Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497278
04 aħbarijiet Engerer fdat mill-ġdid biex imexxi n-negozjati dwar l-ambjent fuq liġi dwar l-iskart elettriku u elettroniku Sitt żgħażagħ iweġġgħu f'inċident tat-traffiku Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet Sejħa għal Konsultazzjoni Pubblika Id-Direttur Ġenerali, Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) fi ħdan il- Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet, jgħarraf lill- pubbliku nġenerali u partijiet interessati, bis- sejħa għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-inizzjattivi ta' Malta għal REPowerEU bħala parti mill- Faċilità ta' Rkupru u Reżiljenza (RRF) għal Malta. Id-Dokument jista' jiġi aċċessat fuq l-indirizz tas-sit elettroniku hawn taħt https://fondi.eu/programme/recovery-and-resilience-plan/ jew billi tinkiseb kopja mid- Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850. Dawk interessati huma mistiedna jibagħtu proposti, suġġerimenti u kummenti fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt jew billi jibgħatu bil-posta indirizzata lid- Diviżjoni tal-Istrateġija u l- Implimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850. Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu sal-17:00hrs CEST tal-Gimgħa, 21 t'April, 2023 Proposti li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati. Il-Membru Parlamentari Ewropew, Cyrus Engerer, ġie fdat mill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, biex imexxi n-negozjati dwar id-Direttiva li tirregola l-Iskart Elettriku u Elettroniku. Il-Liġi se tfittex li tintroduċi emendi għal din id-direttiva li jiffokaw fuq l-immaniġġar tal- iskart elettriku u elettroniku speċjalment fir-rigward ta' skart li jirriżulta mill-pannelli solari. Din hi t-tieni darba li l-MPE Engerer ġie fdat biex imexxi negozjati dwar leġislazzjonijiet ewlenija tal-UE dwar l-iskart wara l-ħatra tiegħu f 'Novembru 2020. Mal-ħatra tiegħu, l-MPE Engerer qal li din hi opportunità oħra biex jinħolqu leġislazzjonijiet li jirriflettu t-trasformazzjoni li l-Ewropa għaddejja minnha biex tindirizza l-emerġenzi ambjentali u tal-klima li qed naffaċċjaw. "Il-prinċipju ta' min iniġġeż iħallas se jkun wieħed mill-prijoritajiet ewlenija tiegħi f 'dawn in-negozjati u ser inkompli nimbotta 'l quddiem l-idea li l-ispejjeż għat-transizzjoni ekoloġika m'għandhomx jinġarru mis- setturi l-aktar vulnerabbli tas- soċjetajiet tagħna," qal Engerer. L-MPE Engerer mistenni jibda negozjati mal-gruppi politiċi l-oħra fi ħdan il- Parlament Ewropew fil- ġimgħat li ġejjin bil-ħsieb li jintlaħaq qbil li mbagħad jiġi vvutat fi ħdan il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel u iktar tard fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew. Sitt żgħażagħ weġġgħu f 'inċident tat-traffiku f ' Ta' Qali ftit qabel nofs-il lejl tal- Ġimgħa filgħaxija. Mill-istħarriġ tal-Pulizija rriżulta li karozza tat-tip, Toyota Tercel, misjuqa minn żagħżugħ ta' 18-il sena mis-Siġġiewi, ħabtet ma' arblu. Fil-karozza kienet hemm ukoll żewġ ġuvintur ta' 18-il sena minn Ħaż-Żebbuġ u Ħal- Qormi; tfajla ta' 18-il sena minn Ħal Għaxaq u żewġ tfajliet oħra ta' 16-il sena mis-Siġġiewi. Minbarra l-Pulizija, fuq il- post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-assistenza. Permezz ta' diversi ambulanzi, iż-żgħażagħ ittieħdu l-Isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, waħda mit-tfajliet ta' 16-il sena u t-tfajla ta' 18-il sena, kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-kumplament taż-żgħażagħ qed isofru minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill- Pulizija għadhom għaddejjin. IL-ĦADD 16 TA' APRIL 2023 • illum