Illum previous editions

ILLUM 23 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 19

...Ikompli. Fl-istorja tal-Academy Awards, matul is-snin, seħħew xi żbalji u nċidenti u anki kurżitajiet oħra. Xi wħud minnhom huma: Fl- 1934 Will Rogers qal lid-direttur Frank Capra biex jitla' fuq il- palk biex jiġbor l-Oscar qabel ma ġie mħabbar l-isem. Hu tala' fuq il-palk pero' l-unur tal- Aqwa Direttur ħadu Frank Lloyd f 'Cavalcade. Is-suċċes għal Capra xorta wasal għax rebaħ 3 Oscars fil-karriera tiegħu. Ħaġa kurjuża u tad-daħk ġrat fiċ-ċerimonja tal-1974 meta David Niven ġie nterrott waqt id-diskors tiegħu għax raġel bla ħwejjeġ xejn għadda jiġri minn quddiemu jagħmel is-sinjal tal- paċi. Għalkemm imbarazzat minn dan l-"istreaker", Niven baqa' kalm u esklama "Miskin dan ir- raġel ried juri l-attribwiti tiegħu!" Mument ieħor oskur seħħ sena qabel (1973) meta Marlon Brando irriuta li jieħu l-Oscar għall-parti brillanti tiegħu f 'e Godfather bħala protesta ta' kif Hollywood kien qed jitratta lill-Indjani nattivi Amerikani fil-films. Hu bagħat lil Sacheen Littlefeather, attivista Indjana/Amerikana u attriċi minfloku biex ma taċċettax il- premju. Xi parti mill-udjenzi bdew jibbuwjawha u oħrajn iċapċpulha. Jennifer Lawrence, fl-2013 waqt li tiela' t-tarġiet tal- palk biex tieħu l-Oscar għall-parti tagħha f 'Silver Linings Playbook, waqgħet u nfexxet tibki. Is-serata tal-2017 tibqa' tissemma' għal żewġ żbalji – Warren Beatty ċeda lil Faye Dunaway biex tannunzja l-film rebbieħ hi u bi żball issemma' La La Land meta fil-fatt Moonlight kien ir-rebbieħ. Xi ħadd biddel l-envelopp. Waqt omaġġ għal xi persuni taċ-ċinema li m'għadhomx magħna ntwera ritratt ta' Jan Chapman, produttriċi Awstraljana li għadha ħajja minflok il-mejta Janet Patterson. L-aktar bniedem liebes pulit u eleganti fis-serata tal-2019 kien Billy Porter. Hu sostna li għall- Oscars wieħed għandu jilbes tajjeb. Meta fl-1999 Roberto Benigni sema' li rebaħ l-Oscar għal La Vita E' Bella (Life Is Beautiful) minn fomm Sophia Loren, beda mixi minn fuq il-pultruni tal-platea sakemm wasal fuq il-palk waqt li qajjem kaos sħiħ u daħk. Minn dak inhar 'l hawn, dik ix-xena saret parti tal-promozzjoni ta' kull ċerimonja tal-Academy Awards. Persuni Famużi li baqgħu bla Oscar Bejn l-1941 u 1961 Alfred Hitchcock, id-direttur ta' diversi thrillers eċitanti, rċieva 5 nominazzjonijiet imma qatt ma rebaħ. Bħalu kien hemm ukoll Robert Altman li mmissja l-istatwetta 6 darbiet bejn l-1970 u l-2001. Fl-2006 irċieva Oscar għal karriera tiegħu. Direttur ċelebri ieħor li baqa' b'idu vojta hu King Vidor. Ġara wkoll l-istess għad-direttur Ġappuniż Kurasawa Akira, għal Sergio Leone u Sidney Lumet. Ridley Scott ukoll baqa' b'xejn wara nominazzjonijiet għal elma And Louise, Gladiator u Black Hawk Down. Meta tela' biex jirċievi l-Oscar għal King Richard, l-attur popolari Will Smith ta daqqa ta' ħarta fuq wiċċ Chris Rock li qabel għajjat ismu bħala rebbieħ għadda xi rimarki dwar marda mhux serja li għandha martu, Jada Pinkett- Smith, fis-serata tat-28 ta' Marzu 2022. Wara Smith talab skuża ta' din l-azzjoni tiegħu mgħaġġla u bla ħsieb. Hu ġie kkastigat billi ma jistax jattendi ċerimonji oħrajn tal-Oscars għal 10 snin. L-Oscar ma ttieħidlux u xorta waħda jista' jirbaħ oħrajn fil-futur. Rekords Oħrajn L-Italja hi l-aktar pajjiż li rebaħ Oscars għall-Aqwa Film Barrani, b'kollox 14. Issa, din il-kategorija qed tissemma bħala l-Aqwa Film Internazzjonali. Martin Scorsese rċieva 14-il nominazzjoni għall-Oscars għall- films tiegħu. Wara 7 darbiet jistenna rebaħ l-uniku unur għall- film e Departed (2006). Il- karattru ta' Don Vito Corleone rebbaħ l-Oscar lil żewġ atturi – Marlon Brando nterpretah b'suċċes f 'e Godfather u fis-sikwel, e Godfather, Part 2, Robert DeNiro nkarnah bħala żagħżugħ. Ir-rekord tal-aktar attur sfortunat imur għand Peter O'Toole, nominat 8 darbiet, iżda qatt ma rebaħ. Meta f '2003 ingħatalu dan l-unur għall- karriera sabiħa tiegħu fiċ-ċinema naqas milli jattendi u bagħat ittra lill-Akkademja fejn spjega li xtaq jirbħu bi prova bħala attur. Wara, reġa' bdielu u bagħat lil Meryl Streep tiġborulu. e Brave One (1956), li hawn Malta kienu jsibuh tat-Tifel u l-Barri, rebaħ Oscar ghall- Aqwa Kitba ta' Robert Rich li kien psewdonimu għal Dalton Trumbo li kien qed jaħdem baxx baxx minħabba li kien ipprojbit mill-Kumitat ta' kontra l-Kommunisti. Meta tala' għall- premju, kulħadd skanta u ma tawulux. Pero', dan fl-aħħar ħadu fl-1970, ħafna snin wara li reġa' qabad xogħlu. Dawn il-kurżitajiet, disfatti u nċidenti oħra għad jibqgħu jsiru f 'serati oħra tal-futur għax, fuq kollox, il-bniedem hu uman! Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum L-Oscars – Krużitajiet, inċidenti u żbalji ħoxnin(2) Kaos fuq il-palk wara li ngħata isem ħażin tal-film rebbieħ Jennifer Lawrence Will Smith

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 July 2023