Illum previous editions

ILLUM 23 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 19

'Infermiera jkollha tiżgura li l-kollegi qed jagħmlu xogħolhom sew minħabba li ma jifhmux l-Ingliż ' www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • NRU 875 GasanZammit Motors Ltd., Triq il-Merghat, Zone 1, Central Business District, Birkirkara CBD 1020 Tel: 27788225 email: volvo@gasanzammit.com | www.volvocars.com.mt The Volvo XC60 PAĠNA 5 Sondaġġi: Sfiduċja fil-Partit Laburista Ħamsa arrestati wara l-pubblikazzjoni tal-Inkjesta Maġisterjali Ftit sigħat biss wara li ġiet konkluża l-Inkjesta Maġisterjali b'rabta mal-mewta traġika taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia, li tilef ħajtu kważi tmien xhur ilu, ħames persuni ġew arrestati. Dawn il-ħames persuni huma l-iżviluppaturi Kurt Buhagiar u Matthew Schembri, l-arkitett Adriana Zammit u l-kuntrattur Miromir Milosovic. Il-ħames persuna hi miuma li hi membru tal-familja ta' Milosovic. Huma ġew arrestati fit-8:30 p.m u saru minħabba r-rakkomandazzjonijet tal-Inkjesta kif ukoll l-investigazzjoni li saret fi ħdanha. Intant ilbieraħ rajna kif Schembri u Buhagiar, fetħu protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg, fejn argumentaw illi l-arrest tagħhom kien wieħed illegali. L-avukati tagħhom, Franco Debono, Arthur Azzopardi u Jacob Magri qalu fil-protest ġudizzjarju li meta ġew arrestati huma talbu biex jingħataw l-inkjesta sħiħa iżda minflok ingħataw il-konklużjoni. Apparti minn hekk l-avukati ressqu rikors fil-Qorti biex din titressaq b'urġenza, bir-riżultat li din it-talba ġiet miċħuda. Dan hekk kif f 'digriet mogħti mill-Maġistrat Ian Farrugia, l-arrest huwa validu u skont il-liġi hekk kif l-Avukat Ġenerali biss ikollha l-evidenza kollha tal-inkjesta, liema evidenza huwa rraportat li hi numeruża u li mistennija tingħata lill-pulizija b'mod komplut meta jkun il-waqt. Żewġ sondaġġi minn żewġ gazzetti ewlenin, il-gazzetta oħt tal- gazzetta MaltaToday u s-Sunday Times, illum qed jippubblikaw żewġ sondaġġi politiċi li juru - għall-ewwel darba f 'ħafna snin - li l-Partit Laburista spiċċa minn taħt meta mqabbel mal- Partit Nazzjonalista. Iż-żewġ sondaġġi jikkonfermaw rabja kbira g ħ a l l - a m m i n i s t r a z z j o n i Abela u jikkonferma li l-persentaġġ ta' nies li qed jgħidu li mhux se jivvotaw ha jiżdied b'mod speċjali meta nħarsu lejn Laburisti. Iżda, minn naħa l-oħra, filwaqt li tidher li l-problema mal-Labour huwa Robert Abela, Abela jibqa' iktar popolari minn Bernard Grech li skont dawn iż-żewġ sondaġġi juri li Grech baqa' mwaħħal u ma jistax jimxi 'l quddiem. Fil-fatt, ftit huma dawk il-Laburisti li qed jgħidu li se jivvotaw għall-PN. Il-gazzetta oħt MaltaToday ilha minn 2002 tagħmel sondaġġi. Minn 2008 sa' 2023 il- Partit Laburista dejjem kien minn fuq quddiem fis-sondaġġi, din hija l-ewwel darba fi 15 il-sena li l-PL waqa taħt il-PN. Daqqa kbira għar- Robert Abela, li kien il- kaġun ta' rabja kbira minn Laburisti għal mod kif tratta ċerti problemi u għal kultura ta' indeċiżjoni... ħaġa li tispikka fil-Gvern ta' Abela. Għal aktar dwar is- sondaġġ riċenti tal- MaltaToday araw: www. maltatoday.com.mt PAĠNI 8 - 9 Sħana kbira ħakmet lill-gżejjer Maltin f 'din l-aħħar ġimgħa u ħalliet lil diversi nies frustrati u irrabjati. Dan mhux biss għaliex lanqas tista' tirfes l-għatba ta' barra li ma tispiċċax issir għarqan xraba iżda talli ħafna Maltin, meta jaslu d-dar wara ġurnata xogħol, kellhom joqgħodu jixegħlu x-xemgħat u joħolmu bl-arja ikkundizzjonata. B'diversi ljieli mingħajr elettirku, bla dubju li l-akbar impatti kienu fuq l-anzjani, is-sidien ta' supermarkets u ħwienet tal- merċa. In-nies tant waslu f 'sitwazzjoni ta' disprament li esprimew mal-ILLUM illi qed jikkunsidraw imorru jgħixu temporanjament f 'lukandi 'pet-friendly' biex l-annimali ma' jispiċċawx vittma tas- sħana tremenda. Għalkemm l-Enemalta qed taħdem qatigħ biex din il-problema tiġi solvuta, jibqa' l-fatt illi hemm inċertezza kbira dwar meta d-dawl se jirritorna kullimkien b'mod normali mingħajr intoppi. Malta tibqa' fid-dlam TKOMPLI F'PAĠNA 3

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 July 2023