Illum previous editions

ILLUM 23 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

"Il-proposti dwar ir-restawr tan-natura li ġew approvati fil- Parlament Ewropew ġimgħa ilu huma biss il-bidu imma jistgħu jwasslu għal titjib fil-qagħda ambjentali fuq medda ta' żmien. Hemm nuqqas serju t'għarfien dwar l-importanza tan-natura f 'ħajjitna. Din hija fundamentali mhux biss għall-kwalità tal- ħajja imma iktar għall-istess eżistenza tagħna." Dawn qaluh kelliema ta' ADPD-e Green Party meta indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet ħdejn iż-żona tal- għadds fil-Ponta taż-Żonqor, f 'Marsaskala. L-uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi ta' ADPD – e Green Party Brian Decelis irrefera għall- Istrateġija tal-Għadis imħabbra fl- 2022 li minkejja l-objettivi tagħha b'numru ta' azzjonijiet speċifiċi li kellhom jitwettqu, qal illi it li xejn ġie nnutat progress. L-aktar punt ta' tħassib għall- ADPD huwa li dan is-settur "għadu nieqes minn entità li tieħu responsabbiltà" ta' dawn iż-żoni u b'definizzjoni ċara taħt il-liġi, li taħdem flimkien mal-għaqdiet kollha, kemm dawk professjonali kif ukoll ma għaqdiet mhux governattivi b'interess fl-isport u l-ambjent ta' fuq u taħt wiċċ il- baħar f 'żoni tal-għadds. L-ebda progress ma kien irreġistrat għat-titjib u l-iżgurar tad-disponibbiltà matul is-sena kollha tal-infrastruttura tal-għadis kemm fil-postijiet tal-għadis mix- xatt kif ukoll permezz tad-dgħajjes tal-għaddasa. In-nuqqas ta' rmiġġi għad-dgħajjes tal-għadis f 'żoni oħra tal-għadis tad-dgħajjes jirriżulta ukoll f 'ankrar ripetut li jwassal għal ħsara bla bżonn f 'qigħ il-baħar u ħsara fuq relitti li jistgħu jiġu evitati faċilment. Dan jitqies bħala sinjal ta' nuqqas ta' rispett għall-ambjent tal-baħar. "Huwa inutli li nagħmlu strateġiji jekk dawn ma jkunux implementati b'azzjoni konkreta," temm jgħid Decelis. Id-Deputat Chairperson ta' ADPD – e Green Party Carmel Cacopardo irrefera għall-proposti għar-restawr tan-natura li ġew approvati mill-Parlament Ewropew aktar kmieni dan ix-xahar. L-għan ewlenin tal-proposti huwa li l-ħarsien ekoloġiku ma' jibqax eżerċizzju fuq il-karta imma jkun tradott f 'realtà. Qal illi bis-saħħa ta' dawn il-proposti, li huma parti integrali mill-Patt Aħdar Ewropew (EU Green Deal), ikunu stabbiliti miri għar-restawr tal-ekosistemi kemm fuq l-art kif ukoll fuq il- baħar. L-ADPD temmet tgħid illi filwaqt li l-proġett tal-Gvern għall-ħolqien jew restawr ta' spazji ħodor eżistenti bi spiża ta' €700 miljun fuq perjodu ta' żmien hu pass pożittiv, "waħdu mhu se jsolvi xejn. Dan mhux se jikkumpensa għall-wesgħat kbar t'art agrikola fit-truf taż-żoni urbani li qegħdin jingħataw għall- iżvilupp riżultat tal-eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni. Lanqas sejra tagħmel tajjeb għall-attakki kontinwi fuq Kemmuna bil-barka tal-awtoritajiet." 20 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet 'Għalxejn nagħmlu strateġiji ambjentali jekk dawn ma jiġux implimentati b'azzjoni konkreta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 July 2023