bliet jimtlew bin-nies, li huma konxji u jiċċelebraw il- fatt li Kristu qam, "imma nieqfu hemm," irrimarka. 'L-isbaħ mument meta jasal ix-Xgħajra ta' Bormla' U finalment kemm ikun hemm nies li jipparteċipaw f 'dawn l-attivitajiet ta' dawn il-ġranet? Huwa qal li għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bil-banda b'kollox, jipparteċipaw madwar 400 persuna, ħafna minnhom Bormliżi imma anke persuni mill-lokalitajiet oħrajn li joffru l-għajnuna. Huwa qal ukoll illi l-kostumi li jintlibsu, waqt din il-purċissjoni u li bħalhom insibu diversi - minn personaġġi bibbliċi sa suldati Rumani - ilkoll huma tal-Knisja. Huwa qal ukoll li numru ta' żgħażagħ ukoll jippjanaw bejniethom biex iġorruh u jiġru bih. "Imma għalija l-isbaħ mument huwa meta l-istatwa tasal ix- Xgħajra ta' Bormla (bejn Bormla u l-Birgu) fejn tingħaqad il-massa ta' nies u l-istatwa tiġri għaċ- ċapċip, il-banda u l-briju," temm jgħid John Galea. U hekk ngħalqu din l-intervista b'tama ħelwa bejnietna li dalgħodu kollox imur sew, ħalli ngawdu din il-festa kbira, bil- kbir. L-Irxoxt f 'Bormla joħroġ fid-9:15 a.m u jidħol lura fil- Kolleġġjata għall-ħabta tas-1:00 p.m. Nixtieq lilkom u lill-familji tagħkom Għid mimli ferħ u hena u nixtieq lil dawk li għaddejjin minn mumenti ta' sfida li jsibu soljev f 'dan il-jum li fih niċċelebraw il-ħajja mill-ġdid. John Galea jitkellem mal- gazzetta ILLUM Credit: James Bianchi Il-Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni f'Bormla