Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
17 films IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Puss in boots, Ant-Man u Shazam fost il-films magħżula għall-Ġurnata taċ- Ċinema għat-Tfal 2023 Id-distributuri lokali tal- films, KRS Releasing Ltd., qed jerġgħu jħabbru ġurnata oħra ddedikata għall-films tat-tfal, nhar is-Sibt 22 ta' April 2023. Dak inhar, it-teatri ta' Malta u Għawdex se joffru selezzjoni ta' xogħlijiet sbieħ addattati għat-tfal ta' kull eta' bil-prezz imraħħas. Il-wiri jibda mid- 9a.m. u jibqa' sejjer sas-7p.m. Il-films magħżulin Mummies - Kummiedja animata dwar l-avventuri ta' 3 Mummji mill-Eġittu tal- Antik,li jgħixu taħt l-art, u li jsibu ruħhom f 'Londra tal- preżent. Huma jimbarkaw fuq vjaġġ mimli praspar biex ifittxu ċurkett antik li kien jappartjeni lill-Familja Rjali, misruq ħafna snin qabel mill- avvenrurier ambizzjuż, Lord Carnaby. Cert. U Peppa Pig - My First Cinema Experience - Film ieħor animat, mimli movimenti u avventuri minn siltiet ta' serje televiżivi li qatt ma ntwerew fiċ-ċinema, dwar il-maħbuba Peppa Pig u ħuha George. Cert. U Champions - Kowċ ta' tim modest tal-basketball ikun ordnat mill-qorti biex jieħu taħt idejh ċorma plejers b'diżabilitajiet intellettwali. Wara ħafna dubbji li jiġuh, jinduna li kapaċi jimxu l-quddiem flimkien. Kummiedja sportiva b'mumenti drammatiċi. Cert. 12A Strange World - Film ieħor avventuruż b'xi azzjoni dwar il-familja leġġendarja Clades, esploraturi li d-differenzi ta' bejniethom ikunu se jisfrattaw l-aqwa missjoini kruċjali tagħhom. Din il-produzzjoni animata għandha ċertifikat U. Epic Tales - Dan il-film animat ibbażat b'xi mod fuq il-Mitoloġija Griega, hu dwar qattus u ġurdien addottat minnu li jgħinu lill-veteran Jason u lill-Argonawti jsalvaw belt Griega. Cert. U The Amazing Maurice - Qattus li jaf sewwa kif ikampa fit-triqat u l-gang ta' ġrieden tiegħu jifformulaw pjan kif se jakkwistaw il-flus f 'din il-kummiedja animata u avventuruża. Cert. PG Ant-Man And e Wasp - Quantumania - Film tas- supereroj mimli avventuri u azzjoni sfrenata fejn Scott Lang u Hope Van Dyne ma' oħrajn, jesploraw il-Quantum Realm fejn se jitħalltu ma' kreaturi strambi u jerħulha għall- avventura sfiqa li twassal aktar mill-limiti fejn ħasbu li jistgħu jaslu. Cert. 12A Dungeons And Dragons: Honour Among ieves - F'din il-fantasija mimlija azzjoni u avventuri, ħalliel grazzjuż b'tim ta' avventurieri ta' nofs kedda, jimbarkaw fuq tfittxija epika biex iġibu lura relikwa antika, imma l-affarijiet imorru għall- agħar meta jiltaqgħu ma' nies b'għanijiet malinni. Cert. 12 Puss In Boots: e Last Wish - Nerġgħu niltaqgħu ma' dan il-qattus Spanjol, eroj u ammiratur tan-nisa, li issa wasal fl-aħħar waħda mid-disa' ħajjiet tiegħu. Dan issa jkollu jazzarda f 'post perikuluż, Dark Forest, biex ifittex il- leġġendarja Wishing Star li terġa' troddlu lura it-tmien ħajjiet li tilef. Cert. PG e Super Mario Brothers Movie - Issa maħdum bħala kummiedja avventuruża animata, il-plumber minn Brooklyn Mario jivvaġġja minn ġol-Mushroom Kingdom ma' prinċipessa jisimha Peach biex ifittex lil ħuh Luigi u fil-proċess anki jsalva lid-dinja. Cert. PG Shazam! Fury Of e Gods - Dan it-tieni attentat ta' Billy Batson, tinager li meta jlissen il-kelma maġika "SHAZAM" jittrasforma ruħu f 'Supereroj adult bl-isem ta' Shazam, ikompli juri aktar avventuri umoristiċi bl-azzjoni li jikltaqa' magħhom. Cert. 12A Min jaħseb għall-biljetti kmieni ma jiddispjaċiħx. The Amazing Maurice Epic Tales Strange World