Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
06 IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2023 • illum Malta: Poplu żgħir, b'reżiljenza mill-għotja tal-George Cross ANTHEA CACHIA Ilbieraħ ħabat il-81 anniversarju minn meta r-Re Ġorg VI, ħabbar li kien sa jagħti lil Malta unur mill- aktar prestiġġjuż, il-George Cross. Dakinhar, il-15 ta' April 1942, ir-Re qal li għall- ewwel darba fl-Istorja tal- Imperu Ingliż kien se jagħti dan l-unur bħala premju għall-kuraġġ, devozjoni u atti erojċi li se jibqgħu imfakkra fl-istorja tal-pajjiż. Dan qalu minħabba l-fatt illi dawn iż- żewġ gżejjer, tant ċkejknin f 'nofs il-Mediterran, kienu l-aktar ibbombardjati fit-Tieni Gwerra Dinjija, li ntemmet tliet snin wara. 'Malta tibqa' tissielet lura' F'perjodu ta' ftit inqas minn 12-il xahar, bejn l-1941 u l-1942, kienu ħamest iljieli biss li fihom il-Maltin ma semgħux is-sirena biex imorru fix-xelter u jipproteġu ruħhom. Kien il-poplu Ġermaniż stess li safa skantat kif Malta baqgħet tiġġieled lura. Fil-pubblikazzjoni 'War Illustrated' ġeneral Ġermaniż ġie ikkwotat jagħmel l-istess mistoqsija u jgħid illi, "wara stentejn ta' gwerra, Malta għadha forti b'saħħitha. Armata sa ruħ ommha." Qabel ma' nsemmu kif u meta Malta ngħatat il-George Cross ikun tajjeb li nfakkru dak li missirijietna kellhom jgħaddu minnhu biex illum għandna l-libertà li ngħixu ħajja li nixtiequ u fuq kollox x'wassal biex pajjiżna jiġi ippremjat għall-qlubijja, for galantry. Għaldaqstant, minn stħarriġ tal-ILLUM fil-Bibjoteka Nazzjonali ta' Malta, li fi ħdanha għandha rakkonti u ġabriet uniċi ta' ġrajjiet li jsawwru l-identità u l-istorja ta' pajjiżna. Wara sigħat ta' tfittix qalb il-gazzetti tal-1942, l-ILLUM sabet artiklu ta' Bernard Gray, korrispondent tal-gwerra li ntbagħat mis- Sunday Pictorial, gazzetta ibbażata f 'Londra. Illum din il- gazzetta nafuha bħala s-Sunday Mirror. Nhar it-Tnejn 23 ta' Marzu 1942, it-Times of Malta ippubblikat dan l-istess artiklu – intitolat "Malta tissielet lura" - li kienu qrawh madwar ħames miljun persuna fir-Renju Unit. Gray ipinġi stampa ċara tal-impatti tat-Tieni Gwerra Dinjija f 'pajjiżna, kif konna qed niġġieldu lura, l-affaxxinazzjoni li kellu lejn ix-xelters Maltin u l-aħħar fatalitajiet (sa dak il- perjodu) meta bomba laqtet ċinema. Gray jirrakkonta li kien qiegħed joqgħod f 'lukanda fil- Belt Valletta u tul dan l-artiklu irrimarka diversi drabi dwar it-tifrik tal-kapitali minħabba l-bombi. Dwar l-ibbumbardjar Gray jgħid li meta Malta kienet taffaċċja attakk dawn "mhux biss kienu qed jimpattaw il-bini tal-irħula Maltin, iżda kienu qed jikkawżaw weġgħat kbar. Dan għaliex kull bomba li taqa' fuq raħal, ifisser telfa ta' xi membru tal-familja jew ħabib." Qal li għall-Maltin, meta kienu jaraw it-tifrik mhux talli ma kienux jaqtgħu qalbhom "talli kellhom determinazzjoni ikbar biex jirreżistu u jiġġieldu." Gray sostna wkoll li d-difiża Maltija baqgħet b'saħħitha minħabba l-koordinazzjoni mingħajr xkiel bejn il-piloti li kienu qed jiġġieldu fl-ajru, is-suldati fl- artillerija u gruppi ta' nies li kienu jqattgħu sigħat twal ifittxu n-nies qalb it-tifrik u l-ġebel. Huwa irrakkonta wkoll dwar raid f 'ġurnata partikolai u kif fid-daqqa u l-ħin bdiet tiddi s-sirena fit-toroq Beltin. "In- nies kienu fi triqithom lejn ix- xelter jiċċaċċraw. Spiċċajt miexi waħdi fit-triq. Il-Belt kienet vojta għax 90% tal-popolazzjoni tagħha kienet tinsab taħt il- pedamenti tal-franka." Gray kien affaxxitat bix-xelters Maltin partikolarment dawk li nbnew taħt it-tmexxija tal-Ordni tal- Kavallieri. Minkejja dan, ma setax jifhem kif ċertu familji bnew xelters taħt darhom stess. Gray jgħid illi l-aktar attakk riċenti li kien ħalla numru ta' fatalitajiet kien meta ġie ibbumbarjdat ċinema. Irriżulta wkoll li wara 14-il siegħa ta' tfittxijja, maqbudin taħt it- tifrik instabu erba' irġiel tan- navy. Minkejja dan, għalkemm ħasbuhom mejta, dawn kienu għadhom qed jieħdu nifs u kienu biss mitlufin minn sensihom. Punt interessanti huwa li lejn l-aħħar ta' dan l-artiklu, il- korrispondent tal-gwerra innota li għal ħafna, il-ħoss tas-sirena kien ifisser ħaġa, li minkejja l-biża', din kienet tfisser li kienu se jitwaqqfu aktar Ġermaniżi. 'Ma nistgħux nibqgħu ngħixu fil-kisbiet tal-passat... Issa għandna obbligu' Minkejja li l-aħbar li se ningħataw il-George Cross sirna nafu biha fil-15 ta' Marzu 1942, il-preżentazzjoni tiegħu kienet kultura George Borg ġie ippreżentat il-George Cross fit-13 ta' Settembru 1942. Ritratt: GuideMeMalta.com