Illum previous editions

ILLUM 28 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500238

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Fl-2023: Kważi 237 liċenzja tas-sewqan revokata kull xahar L-ILLUM tinsab infurmata li fl-ewwel kwart ta' din is-sena ġew revokati 950 liċenzja tas-sewqan b'kollox ... AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej, jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti taħt l-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment indikati hawn taħt. Assi Prijoritarju 3 – It-titjib tal-kompetittività permezz tal-investiment fl-SMEs § Prijorità ta' Investiment 3d – L-appoġġ tal-kapaċità tal-SMEs biex jikbru fis-swieq reġjonali, nazzjonali u internazzjonali u biex jinvolvu ruħhom fil-proċessi tal-innovazzjoni. Din is-sejħa hija miftuħa għal proposti ta' proġetti ġestiti minn Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u Entitajiet tas-Settur Pubbliku. Ass Prijoritarju 4 – Il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju § Prijorità ta' Investiment 4c - Tiġi sostnuta l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni intelliġenti tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-infrastruttura pubblika, inkluż f'bini pubbliku u fis-settur tad-djar. Din is-sejħa hija miftuħa għal proġetti ġestiti minn Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, Entitajiet tas-Settur Pubbliku, Organizzazzjonijiet non-Governattivi (NGOs) u Organizzazzjonijiet Volontarji (VO) li huma rreġistrati mal-Uffiċċju tal- Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. § Nota: Għall-iskop ta' din is-sejħa ser jiġu kkunsidrati biss investimenti li għandom fil-mira tagħhom l-effiċjenza fl-enerġija fl-infrastruttura pubblika u binjiet pubbliċi miftuħin għall-pubbliku ġenerali. Il-proposti għall-proġetti jiġu milqugħa sa mhux aktar tard mill-10 ta' Lulju 2023, f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti għall-proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/programme/european-regional-development-fund-cohesion-fund-just- transition-fund/ Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm Operattiv I u l-Linji Gwida tal-Eliġibilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Politika ta' Koeżjoni, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. L-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz tal-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt REQUEST FOR TENDER NO. 011/23 will receive offers for the following: ■ Concession of the Operation of the Bars and Trophies Lounge of the National Stadium and the Bars of the Centenary Stadium, Ta' Qali. ■ A Tender Announcement with more information can be accessed through the MFA website. ■ Closing Date: Friday, 30th June 2023 at 12:00hrs (CET). Malta Football Association, Millennium Stand, Floor 2, National Stadium, Ta' Qali ATD4000 T: +356 2338 6000 | W: www.mfa.com.mt/tenders/ Fl-ewwel kwart tas-sena u għaldaqstant minn Jannar sal-aħħar ta' April tal-2023, l-awtoritajiet irrevokaw total ta' 950 liċenzja tas-sewqan. Dan irriżulta minn mistoqsijiet li għamlet il-gazzetta ILLUM lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, fid-dawl tal-fatt illi pajjiżna kellu numru rekord ta' fatalitajiet minħabba inċidenti stradali fl-2022 u oħrajn maġġuri din is-sena. Fil-fatt ta' min wieħed isemmi l-aktar vittma riċenti, fl- età żgħira ta' 17-il sena - Kacey Sciberras – li mietet f 'inċident ikrah fit-triq tac-Central Link. Minn 950 liċenzja li ġiet revokata, 166 minnhom kienu ta' prova, (probation) dan filwaqt li 666 persuna kellhom l-ewwel revoka. Min-naħa l-oħra 168 persuna kellha t-tieni revoka. Liċenzja kif tiġi revokata? Issuq jew le, huwa ovvju li fit-toroq hemm kaos. Jekk hux minħabba t-traffiku, nuqqas ta' ippjanar jew minħabba l-ammont kbir ta' karozzi fit-toroq, din il- gazzetta m'għandiex risposta għaliha. Però huwa stat ta' fatt li ħafna mill-inċidenti fit-toroq iseħħu minħabba sewqan b'veloċità eċċessiva u distrazzjonijiet, fost oħrajn. Kien għalhekk li ttieħdu numru ta' miżuri inkluż l-introduzzjoni tal-punti penali, fl- 2017. Iżda xi jwassal biex il-liċenzja tiġi revokata? Il-liġi titlob li jekk persuna tikkommeti għadd ta' kontravenzjonijiet li swewlha 12-il punt jew aktar fi żmien 12- il xahar, il-liċenzja tiġi revokata. Min jakkumula 11-il punt fi żmien l-istess perjodu jew inqas jista' jagħmel eżami dwar is-sewqan biex inaqqsu l-punti. Meta persuna taqbeż it-12-il punt il-liċenzja tiġi irritornata lura lill- Awtorità għat-Trasport u tinħareġ kontroparti aġġornata dwar il- liċenzja tas-sewqan irrevokata bil- punti kollha li ġew akkumulati. Għal dan is-servizz wieħed irid iħallas xejn inqas ħlief €6. Jekk wieħed eventwalment jixtieq jerġa' japplika biex ikollu liċenzja irid qabel kollox jistenna tliet xhur mid-data tar-revoka imbagħad jibda l-proċess mill-bidu. Dan ifisser li jkollu jagħmel it-test tat- teorija u dak tal-prattika. Jekk il-liċenzja tiġi revokata tliet darbiet fi żmien ħames snin, x-xufier ikollu jistenna sena sakemm jerġa' jibda l-proċess. Bidliet sostanzjali fil- kontravenzjonijiet... Lilek kif se taffetwak? Riċentament rajna l-bidla ħarxa – u ġusta – f 'dawk li huma multi u sistemi ta' punti marbuta ma' kontravenzjonijiet tat-traffiku. Fost l-aktar kontravenzjonijiet li se jolqtu l-but hemm dik li, jekk persuna tinqabad iżżomm u/jew tagħmel użu ta' mobajl li jinżamm fl-idejn jew kwalkunwe apparat ieħor simili waqt li wieqfa fit- traffiku jeħel multa ta' €300 ewro. Jekk wieħed jinqabad juża l-mobile waqt is-sewqan, jingħata multa ta' €200, li jfisser li l-multa għal żdiedet b'€100. Meta wieħed jagħmel referenza għall-użu tal- mobajl, dan jinkludi wkoll użu ta' headphones jew apparat simili li jintlibes fil-widna, anke jekk il- karozza tkun wieqfa. Intant l-inqas ammont li wieħed jista' jeħel jekk jinqabad ma jużax tailbort jew vettura tkun mgħobbija żżejjed huwa ta' €200. Minkejja dan, il-massimu ta' dan l-istess ksur hija €500. Taħrika interessanti hija dik tat-tagħbija ta' passiġġiera żejda li jaqbżu dak stipulat fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Min jinqabad ikollu jħallas €50 għal kull persuna żejda fil-karozza. Fejn għandu x'jaqsam il-punti li jingħataw għal kontravenzjoni kienu minn tlieta sa sitta, issa saru minn sitta sa disgħa punti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 May 2023