Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
14 opinjoni IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 • illum Alicia Bugeja Said B ħal din il-ġimgħa sena ilu, kelli l-privileġġ li għall-ewwel darba, ninħatar Segretarju Parlamentari. Il-qabża minn riċerkatriċi u uffiċjal pubbliku, għal rappreżentant tal-poplu u membru tal-Kabinett, kienet waħda mimlija sfidi, kemm fuq livell personali kif ukoll dak professjonali. Minkejja kollox, grazzi għall-appoġġ ta' bosta, irnexxielna nilħqu dan it-trag- ward sinjifikanti flimkien. Filwaqt li ninsab kuntenta bil-ħidma estensiva li wettaqna flimkien bħala Gvern, ix-xogħol irid jibqa għaddej b'ritmu kostanti. L-għatx għall-bidla, u l-ħtieġa li nwettqu r-riformi tant meħtieġa fis-setturi tas- sajd u tal-ħarsien tal-annimali, għadhom preżenti magħna. Irridu inżommu f 'moħħna li dak li ser infasslu u nwettqu illum, ser ikollu impatt fuq il- ġenerazzjonijiet futuri. Kien għalhekk li matul dawn l-ewwel xhur, issoktajna b'diversi inizjattivi kruċjali fis-settur tal- ħarsien tal-annimali. Wara li it tal-ġimgħat ilu ħabbarna spazju ġdid għall-qtates abbandunati ġewwa l-Għammieri, għaddej b'ritmu mgħaġġel fix-xogħol fuq spazju simili għall-klieb: dan ser jgħin lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali jagħti lil iktar annimali l-ispazju u l-imħabba kif tassew jixraq. L-addozzjoni huwa wkoll parti integrali mill-viżjoni tagħna għal dan is-settur. L-aħħar indiċi ppubblikati mid- Direttorat indikaw kif matul is-sena li għaddiet, grazzi għad- diversi kampanji li nedejna, ġew addottati 550 kelb u 144 qattus. Dan ifisser rata ta' għaxart' iklieb u tliet qtates kull ġimgħa. Bqajna għaddejjin b'ritmu sinjifikanti wkoll matul l-2023, fejn matul l-ewwel xahrejn u nofs, 72 qattus u 57 kelb sabu kenn u imħabba għand familja ġdida. Filwaqt li dan l-andament huwa wieħed tabilħaqq pożittiv, irridu naħdmu aktar fuq pjan strutturat sabiex nagħtu l-għajnuna neċessarja, filwaqt li nassiguraw li kull annimal li ikun addottat jingħata l-imħabba, l-kura u l-għożża meħtieġa. Għal dan il-għan, qegħdin inkomplu naħdmu fuq żewġ pjattaformi ; ċentru t'addozzjoni ġdid, kif ukoll sit elettroniku ġdid, li permezz tagħhom ser inkomplu nressqu dawn l-annimali mas- sidien prospettivi tagħhom. Komplejna wkoll id-diversi kampanji, fl-iskejjel u mal- pubbliku in ġenerali, sabiex inkomplu nxandru messaġġ favur l-addozzjoni. Qegħdin ukoll inqassmu l-vouchers tan- neutering li huma tant bżonjużi sabiex ikollna kolonji tal-qtates ikkontrollati u b'saħħithom u ngħinu l-feeders, li jagħmlu xogħol tant siewi. Matul ix-xahar ta' Marzu, irnexxielna wkoll nikkonkludu studju intern, sabiex inżidu l-ammont ta' żoni kostali aċċessibbli għall-annimali u s-sidien tagħhom. Huwa fatt li aktar minn qatt qabel, il-familji jfittxu li jkollhom ħin ta' kwalità flimkien. U aħna kommessi li nkomplu nżidu aktar zoni ta' rikreazzjoni għaliex bis sħiħ nemmnu li l-annimali huma għeżież fost bosta għeluf ta' familji u jixraqilhom spazji kemm siguri kif ukoll rikreattivi. Konnha Gvern li ma ddejjaqniex niffaċċjaw l-ostakli eżistenti, kemm dawk lokali kif ukoll dawk li joriġinaw minn barra xtutna. Ewlenija fosthom kienet il-Gwerra tal-Ukrajna, li ħalliet andament negattiv fuq l-ekonomija globali. Ewlenin fosthom kienet il-€1.7 miljun li tajna lis-sajjieda Maltin biex nimminimizzaw l-impatt tal- isplużjoni fil-prezzijiet tal-fuel għad-dgħajjes tas-sajd. B'dan il-pass għaqli, irnexxielna nolqtu żewġ għanijiet: ipproteġejna l-għajxien tas-sajjieda tagħna fid-dawl ta' din il-kriżi eżistenti u fl-istess ħin, komplejna nassiguraw l- aċċessibilita u l-affordabilità tal-ħut lokali, li huwa sors essenzjali fin-nutrizjoni għall- poplu tagħna. Żvilupp kruċjali ieħor kien il-kisba tal-Gvern Malti fuq il-fora Ewropeja. Grazzi għas- sagrifiċċju u l-bżulija tas-sajjied Malti, irnexxielna flimkien niksbu l-ikbar qabża fil-kwota tat-tonn tul dawn l-aħħar tliet snin. Ma waqafniex hemm: permezz ta' konsultazzjoni siewja, u abbażi ta' viżjoni ċara u sostenibbli, aħna l-aċċess għal din it-tip ta' sajda lil dawk l-operaturi ġodda, kif ukoll dawk rikrejazzjonali. Nemmnu li grazzi għal din l-opportunita', ser nagħtu spinta pożittiva lill -għajxien tas-sajjieda tagħna. Bħala Gvern nirrikonoxxu l-bżonn li pajjiżna jibqa' jixpruna l-progress fis-setturi tas-sajd, kif ukoll tal-ħarsien tal-annimali. Għal din ir- raġuni, ssoktajna fuq ħidma biex inniedu qafas politiku u leġislattiv ġdid, wieħed indirizzat għall-qasam tal- Ħarsien tal-Annimali ġewwa pajjiżna, kif ukoll ieħor għas-settur tas-sajd. Konnha konxji wkoll fuq il-ħtieġa tal-konsultazzjoni u tad- diskussjoni fil-proċess tat-tfassil ta' dawn l-istrateġiji: dokument li jindirizza l-ħtiġijiet preżenti u futuri, permezz ta' ideat ambizzjużi ta' kull min hu involut f 'dawn is-setturi, sabiex jitfassal pjan t'azzjoni konkret. Għalhekk, kull pass li ħadna, qiegħed isir b'mod trasparenti u konġunt mal-eluf ta' sajjieda, voluntiera u uffiċjali pubbliċi li jifformaw parti minn dawn is-setturi tant kruċjali. Il-lista ta' proġetti li nedejna matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, bil-wisq jaqbeż il-lista msemmija f 'dan l-ispazju ristrett. Fl-istess ħin, minkejja dak kollu li rnexxielna inwettqu flimkien, jidher biċ-ċar li għad fadal ħafna x'isir. Dan ma jaqtagħlniex qalbna, pjuttost bil-maqlub. Matul dawn l-erbgħa snin li ġejjin, ser inkomplu nikkonkludu sensiela ta' inizjattivi kruċjali għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Irridu nibqgħu t-tarka tas-sajjieda u tal-voluntiera kollha, u ser nkunu disposti nirrispondu b'mod trasparenti iżda immedjat għall-isfidi imminenti, kif ukoll dawk tal- futur. B'sodisfazzjoni, nirrikonoxxu l-ħidma siewja li wettaqna matul dawn l-aħħar tnax il-xahar. Fl- istess ħin, b'ottimiżmu u b'ħerqa liema bħalha, inħarsu l-quddiem għal aktar ħidma għall-ġid komuni fl-erba' snin li ġejjin. Sena ta' sodisfazzjoni, ottimiżmu u ħidma Alicia Bugeja Said hija s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Awkwakultura u l-Ħarsien tal-Annimali